Il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari: ġestjoni aħjar tal-fruntieri tal-UE
Il-wasla ta’ migranti permezz ta’ passaġġi irregolari fil-fruntieri esterni tal-UE hija sfida għall-Ewropa. Tgħallem kif il-Parlament qed jindirizza s-sitwazzjoni.
Werrej
- X’inhi l-migrazzjoni irregolari?
- L-għadd ta’ qsim irregolari tal-fruntieri lejn l-Ewropa
- It-tisħiħ tal-ġestjoni u s-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE
- Kontrolli fil-fruntieri interni
- Ir-ritorn tal-migranti irregolari b’mod aktar effiċjenti
- Il-prevenzjoni tal-immigrazzjoni irregolari: Nindirizzaw il-kawżi ewlenin
- L-Aġenzija għall-Ażil u l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
- Ftehim dwar il-migrazzjoni bejn l-UE u t-Turkija
Biex tiġġieled il-migrazzjoni irregolari, l-UE saħħet il-kontrolli fil-fruntieri, tejbet il-ġestjoni ta’ wasliet ġodda u għamlet ir-ritorn ta’ migranti irregolari aktar effiċjenti. Hija saħħet ukoll il-migrazzjoni legali tal-ħaddiema u tittratta b’mod aktar effiċjenti l-applikazzjonijiet għall-ażil.
X’inhi l-migrazzjoni irregolari?
Il-migrazzjoni irregolari hija l-moviment ta’ persuni minn pajjiżi mhux tal-UE bejn il-fruntieri tal-UE mingħajr ma tikkonforma mar-rekwiżiti legali għad-dħul, is-soġġorn, jew ir-residenza f’wieħed jew aktar mill-pajjiżi tal-UE.
L-għadd ta’ qsim irregolari tal-fruntieri lejn l-Ewropa
Fl-2015, kien hemm żieda sinifikanti fl-għadd ta’ qsim irregolari tal-fruntieri lejn l-UE. Skont id-data mill-Frontex, l-aġenzija tal-fruntieri tal-UE, kien hemm aktar minn 1.8 miljun qsim irregolari tal-fruntieri, l-ogħla numru li qatt ġie rreġistrat. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-għadd ta’ qsim irregolari tal-fruntieri naqas b’mod sinifikanti.
Fl-2023, madwar l-ogħla numru mill-2016.
It-tisħiħ tal-ġestjoni u s-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE
In-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni fiż-żona Schengen għandu jimxi id f’id ma’ miżuri ta’ kumpens biex jissaħħu l-fruntieri esterni. Il-Membri tal-PE enfasizzaw is-severità tas-sitwazzjoni f’riżoluzzjoni adottata f’April 2016.
Kontrolli sistematiċi għal kulħadd fil-fruntieri esterni tal-UE u tax-Schengen
Kontrolli sistematiċi fil-fruntieri esterni tal-UE fuq kull min jidħol fl-Unjoni — inklużi ċ-ċittadini tal-UE — ġew introdotti f’April 2017. ’Ottubru 2017, il-Parlament appoġġa sistema elettronika komuni biex jitħaffu l-kontrolli fil-fruntieri esterni taż-żona Schengen u biex jiġu rreġistrati l-vjaġġaturi kollha li mhumiex mill-UE.
L-awtorizzazzjoni għal vjaġġaturi mhux mill-UE eżentati mill-viża - ETIAS
(ETIAS) hija programm elettroniku għall-eżenzjoni mill-viża li se jirrikjedi li l-vjaġġaturi minn pajjiżi eżentati mill-viża jiksbu awtorizzazzjoni elettronika għall-ivvjaġġar qabel ma jivvjaġġaw lejn l-UE. L-awtorizzazzjoni se tkun valida għal tliet snin jew sakemm jiskadi l-passaport u se tippermetti diversi entrati fiż-żona Schengen għal soġġorni sa 90 jum f’perjodu ta’ sitt xhur.
