Il-Parlament japprova regoli importanti dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fuq bordijiet korporattivi 

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Sal-2026, in-nisa għandhom jokkupaw 40% tal-ogħla żDzԾjiet fil-kumpanniji © AdobeStock/Nola Viglietti/peopleimages.com  
  • 40% tal-karigi ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu okkupati mis-sess l-anqas irrappreżentat
  • Penali dissważivi għal kumpaniji li ma jikkonformawx mar-regoli
  • Intrapriżi żgħar u medji b'inqas minn 250 impjegat se jkunu esklużi

Sa Lulju 2026, il-kumpaniji l-kbar kollha elenkati pubblikament fl-UE se jkollhom jieħdu miżuri biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-tmun tagħhom.

L-adozzjoni tal-hekk imsejħa Direttiva "dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet" nhar it-Tlieta qed isseħħ għaxar snin wara li saret il-proposta għall-ewwel darba. Din għandha l-għan li tintroduċi proċeduri ta' reklutaġġ trasparenti fil-kumpaniji, sabiex tal-anqas 40% tal-karigi ta' diretturi mhux eżekuttivi jew 33% tal-karigi kollha ta' diretturi jkunu okkupati mis-sess l-anqas irrappreżentat sa tmiem Ġunju 2026.


Il-mertu għandu jibqa' l-kriterju ewlieni fil-proċeduri ta' għażla, li għandhom ikunu trasparenti, skont ir-regoli l-ġodda. Il-kumpaniji elenkati se jkollhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneri fuq il-bordijiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti darba fis-sena u, jekk l-objettivi ma jkunux intlaħqu, kif jippjanaw li jilħquhom. Din l-informazzjoni se tkun ippubblikata fuq is-sit web tal-kumpanija aċċessibbli faċilment.

L-intrapriżi żgħar u medji b'inqas minn 250 impjegat huma esklużi mill-iskop tad-direttiva.


Penali

L-Istati Membri jridu jdaħħlu fis-seħħ regoli dwar penali effettivi, dissważivi u proporzjonati, bħal multi, għal kumpaniji li jonqsu milli jikkonformaw ma' proċeduri tal-ħatra miftuħa u trasparenti. Korp ġudizzjarju jista' wkoll jannulla l-bord ta' diretturi magħżul mill-kumpanija jekk din tikser il-prinċipji tad-Direttiva.

Il-passi li jmiss

Issa li l-Parlament u l-Kunsill approvaw il-ftehim formalment, id-Direttiva se tidħol fis-seħħ 20 jum wara li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE. L-Istati Membri jkollhom jimplimentaw ir-regoli fi żmien sentejn.


Sfond

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta tagħha għall-ewwel darba fl-2012 u l-Parlament Ewropew adotta l-żDzԾ tiegħu ta' negozjar lura fl-2013. Il-fajl kien imblukkat fil-Kunsill għal kważi għaxar snin, sakemm il-Ministri għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali fl-aħħar qablu dwar f'Marzu 2022. In-negozjaturi tal-Parlament u tal-Kunsill laħqu ftehim 'Ġܲ.


Fl-2021, fl-akbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-UE kienu nisa, b'differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri (minn 45.3% fi Franza għal 8.5% f'Ċipru). Minkejja ż-żidiet fir-rappreżentazzjoni fuq il-bordijiet, fl-2022 .