flimkien.eu: komunità li tiddefendi d-demokrazija
Skopri u ingħaqad ma' flimkien.eu: komunità mmexxija minn valuri komuni Ewropej u twemmin komuni fis-setgħa tad-demokrazija.
X’inhi flimkien.eu?
flimkien.eu hija komunità ta’ nies li jemmnu fid-demokrazija u li jixtiequ jagħtuha tifsira reali hekk kif . Il-komunità għandha l-għan li tlaqqa’ lill-Ewropej flimkien, tgħinhom jippromwovu valuri komuni u tappoġġahom fil-bini ta’ futur aħjar għall-Ewropa.
Immexxi mill-Parlament Ewropew, dan il-proġett għandu l-għan li jinvolvi lin-nies fil-ħajja demokratika tal-Ewropa u, b’mod partikolari, iħeġġiġhom jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju 2024.
Din il-komunità għalik?
flimkien.eu hija għal kull min irid jiddefendi d-demokrazija fl-Ewropa. Hija komunità ta’ ċittadini individwali madwar l-UE, iżda t-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew networks taż-żgħażagħ jistgħu jissieħbu wkoll bħala msieħba u sostenituri.
Il-membri tal-komunità tagħna jorganizzaw tipi differenti ta’ attivitajiet (eż. laqgħat, diskussjonijiet, taħditiet, treasure hunts, tħawwil ta’ siġar, eċċ.) madwar l-UE biex jiżguraw li kull vot jgħodd fl-elezzjonijiet Ewropej.
Voluntiera ta’ kwalunkwe età u sfond kif ukoll gruppi jew organizzazzjonijiet huma mistiedna jissieħbu saħħa li jaqsmu l-impenn tagħna lejn id-demokrazija.
X’inhuma l-benefiċċji ta' li tkun parti minn flimkien.eu?
Tista’ tiltaqa’ ma’ u tagħmel kuntatt magħhom — tiġi ispirat mill-ideat u l-proġetti tagħhom.
Tista’ ittejjeb il-ħiliet tiegħek, tagħmel użu u tagħna biex tesprimi l-ideat tiegħek u tinvolvi ruħek ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa.
Tista’ tieħu sehem f’ kullimkien fl-Ewropa jew online u tista’ torganizza l-attivitajiet tiegħek stess — u mbagħad taqsam l-istejjer u l-esperjenza tiegħek mal-komunità.
Tista’ tieħu l-affarijiet aktar 'il quddiem u tikkuntattja lit-timijiet tagħna madwar l-Ewropa, — dawn jistgħu jipprovdu appoġġ sabiex l-inizjattivi tiegħek jiksbu trazzjoni u viżibbiltà massima.
Ingħaqad ma' flimkien.eu issa
biex tirċievi messaġġi regolari permezz ta’ email bl-avvenimenti li għandek issegwi, azzjonijiet li tista’ tieħu jew ideat li tista’ taqsam.
Flimkien għad-demokrazija
Huwa faċli li tħossok konfuż u mitluf fi żminijiet dinamiċi u ta' sfida. L-inizjattiva flimkien.eu trid tibni fuq dak li aħna l-Ewropej għandna komuni bejnietna sabiex inkunu nistgħu nfittxu soluzzjonijiet komuni. Flimkien aħna aktar b’saħħitna.
Emmen fid-demokrazija u