Huwa mistenni li l-programm jitnieda f’nofs l-2025.
L-iskrinjar tal-migranti fil-fruntiera tal-UE
’April 2024, bħala parti mill- il-Parlament approva ftehim li ntlaħaq mal-gvernijiet nazzjonali biex jiġu riveduti r-regoli dwar l-iskrinjar tal-individwi fil-fruntieri esterni tal-UE. Ir-regoli japplikaw meta persuni, li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tad-dħul ta’ pajjiż tal-UE, jinqabdu jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari, salvati fuq il-baħar, jew li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali f’punt ta’ qsim tal-fruntiera esterna.
Jekk ċittadini mhux tal-UE jinstabu fl-UE mingħajr awtorizzazzjoni xierqa wara li evadu l-kontrolli fuq il-fruntieri esterni, iridu wkoll jgħaddu minn skrining.
Il-kontrolli jinkludu identifikazzjoni, it-teħid tal-marki tas-swaba', kontrolli tas-sigurtà, u valutazzjoni preliminari tas-saħħa u tal-vulnerabbiltà. Il-proċedura tal-iskrinjar għandha tieħu sa sebat ijiem.
F'negozjati mal-gvernijiet tal-UE, il-Membri tal-PE kisbu mekkaniżmu ta' monitoraġġ b'saħħtu u indipendenti f'kull pajjiż tal-UE biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali tan-nies li jkunu qed jiġu eżaminati.
L-adozzjoni finali tar-regolament bħala parti mill-patt il-ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil mistennija ssir sa April 2024.
Deċiżjonijiet tal-ażil aktar mgħaġġla fil-fruntieri esterni tal-UE
Komponent ieħor tal-patt, li l-Parlament approva wkoll f’April 2024, huwa proċedura ġdida fuq il-fruntieri li għandha titwettaq direttament wara l-iskrinjar lil dawk li jitolbu l-ażil mal-fruntieri esterni, jinqabdu b’rabta ma’ qsim irregolari tal-fruntieri, jew wara li jiġu salvati fuq il-baħar. L-għan huwa li fuq il-fruntieri esterni tal-UE jiġi determinat malajr jekk l-applikazzjonijiet għall-ażil humiex bla bażi jew inammissibbli.
Il-proċedura hija obbligatorja jekk l-applikant ikun ta’ periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubblika, jekk ikun żgwida lill-awtoritajiet jew jekk l-applikant ikun minn pajjiż fejn inqas minn 20% tat-talbiet għall-ażil huma tipikament approvati.
Il-proċedura għandha titlesta fi 12-il ġimgħa, inklużi l-appelli. Fil-każ ta' ċaħda ta' talba, l-persuna għandha tiġi rritornata fi żmien 12-il ġimgħa. Filwaqt li dawk li jfittxu ażil ikunu għaddejjin mill-proċedura tal-fruntiera, ma jkunux permessi jidħlu fil-pajjiż tal-UE.
Waqt in-negozjati, il-Membri tal-PE mbuttaw biex:
- tiġi żgurata għajnuna legali b'xejn lill-applikanti fil-proċeduri amministrattivi kollha
- jiġi żgurat li minorenni mhux akkumpanjati ma jkunux suġġetti għal proċeduri fuq il-fruntiera, sakemm ma jippreżentawx riskju għas-sigurtà
- jiġi żgurat li l-familji bit-tfal għandhom jiġu offruti kundizzjonijiet xierqa ta’ akkoljenza.
Il-Kummissjoni Ewropea se tistabbilixxi n-numru massimu ta’ applikazzjonijiet għall-ażil li kull pajjiż tal-UE għandu jipproċessa fil-fruntieri tiegħu.
