Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0184/2019Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0184/2019

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIdwar viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima

11.3.2019-()

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
skont l-Artikolu123(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Christian Ehler, Paul Rübig, Kathleen Van Brempt, Zdzisław Krasnodębski, Fredrick Federley, Benedek Jávor, Dario Tamburrano, Barbara Kappef'isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija<<<


ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
B8-0184/2019
Testi mressqa :
B8-0184/2019
Dibattiti :
Testi adottati :

B8-0184/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima

()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28ta'Novembru2018 bit-titlu "Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima" (),

–wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto anness magħha,

–wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, id-Deċiżjoni1/CP.21, il-21Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-UNFCCC u l-11-ilKonferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP11), li saru f'Pariġi, Franza, bejn it-30ta'Novembru u l-11ta'Diċembru2015,

–wara li kkunsidra l-Aġenda2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25ta'Ottubru2018 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima2018 f'Katowice, il-Polonja (COP24)[1],

–wara li kkunsidra l-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa,

–wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,

–wara li kkunsidra l-Artikolu123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija fit-tul "Pjaneta nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima", li tissottolinja l-opportunitajiet u l-isfidi li t-trasformazzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra ġġib għaċ-ċittadini Ewropej u għall-ekonomija tal-Ewropa, u tistabbilixxi l-bażi għal dibattitu wiesa' li jinvolvi l-istituzzjonijiet tal-UE, il-parlamenti nazzjonali, is-settur tan-negozju, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-bliet u l-komunitajiet, kif ukoll iċ-ċittadini;

2.Jemmen li l-Ewropa tista' tkun minn ta' quddiem fit-triq lejn in-newtralità klimatika billi tinvesti f'soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi, tagħti s-setgħa liċ-ċittadini, u tikkoordina l-azzjoni f'oqsma ewlenin bħall-enerġija, il-politika industrijali u r-riċerka, filwaqt li tiżgura l-ekwità soċjali għal tranżizzjoni ġusta;

3.Jaqbel mal-oqsma strateġiċi identifikati mill-Kummissjoni fejn hija meħtieġa azzjoni konġunta u jappoġġja l-effiċjenza enerġetika, l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-kompetittività globali tal-industrija tal-UE;

4.Jenfasizza l-importanza tad-diversi miżuri u tal-leġiżlazzjoni dwar il-klima introdotti f'oqsma differenti ta' politika, iżda jwissi li approċċ frammentat jista' jġib inkonsistenzi u jżomm lill-UE milli tilħaq ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra sal-2050; jemmen li hemm bżonn li jittieħed approċċ globali;

5.Jaqbel mal-għan tal-UE li tikseb ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra sal-2050, kif stipulat fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni; jitlob lill-Istati Membri jaqblu dwar strateġija biex jilħqu dan il-għan fis-summit speċjali tal-UE f'Sibiu f'Mejju2019, u jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom favur il-livell ta' ambizzjoni meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan;

ll-politika tal-enerġija

6.Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-enerġija fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra;

7.Ifakkar li l-Unjoni rnexxielha tiddiżakkoppja b'suċċess l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-tkabbir ekonomiku f'dawn l-aħħar deċennji, kif ukoll naqqset l-emissjonijiet, b'mod partikolari permezz tal-effiċjenza enerġetika u d-diffużjoni tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

8.Jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa għandha tkompli tixpruna l-modernizzazzjoni tal-ekonomija Ewropea, tistimola t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u ġġib benefiċċji soċjali u ambjentali għaċ-ċittadini Ewropej;

9.Jemmen li t-tmexxija tal-UE fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika turi lill-partijiet l-oħra tad-dinja li t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kemm possibbli kif ukoll ta' benefiċċju, lil hinn mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

10.Jirrimarka li l-kisba ta' ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra se tirrikjedi investimenti addizzjonali konsiderevoli fis-sistema tal-enerġija tal-UE u fl-infrastruttura relatata, meta mqabbla mal-linja bażi tal-lum, fil-medda ta' bejn EUR175biljun u 290biljun fis-sena;

