Partiti u fondazzjonijiet politiċi Ewropej
Partiti politiċi Ewropej
Partit politiku Ewropew huwa organizzazzjoni li ssegwi programm politiku. Dan il-partit huwa magħmul minn partiti nazzjonali u/jew individwi bħala membri, irrappreżentat f'diversi Stati Membri u rreġistrat mal-. Kif imsemmi fit-Trattati, "[i]l-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni."
Fondazzjonijiet politiċi Ewropej
Fondazzjoni politika Ewropea hija organizzazzjoni assoċjata ma' partit politiku Ewropew li tappoġġja u tikkomplementa l-objettivi ta' dak il-partit u hija rreġistrata . Tali fondazzjoni tosserva, tanalizza u tikkontribwixxi għad-dibattitu dwar kwistjonijiet Ewropej ta' politika pubblika. Hi tiżviluppa wkoll attivitajiet marbuta mal-kwistjoni Ewropea ta' politika pubblika, billi, pereżempju, torganizza seminars, taħriġ, konferenzi u studji.