Ir-riferiment tal-applikanti tal-ażil lura lejn pajjiżi terzi sikuri
Skont ir-regolament tal-proċedura tal-ażil, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li applikazzjoni għall-ażil hija inammissibbli jekk l-applikant ikun ġej minn pajjiż terz sikur. Dak ikun pajjiż li jittratta lil dawk li jfittxu ażil skont standards internazzjonali aċċettati.
L-applikanti għall-ażil għandu jkollhom konnessjoni ġenwina ma' dak il-pajjiż li tippermettilhom imorru hemmhekk.
Filwaqt li l-pajjiżi tal-UE xorta se jiddependu fuq il-listi tagħhom stess ta’ pajjiżi sikuri, eventwalment, ir-regoli jipprevedu konverġenza lejn lista tal-UE ta’ pajjiżi terzi sikuri u pajjiżi ta’ oriġini sikuri.
It-tfixkil ta’ tentattivi ta’ destabbilizzazzjoni permezz tal-migrazzjoni irregolari
’dawn l-aħħar snin l-UE rat tentattivi minn gvernijiet u atturi mhux statali biex b’mod artifiċjali joħolqu mewġiet ta’ migrazzjoni lejn il-pajjiżi tal-UE sabiex jiddestabilizzawhom. Dan mhux biss ipoġġi piż żejjed fuq il-pajjiżi tal-UE fl-isforzi tagħhom biex jipproteġu l-fruntieri esterni, iżda joħloq ukoll kriżijiet umanitarji minħabba li jinqabdu migranti irregolari bejn il-fruntieri.
L-UE adottat sensiela ta’ miżuri biex tindirizza l-istrumentalizzazzjoni tal-migranti, li jinkludu miżuri ta’ kontroll tal-fruntieri, leġiżlazzjoni ġdida, sanzjonijiet, u azzjonijiet diplomatiċi u umanitarji. Azzjoni waħda hija l-adozzjoni tar-regolament dwar il-kriżi u l-forza maġġuri, li huwa komponent ieħor tal-patt dwar il-migrazzjoni u għandu l-għan li jagħti lill-pajjiżi tal-UE aktar flessibbiltà meta japplikaw proċeduri tal-ażil u tal-fruntiera f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
’Diċembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta dwar l-istabbiliment ta’ Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bil-għan li ssaħħaħ il-ġestjoni u s-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE u tappoġġa lill-gwardji tal-fruntieri nazzjonali.
L-aġenzija l-ġdida, li tnediet f’Ottubru 2016, għaqqdet lill-Frontex u lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri. Hemm pjanijiet biex l-aġenzija tingħata korp permanenti ta’ 10,000 gwardja tal-fruntiera sal-2027. L-aġenzija għandha wkoll mandat aktar b'saħħtu dwar ir-ritorni u tikkoopera aktar mill-qrib ma' pajjiżi mhux tal-UE.
Wara li ħarġu akkużi li l-aġenzija ma tikkonformax mar-regoli tagħha stess, f’Jannar 2021 il-Parlament stabbilixxal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Skrutinju tal-Frontex biex jimmonitorja l-aspetti kollha tal-ħidma tagħha, inkluża l-konformità mad-drittijiet fundamentali.
’Diċembru 2023, il-Membri tal-PE appellaw biex il-Frontex tagħmel aktar biex ittejjeb il-kapaċità tal-pajjiżi tal-UE li jwettqu tiftix u salvataġġ fuq il-baħar, iżda wkoll biex tnaqqas l-operazzjonijiet tagħha fil-pajjiżi tal-UE li ma jirrispettawx il-prinċipji u l-valuri tal-UE għal sempliċi monitoraġġ u preżenza fuq il-post.
Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri
’riżoluzzjoni adottata f’Lulju 2021, il-Parlament approva l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) imġedded u qabel li jalloka €6.24 biljun għalih. Il-fond il-ġdid għandu jgħin biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni filwaqt li jiżgura li d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati. Se tikkontribwixxi wkoll għal politika komuni u armonizzata dwar il-viżi, u se tintroduċi miżuri protettivi għall-persuni vulnerabbli li jaslu fl-Ewropa, b’mod partikolari t-tfal mhux akkumpanjati.
