L-ivvjaġġar bl-annimali domestiċi: Regoli li għandek iżżomm f'moħħok
L-annimal domestiku tiegħek jista' jakkumpanja waqt btala f'pajjiż ieħor tal-UE, iżda hemm ċerti regoli li għandek iżżomm f'moħħok. Kompli aqra biex issir taf aktar.
Bis-saħħa tar-regoli tal-UE dwar l-ivvjaġġar bl-annimali domestiċi, in-nies huma liberi li jiċċaqalqu mal-klieb, il-qtates jew l-inmsa tagħhom fis-27 pajjiż tal-UE, kif ukoll fin-Norveġja u fl-Irlanda ta’ Fuq.
Kif tista' taqsam il-fruntieri bl-annimal domestiku tiegħek
Ara li l-annimal domestiku tiegħek ikollu dan li ġej qabel ma titlaq fuq btala lejn pajjiż ieħor tal-UE jew qabel ma tiġi fl-UE:
- Identifikazzjoni permezz ta’ mikroċippa rreġistrata jew tatwaġġ li jista’ jinqara, jekk applikat qabel it-3 ta’ Lulju 2011
- Passaport għall-annimali domestiċi li juri li tlaqqmu kontra r-rabja u li huma b’saħħithom biex jivvjaġġaw
Klieb li jivvjaġġaw lejn il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, in-Norveġja u l-Irlanda ta’ Fuq iridu jiġu ttrattati kontra d-duda tal-Echinococcus multilocularis. Dawn ir-regoli japplikaw f’każ ta’ vjaġġ privat li l-għan tiegħu mhuwiex li jinbidel is-sid tal-annimal jew li l-annimal jinbigħ.
L-ivvjaġġar b'5 annimali domestiċi jew aktar
B’mod ġenerali, tista’ tivvjaġġa b’massimu ta’ ħames annimali. Il-passaporti Ewropej għall-annimali domestiċi jinħarġu biss għall-klieb, il-qtates u l-inmsa.
Jekk tixtieq tivvjaġġa b’annimali domestiċi oħra,