11.Jenfasizza li, fid-dawl tal-punti ta' tluq differenti fit-tranżizzjoni tal-enerġija, l-isforzi biex jitnaqqsu l-gassijiet serra sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika fil-livell tal-UE jistgħu jkunu mifruxa b'mod xejn uniformi fl-UE;

12.Jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw il-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa mingħajr dewmien; ifakkar fil-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar it-taħlita tal-enerġija tagħhom fi ħdan il-qafas tal-UE għall-klima u l-enerġija;

13.Iqis li l-iżviluppi u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi, l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli sostenibbli u l-integrazzjoni sħiħa tas-suq intern tal-enerġija se jkollhom rwol fundamentali;

14.Jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ antiċipatorju biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għaċ-ċittadini tal-UE u biex jiġu appoġġjati reġjuni li l-ekonomiji tagħhom jiddependu fuq attivitajiet marbuta ma' setturi jew teknoloġiji li mistennija jonqsu, jew li se jkollhom jinbidlu fil-futur;

15.Jitlob li l-livelli kollha ta' gvern, nazzjonali, reġjonali jew lokali, idaħħlu fis-seħħ miżuri li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tranżizzjoni tal-enerġija u jistimolaw l-iskambju tal-aħjar prattiki;

Il-politika industrijali

16.Itenni li t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra tippreżenta sfidi u opportunitajiet għall-UE, u li se jkunu meħtieġa investimenti fl-innovazzjoni industrijali, inkluż f'teknoloġiji diġitali u fit-teknoloġija nadifa, biex jixprunaw it-tkabbir u jsaħħu l-kompetittività, jagħtu spinta lill-ħiliet futuri u joħolqu miljuni ta' impjiegi, pereżempju f'ekonomija ċirkolari u f'bijoekonomija dejjem akbar;

17.Jemmen li l-prosperità ekonomika, il-kompetittività industrijali globali u l-politika dwar il-klima jsaħħu lil xulxin;

18.Jissottolinja li qafas ta' politika stabbli u prevedibbli dwar l-enerġija u l-klima huwa essenzjali biex jipprovdi l-fiduċja tant meħtieġa fost l-investituri u biex l-industriji Ewropej ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment fit-tul fl-Ewropa, billi t-tul tal-ħajja tal-parti l-kbira tal-installazzjonijiet industrijali jaqbeż l-20sena;

Riċerka u innovazzjoni

19.Jissottolinja li programmi ta' riċerka u innovazzjoni, sew tal-UE u sew nazzjonali, huma kruċjali biex isostnu lill-Unjoni Ewropea fir-rwol ewlieni tagħha fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

20.Jemmen li l-klima għandha tiġi integrata b'mod adegwat fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' riċerka u innovazzjoni;

21.Jiġbed l-attenzjoni għar-rapport tal-Bord ta' Livell Għoli dwar il-Perkorsi ta' Dekarbonizzazzjoni (HLP)[2] dwar ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ilħiq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li jagħtu lill-UE vantaġġ kompetittiv fit-tellieqa għad-dekarbonizzazzjoni; jinnota s-sett ta' rakkomandazzjonijiet tematiċi u trasversali prodotti mill-HLP, b'mod partikolari għall-orjentazzjoni tal-Programm Qafas il-ġdid tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni2021-2027, Orizzont Ewropa;

22.Iqis li, matul l-għoxrin sena li ġejjin, se jkun jeħtieġ sforz sostanzjali ta' riċerka u innovazzjoni biex soluzzjonijiet dwar livelli baxxi u żero tal-karbonju jsiru disponibbli għal kulħadd u jkunu soċjalment u ekonomikament vijabbli, u biex iwasslu għal soluzzjonijiet ġodda biex tinkiseb ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra;

23.Jissottolinja l-pożizzjoni tiegħu li Orizzont Ewropa jrid jikkontribwixxi mill-inqas 35% tan-nefqa tiegħu f'appoġġ għall-objettivi klimatiċi skont ma jkunu f'lokhom u bħala parti mill-objettiv ġenerali tal-Unjoni favur l-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi;

°

°°

24.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Marzu 2019
Avviż legali-Politika tal-privatezza