Il-fond se jaħdem mill-qrib mal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) il-ġdid, b’enfasi fuq il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u ċ-ċiberkriminalità. L-ISF ġie approvat ukoll mill-Parlament f’Lulju 2021 b’baġit ta’ €1.9 biljun.
Kontrolli fil-fruntieri interni
Il-pajjiżi tal-UE ilhom idaħħlu mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri fiż-żona Schengen matul dawn l-aħħar ftit snin, u dawn il-kontrolli spiss idumu għal perjodi twal. Sabiex tippreserva l-moviment liberu filwaqt li tindirizza theddid ġenwin għas-sigurtà, il-Kummissjoni fl-2021 biex jiġu aġġornati r-regoli ta’ Schengen u tissaħħaħ ir-reżiljenza taż-żona għal theddid serju.
Bħala alternattiva għall-kontrolli fil-fruntieri interni, ir-regoli l-ġodda jippromwovu l-kooperazzjoni tal-pulizija fir-reġjuni tal-fruntieri biex jindirizzaw movimenti mhux awtorizzati fiż-żona Schengen. Ċittadini mhux tal-UE maqbuda bi status irregolari spiss jaslu minn pajjiż ieħor tal-UE, għalhekk jekk iż-żewġ pajjiżi jkollhom rondi konġunti, il-migranti irregolari jistgħu jiġu trasferiti lura lejn l-ewwel pajjiż tal-UE. Matul in-negozjati, il-Membri tal-PE insistew għal salvagwardji addizzjonali fir-rigward tal-minorenni.
Il-Membri tal-PE insistew ukoll fuq kriterji ċari għall-impożizzjoni ta’ kontrolli fil-fruntieri interni b’reazzjoni għal theddid serju. Hija meħtieġa raġuni ġustifikata, bħal theddida identifikata u immedjata tat-terroriżmu, qabel ma jkunu jistgħu jiġu introdotti kontrolli fil-fruntieri interni, u tali kontrolli jkollhom limitu ta’ żmien sa sentejn. Jekk it-theddida tippersisti, il-kontrolli fuq il-fruntieri jistgħu jiġu estiżi b’sena oħra.
Ir-regoli l-ġodda jistabbilixxu wkoll proċeduri disponibbli għall-pajjiżi ta’ Schengen f’sitwazzjonijiet ta’ strumentalizzazzjoni tal-migranti, inkluż il-limitazzjoni tal-punti ta’ qsim tal-fruntieri.
Ir-ritorn tal-migranti irregolari b’mod aktar effiċjenti
Dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ migranti bi status irregolari
’Settembru 2016, il-Parlament approva proposta tal-Kummissjoni għal dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE biex jitħaffef ir-ritorn ta’ ċittadini mhux tal-UE li joqogħdu b’mod irregolari fl-UE mingħajr passaporti jew karti tal-identità validi. Ir-regolament ilu applikabbli minn April 2017.
Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen
Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengenġiet imsaħħa f’Novembru 2018 biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE bir-ritorn ta’ ċittadini mhux tal-UE b’soġġorn irregolari lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Is-SIS issa tinkludi:
- twissijiet dwar deċiżjonijiet ta’ ritorn mill-pajjiżi tal-UE
- aċċess għad-data tas-SIS għall-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn
- salvagwardji għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-migranti
Id-Direttiva tal-UE dwar ir-Ritorn
hija l-biċċa leġiżlazzjoni ewlenija li tistabbilixxi l-proċeduri u l-kriterji li l-pajjiżi tal-UE jridu jimplimentaw meta jirritornaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż b’mod irregolari.
