Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew huma r-regoli interni li jirregolaw il-mod kif jaħdem il-Parlament. Kull tant żmien jiġu riveduti biex jitjiebu l-effiċjenza, it-trasparenza u l-impatt tal-ħidma tal-Parlament.
Id-dritt tal-Parlament Ewropew li jiddeċiedi dwar il-mod kif jaħdem huwa minqux fl-.
It-taqsmiet differenti fir-Regoli ta’ Proċedura jistabbilixxu, fost affarijiet oħra:
- ir-responsabbiltajiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew;
- kif jivvota l-Parlament (inkluż il-mod kif jeleġġi l-President u l-Viċi Presidenti tiegħu);
- kif il-Parlament imexxi l-laqgħat fil-kumitati jew fil-plenarja;
- kif jiġu approvati l-atti leġiżlattivi u kif issir is-sorveljanza baġitarja;
- kif il-Membri jistgħu jwaqqfu kumitati ta’ inkjesta jew kumitati speċjali biex jeżaminaw kwistjonijiet ta’ interess pubbliku;
- kif il-Membri jiddeċiedu jekk approvawx il-Kummissjoni Ewropea;
- kif il-Parlament jagħmel skrutinju demokratiku tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE.
Kwalunkwe wieħed jew waħda mill-Membri jistgħu jagħmlu proposta biex ir-Regoli ta’ Proċedura jiġu aġġornati. Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jeżamina l-emendi u jiddeċiedi liema proposti għandhom jitressqu għall-eżami fil-plenarja.
Biex il-bidliet jidħlu fis-seħħ, il-proposta trid tiġi approvata minn maġġoranza tal-Membri kollha.