Fondazzjonijiet politiċi Ewropej
X'inhi fondazzjoni politika Ewropea?
Fondazzjoni politika Ewropea hija organizzazzjoni assoċjata ma' partit politiku Ewropew li tappoġġja u tikkomplementa l-objettivi ta' dak il-partit u hija rreġistrata .Tali fondazzjoni tosserva, tanalizza u tikkontribwixxi għad-dibattitu dwar kwistjonijiet Ewropej ta' politika pubblika. Hi tiżviluppa wkoll attivitajiet marbuta mal-kwistjoni Ewropea ta' politika pubblika, billi, pereżempju, torganizza seminars, taħriġ, konferenzi u studji.
Hur finansieras en europeisk politisk stiftelse?
Fondazzjoni politika Ewropea tista' tirċievi finanzjament mill-Parlament Ewropew. Il-finanzjament jieħu s-sura ta' għotja operattiva. Ir-regoli għal din is-sura ta' finanzjament huma speċifikati fit-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju. Din l-għotja tista' tkopri sa 95 % tan-nefqa eliġibbli tal-fondazzjoni, filwaqt li l-kumplament għandu jkun kopert mir-riżorsi proprji bħal miżati tas-sħubija u donazzjonijiet.
Il-Parlament jippubblika annwalment il-programm ta' ħidma annwali tal-għotjiet (Ingliż) hawnhekk.
X'jista' u x'ma jistax jitħallas mill-għotja?
L-għotja tista' tintuża biex jitħallas l-infiq marbut direttament mal-attivitajiet stabbiliti fil-programm ta' ħidma tal-fondazzjoni, jiġifieri l-hekk imsejjaħ infiq eliġibbli bħal:
- spejjeż ta' laqgħat u konferenzi,
- spejjeż ta' pubblikazzjonijiet u studji,
- spejjeż amministrattivi, tal-persunal u tal-ivvjaġġar,
L-għotja ma tistax tintuża, fost affarijiet oħra, biex jitħallas infiq ineliġibbli bħal:
- spejjeż ta' kampanji għal referendi u elezzjonijiet,
- finanzjament dirett jew indirett ta' partiti politiċi, kandidati għall-elezzjoni u fondazzjonijiet politiċi nazzjonali,
- ħlas ta' djun.
Min jagħmel ir-regoli tal-finanzjament?
Ir-regoli tal-finanzjament huma stabbiliti minn regolament adottat mill-Kunsill u mill-Parlament, skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Ir-regoli ta' implimentazzjoni huma adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew.
Liema regoli japplikaw? (mis-sena finanzjarja 2019)
Ir-regoli li ġejjin japplikaw, mill-proċedura li tikkonċerna l-finanzjament tas-sena finanzjarja 2019 'il quddiem:
- (verżjoni konsolidata)
- Regoli dwar il-kontribuzzjonijiet (Titolu VIII tar-)
X'kundizzjonijiet iridu jintlaħqu biex fondazzjoni tirċievi finanzjament?
Biex fondazzjoni tirċievi għotja mill-Parlament, din għandha tissodisfa ċerti kundizzjonijiet:
- trid tkun irreġistrata mal-ɳٴǰà,
- trid tkun assoċjata ma' partit politiku Ewropew irreġistrat, li jkun eliġibbli għal finanzjament mill-baġit tal-Parlament Ewropew
Fil-prattika kif taħdem il-proċedura ta' finanzjament?
Tista' tniżżel ir-rapport qasir dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proċedura ta' finanzjament (Ingliż).
Kwalunkwe fondazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq tista' tapplika għal finanzjament għal sena finanzjarja partikolari, billi tibgħat lill-Parlament sat-30 ta' Settembru tas-sena finanzjarja preċedenti l-applikazzjoni tagħha, baġit stmat u l-programm ta' ħidma tagħha.
Ladarba l-applikazzjonijiet jiġu evalwati u approvati, il-fondi jitqassmu fost dawn il-fondazzjonijiet skont skala stabbilita:
- 10 % jitqassmu f'partijiet indaqs,
- 90 % jitqassmu fi proporzjon man-numru tal-Membri eletti tal-Parlament Ewropew li huma membri tal-partit li miegħu tkun assoċjata l-fondazzjoni.
Dan jikkostitwixxi għotja proviżorja, li titħallas, fil-prinċipju, sal-aħħar tal-ewwel tliet xhur ta' kull sena (pagament ta' prefinanzjament). L-ammont tal-għotja proviżorja ma jridx jeċċedi l-ammont imniżżel fl-applikazzjoni għal finanzjament u lanqas il-95 % tan-nefqa rimborżabbli bbaġitjata fil-baġit stmat.
L-ammont tal-għotja finali jiġi stabbilit is-sena ta' wara, wara l-approvazzjoni tar-rapporti annwali tal-fondazzjonijiet mill-Bureau tal-Parlament Ewropew. L-ammont tal-għotja finali ma jridx jeċċedi l-ammont tal-kontribuzzjoni proviżorja.
X'ammont jirċievu l-fondazzjonijiet mill-baġit tal-UE?
Hawnhekk tista' tniżżel il-lista tal-fondazzjonijiet li tindika l-ammonti ta' għotja tagħhom (Ingliż).
Id-data finanzjarja fejn tiġi rrappurtata?
Il-fondazzjonijiet iridu jiddikjaraw id-dħul u n-nefqa kollha tagħhom fir-rapporti annwali tagħhom. Dan ir-rapport annwali jikkonsisti primarjament minn:
- rapport tal-awditjar li jinkludi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u
- d-dikjarazzjoni finanzjarja bbażata fuq l-istruttura tal-baġit stmat,
- dettalji tal-kontijiet fir-rigward ta' dħul, spejjeż, assi u obbligazzjonijiet,
- lista ta' donazzjonijiet,
- rapport ta' attività.