Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir tal-UE ġie aġġornat biex jippermetti lill-pajjiżi tal-UE aktar flessibbiltà fil-mod kif jimmaniġġjaw id-defiċits baġitarji u l-livelli tad-dejn.
Il-Membri tal-PE jridu li l-Ewropa tkun inqas dipendenti fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima kritika li hija kruċjali għall-industriji strateġiċi tagħha.
Is-suq uniku tal-UE jippermetti li oġġetti, servizzi, kapital u nies jiċċaqilqu liberament madwar il-pajjiżi tal-UE. Kemm taf dwarha? Għamel il-kwiżż tagħna.
Matul l-aħħar 30 sena s-suq uniku ġab l-għaqda u l-opportunitajiet lill-Ewropej. Il-Membri tal-PE jemmnu li għandu jiġi adattat aktar biex iwieġeb għall-isfidi attwali.
Skont l-MEPs, il-pajjiżi għandhom jagħmlu użu tajjeb mill-aktar minn €700 biljun f'finanzjament għall-irkupru tal-UE biex jadattaw ruħhom għal realtajiet soċjali u ekonomiċi ġodda.
Il-ġustizzja fit-taxxa hija prijorità għall-Parlament Ewropew. Skopri kif hija trid tindirizza kwistjonijiet bħall-evitar tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa u aktar.
Il-MPE jridu l-istrateġija industrijali aġġornata tal-UE tippermetti 'l-kumpaniji Ewropej ikunu kompetittivi, nodfa u reżiljenti, u biex tgħin il-bidla lejn ekonomija diġitali u ambjentali.
Sabiex tiżdied il-bidla lejn investiment favur l-ambjent, l-UE introduċiet regoli biex tiddefinixxi dak li jikkwalifika bħala attivitajiet ekoloġiċi jew sostenibbli.