Ir-risposta tal-UE għall-kriżi tar-rifuġjati mill-Ukrajna
L-invażjoni Russa fl-Ukrajna ġiegħlet lil miljuni ta' nies jitilqu minn darhom. Skopri x'qed tagħmel l-UE biex tgħinhom u biex tieħu ħsieb il-fruntieri esterni tagħha.
L-invażjoni Russa fl-Ukrajna fi Frar 2022 ħolqot waħda mill-akbar kriżijiet umanitarji fl-istorja reċenti tal-Ewropa, u l-gwerra li għaddejja bħalissa qed tikkawża numru dejjem akbar ta' vittmi, qerda u spostamenti fi ħdan il-fruntieri tal-Ukrajna kif ukoll barra minnhom.
Il-popolazzjoni ċivili tal-Ukrajna qed tiġi soġġetta għal bumbardamenti u vjolenza, u u jmorru jew fil-pajjiż stess jew fi . Sas-6 ta' Lulju, , f'pajjiżi li jinkludu l-Polonja (1,207,650 rifuġjat), ir-Rumanija (83,704), il-Moldova (83,832), is-Slovakkja (80,533) u l-Ungerija (26,199). Madwar 90% minnhom huma nisa u tfal, li jinsabu f'riskju akbar li jisfaw vittmi ta' vjolenza u abbuż, fosthom it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' bnedmin u l-adozzjoni illegali.
Iċ-ċifri għadhom qed jinbidlu, iżda mill-bidu tal-invażjoni Russa. Xi wħud qed jirritornaw lejn żoni li kienu mhedda mill-forzi Russi fil-bidu tal-gwerra iżda li issa huma meqjusa aktar sikuri.
Aqra aktar dwar il-migrazzjoni fl-Ewropa
Fondi tal-UE biex jgħinu lill-pajjiżi l-aktar esposti
Il-kriżi tar-rifuġjati kkawżata mill-gwerra qanqlet inizjattivi ta' solidarjetà u mobilizzazzjoni fl-Ewropa kollha, u l-UE u l-Istati Membri tagħha offrew għajnuna ta' emerġenza lin-nies li kellhom jitilqu minn darhom u appoġġ lill-pajjiżi ġirien tal-Ukrajna.
Fl-24 ta' Marzu, il-Membri tal-PE approvaw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Azzjoni ta' Koeżjoni għar-Rifuġjati fl-Ewropa (CARE) biex il-fondi disponibbli jiġu riorjentati lejn il-pajjiżi tal-UE li qed jagħtu kenn lin-nies li qed jaħarbu mill-aggressjoni Russa. Dan jista' jinkludi €10 biljun oħra li ġejjin mill-fond , li kien inħoloq biex jagħmilha ta' pont bejn il-miżuri ta' emerġenza minħabba l-COVID-19 u l-fondi ta' koeżjoni.
Barra minn hekk, il-Parlament estenda b'sena, jiġifieri sa nofs l-2024, il-perjodu li fih ikunu operattivi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna. L-estensjoni tippermetti lill-pajjiżi tal-UE jerġgħu jużaw b'urġenza l-fondi li ma jintużawx biex jindirizzaw il-fluss ta' rifuġjati deħlin mill-Ukrajna u mistennija tiżblokka madwar €420 miljun f'appoġġ addizzjonali, pereżempju għall-alloġġi, għall-ikel, għall-assistenza fis-saħħa jew għal aktar persunal.
Aktar assistenza, ngħidu aħna provvisti mediċi, tined u ġeneraturi tal-elettriku, għaddiet għand il-pajjiżi ġirien u l-Ukrajna permezz tal- u ta' kumulazzjoni ta' riżerva medika ta' .
Matul is-sessjoni plenarja tat-23 u l-24 ta' Marzu, il-Membri tal-PE qablu li jagħtu appoġġ finanzjarju lill-Moldova biex jgħinuha fl-akkoljenza tar-rifuġjati, flimkien mal-għoti ta' għajnuna makrofinanzjarja biex tkopri parti mill-bżonnijiet tagħha f'dawk li huma l-finanzjamenti esterni.
Fit-23 ta' Ġunju, il-Parlament approva pakkett ta' appoġġ ta' €400 miljun biex jgħin lill-Istati Membri l-aktar esposti fil-miżuri urġenti ta' migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri. Il-fondi tal-UE se jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-ewwel akkoljenza u reġistrazzjoni tal-persuni li jaħarbu mill-Ukrajna, permezz tat-tisħiħ tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi.
Protezzjoni temporanja lill-persuni li qed jaħarbu mill-Ukrajna
F'riżoluzzjoni adottata fis-sessjoni plenarja straordinarja tal-1 ta' Marzu, il-Parlament laqa' pożittivament l-attivazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja għall-ewwel darba minn mindu daħlet fis-seħħ fl-2001. Id-direttiva għandha l-għan li tagħti protezzjoni temporanja immedjata fl-UE lil persuni li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna għal perjodu inizjali ta' sena, inklużi ċittadini Ukreni, persuni minn barra l-UE, persuni apolidi jew persuni b'permessi ta' residenza fil-pajjiż.
Din tippermetti lill-persuni spostati jibbenefikaw mill-istess drittijiet fl-UE kollha, bħal permess ta' residenza, il-possibbiltà li jaħdmu, li jingħataw alloġġ u li jkollhom aċċess għas-servizzi soċjali u għall-assistenza medika. Il-Membri tal-PE qablu wkoll li jippermettu lill-Ukreni bi status ta' protezzjoni temporanja jkomplu jużaw il-liċenzji tas-sewqan tagħhom fl-UE.
Sa issa aktar minn 3.6 miljun persuna rreġistraw għal protezzjoni temporanja jew għal skemi simili ta' protezzjoni nazzjonali fl-Ewropa.
Fid-9 ta' Marzu, il-Membri tal-PE stiednu lill-UE tintroduċi sistema ta' migrazzjoni xierqa li taqsam ir-responsabbiltà għar-rifuġjati.
Il-, li jinsab fil-fażi tan-negozjati, fih mekkaniżmu ta' solidarjetà li jqassam ir-responsabbiltà għall-protezzjoni fost il-pajjiżi tal-UE kif ukoll miżuri li jindirizzaw il-flussi tal-massa ta' migranti deħlin.
Ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE
Fl-4 ta' Marzu, il-Kummissjoni ħarġet biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE jieħdu ħsieb il-wasliet b'mod effiċjenti u jgħinu lill-gwardji tal-fruntieri jwettqu l-verifiki fil-fruntieri mal-Ukrajna, inklużi s-semplifikazzjoni tal-kontrolli fil-fruntiera għall-persuni vulnerabbli u l-ħolqien ta' punti ta' qsim tal-fruntiera temporanji.
Il-Parlament approva wkoll l-użu tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) biex tgħin lill-Moldova, li mhijiex membru tal-UE, tlaħħaq mal-għadd enormi ta' persuni li qed jaqsmu l-fruntiera mill-Ukrajna.