Il-karatteristiċi ewlenin tad-Direttiva dwar ir-Ritorn jinkludu regola ġenerali li tippermetti lill-persuna li tkun qed toqgħod irregolarment titlaq volontarjament, sett minimu ta’ drittijiet bażiċi għall-migranti residenti b’mod irregolari, limitazzjonijiet fuq miżuri koerċittivi u detenzjoni, kif ukoll projbizzjoni fuq id-dħul madwar l-UE wara ritorn.
’rapport adottat f’Diċembru 2020, il-Membri tal-PE appellaw għal implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva tal-UE dwar ir-Ritorn, li tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji proċedurali meta japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-ritorni, kif ukoll jagħtu prijorità lir-ritorni volontarji.
Il-prevenzjoni tal-immigrazzjoni irregolari: Nindirizzaw il-kawżi ewlenin
Il-kunflitt, il-persekuzzjoni, it-tindif etniku, il-faqar estrem u d-diżastri naturali kollha jistgħu jkunu l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni. ’Lulju 2015, il-Membri tal-PE ħeġġew lill-UE tadotta strateġija fit-tul biex tgħin fil-ġlieda kontra dawn il-fatturi.
Sabiex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, fis-6 ta’ Lulju 2017 ġiet appoġġataskema tal-UE li għandha l-għan li timmobilizza €44 biljun f’investiment privat f’pajjiżi ġirien u fl-Afrika. Ilha fis-seħħ minn Settembru 2017.
L-Aġenzija għall-Ażil u l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
, li qabel kienet magħrufa bħala l-EASO, hija responsabbli biex tappoġġja lill-pajjiżi tal-UE fl-implimentazzjoni tagħhom tar-regoli tal-ażil, bil-għan li tagħmel is-sistema ġenerali tal-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-UE aktar effiċjenti u sostenibbli.
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni(AMIF) huwa strument finanzjarju li jappoġġa l-isforzi tal-UE biex timmaniġġja l-migrazzjoni.
’Diċembru 2021, il-Parlament approva l-baġit tal-AMIF għall-2021–2027, li żdied għal €9.88 biljun.
Ftehim dwar il-migrazzjoni bejn l-UE u t-Turkija
Il-ftehim bejn l-UE u t-Turkija ġie ffirmat f’Marzu 2016 b’reazzjoni għaż-żieda fl-għadd ta’ migranti irregolari u refuġjati li jidħlu fl-UE mit-Turkija wara l-gwerra ċivili fis-Sirja. Iż-żewġ partijiet qablu li jiżguraw kundizzjonijiet ta’ akkoljenza mtejba għar-refuġjati fit-Turkija u jiftħu kanali sikuri u legali għall-Ewropa għar-refuġjati Sirjani.
, it-Turkija qablet li tieħu lura l-migranti irregolari u r-refuġjati kollha li waslu l-Greċja mit-Turkija wara l-20 ta’ Marzu 2016. Min-naħa tagħha, l-UE qablet li tipprovdi assistenza finanzjarja lit-Turkija biex tappoġġa l-akkoljenza ta’ refuġjati fit-Turkija, kif ukoll biex tħaffef il-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija fl-UE u tipprovdi liberalizzazzjoni tal-viża għaċ-ċittadini Torok li jivvjaġġaw lejn l-UE.
’rapport adottat fid-19 ta’ Mejju 2021, il-Membri tal-PE enfasizzaw ir-rwol importanti tat-Turkija bħala ospitanti għal kważi erba’ miljun rifuġjat, filwaqt li nnotaw li l-isfidi fl-indirizzar ta’ din il-kriżi żdiedu minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Huma kkundannaw, madankollu, l-użu tal-pressjoni migratorja bħala għodda għal influwenza politika wara rapporti li l-awtoritajiet tal-pajjiż ħeġġew lill-migranti u lir-refuġjati u lil dawk li jfittxu ażil b’informazzjoni qarrieqa biex jieħdu r-rotta tal-art lejn l-Ewropa mill-Greċja.
Aktar dwar il-migrazzjoni u l-UE: