It-telf tal-bijodiversità: x'qed jikkawżah u għaliex huwa ta' tħassib?
L-ispeċijiet tal-pjanti u tal-annimali qed jisparixxu b'rata aktar mgħaġġla minħabba l-attività tal-bniedem. X'inhuma l-kawżi u għaliex il-bijodiversità hija importanti?
-ǻ徱à, jew il-varjetà ta' kull ħaġa ħajja fuq il-pjaneta tagħna, qed tonqos b'rata allarmanti f'dawn l-aħħar snin, l-aktar minħabba l-attivitajiet tal-bniedem, bħall-bidliet fl-użu tal-art, it-tniġġis u t-tibdil fil-klima.
X'inhi l-bijodiversità?
-ǻ徱à hija tradizzjonalment definita bħala l-varjetà tal-ħajja fid-dinja fil-forom kollha tagħha. Dan jinkludi n-numru ta' speċi, il-varjazzjoni ġenetika tagħhom u l-interazzjoni ta' dawn il-forom ta' ħajja fi ħdan ekosistemi kumplessi.
’ ppubblikat fl-2019, ix-xjentisti wissew li miljun speċi – minn total stmat ta’ tmien miljuni – huma mhedda bl-estinzjoni, ħafna fi żmien għexieren ta’ snin. żewġ terzi tal-ispeċijiet protetti fl-UE għandhom stat ta’ konservazzjoni fqir jew ħażin, u tliet kwarti tal-ħabitats ivvalutati għandhom stat ta’ konservazzjoni fqir jew ħażin.
Xi riċerkaturi saħansitra jqisu li qegħdin f'nofs is-sitt avveniment ta' estinzjoni tal-massa fl-istorja tad-dinja. Estinzjonijiet tal-massa li nafu bihom mill-passat qerdu bejn 60% u 95% tal-ispeċi kollha. L-ekosistemi jieħdu miljuni ta’ snin biex jirkupraw minn avvenimenti bħal dawn.
Għaliex hija importanti l-bijodiversità?
Ekosistemi b'saħħithom jagħtuna ħafna affarijiet essenzjali li nieħdu bħala fatt. Il-pjanti jikkonvertu l-enerġija mix-xemx u jagħmluha disponibbli għal forom oħra ta' ħajja. Il-batterji u organiżmi ħajjin oħra jkissru l-materja organika f'nutrijenti li jipprovdu lill-pjanti b'ħamrija b'saħħitha biex jikbru.Il-pollinaturi huma essenzjali fir-riproduzzjoni tal-pjanti, u jiggarantixxu l-produzzjoni tal-ikel tagħna. Il-pjanti u l-oċeani jaġixxu bħalabjar ewlenin tal-karbonju.
Fil-qosor, il-bijodiversità tagħtina arja nadifa, ilma ħelu, ħamrija ta’ kwalità tajba u pollinazzjoni tal-għelejjel. Jgħinna niġġieldu l-bidla fil-klima u naddattaw għaliha kif ukoll innaqqsu l-impatt tal-perikli naturali.
Peress li l-organiżmi ħajjin jinteraġixxu f'ekosistemi dinamiċi, l-għajbien ta' speċi waħda jista' jkollu impatt estensiv fuq il-katina alimentari. Huwa impossibbli li nkunu nafu eżattament x'inhuma l-konsegwenzi tal-estinzjonijiet tal-massa għall-bnedmin, iżda nafu li għalissa d-diversità tan-natura tippermettilna li niffjorixxu.
Raġunijiet ewlenin għat-telf tal-bijodiversità
- Bidliet fl-użu tal-art (eż. deforestazzjoni, monokultura intensiva, urbanizzazzjoni)
- Sfruttament dirett bħall-kaċċa u s-sajd eċċessiv
- It-tibdil fil-klima
- -ٲԾġġ
- L-Ispeċijiet aljeni invażivi
X'miżuri qed jipproponi l-Parlament?
L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030
F'Ġunju 2021, il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-"Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030" bl-għan li sal-2050 l-ekosistemi tad-dinja jkunu rrestawrati, reżiljenti u protetti b'mod adegwat.
Il-membri tal-PE appoġġaw bis-sħiħ il-miri tal-UE li jipproteġu mill-inqas 30 % tal-inħawi tal-baħar u terrestri tal-UE (foresti, artijiet mistagħdra, torbieri, bwar u ekosistemi kostali), u li 10 % tal-oċeani u l-art tal-UE, inklużi l-foresti primarji u antiki kollha li jifdal u ekosistemi oħra rikki fil-karbonju għandhom jibqgħu essenzjalment mhux disturbati.
Huma jridu li l-miri jkunu vinkolanti u implimentati mill-pajjiżi tal-UE fil-livell nazzjonali, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali.
Imħassba dwar it-tnaqqis tad-dakkara, il-Membri tal-PE appellaw ukoll għal reviżjoni urġenti tal-.
Liġi dwar ir-restawr tan-natura
Fi Frar 2024, il-Membri tal-PE appoġġaw liġi ġdida dwar ir-restawr tan-natura, li hija parti mill-isforzi tal-UE biex tippreserva l-bijodiversità fl-Ewropa. Din il-liġi torbot lill-pajjiżi kollha tal-UE biex jaħdmu għar-restawr tal-ħabitats naturali.
Aqra aktar dwar l-isforzi tal-Parlament biex jipproteġi n-natura: