Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0180/2020Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0180/2020

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIdwar it-turiżmu u t-trasport fl-2020 u lil hinn

10.6.2020-()

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
skont l-Artikolu132(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Roman Haider, Marco Campomenosi, Massimo Casanova, Julie Lechanteux, Philippe Olivier, Lucia Vuolo, Paolo Borchia, Maximilian Krah
f'isem il-GruppID

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
B9-0180/2020
Testi mressqa :
B9-0180/2020
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

9‑0180/2020

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-turiżmu u t-trasport fl-2020 u lil hinn

()

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi t-tifqigħa tal-COVID-19 kellha impatt serju u negattiv ħafna fuq is-setturi kollha tat-trasport tal-passiġġieri u l-merkanzija u fuq l-ekonomija tat-turiżmu b'mod ġenerali;

B.billi s-settur tat-trasport għandu bżonn appoġġ ekonomiku xieraq, li għandu jingħata filwaqt li jiġu ggarantiti l-aċċessibbiltà u l-konnettività, is-salvagwardja tad-drittijiet tal-konsumatur u t-tnaqqis tal-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi għall-kumpaniji involuti;

C.billi l-impjiegi fis-setturi kollha tat-turiżmu u tat-trasport jeħtieġ jiġu mħarsa, fid-dawl tal-impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impjegati u ta' min iħaddem, inklużi dawk li s-sitwazzjoni tagħhom saret inċerta minħabba nuqqas ta' fatturat għal diversi xhur konsekuttivi;

D.billi l-għan prinċipali tal-pjan ta' rkupru tal-UE fil-qasam tat-trasport u t-turiżmu hu li jiffinanzja infrastruttura alternattiva biex jippromwovi trasport aktar ekoloġiku;

E.billi l-proposta tal-Kummissjoni li timponi objettivi restrittivi ħafna bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 fit-trasport tal-passiġġieri u l-merkanzija tista' xxekkel l-irkupru ekonomiku tal-kumpaniji li bħalissa qed jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji;

F.billi dawn il-miri ambizzjużi żżejjed diġà qed ikollhom impatt konsiderevoli fuq l-industrija tal-karozzi, anke minħabba d-diffikultajiet kbar fis-swieq domestiċi għall-vetturi li jaħdmu bl-elettriku;

G.billi l-linji tal-ajru Ewropej raw it-traffiku tagħhom jonqos b'aktar minn 80% minħabba t-titjiriet li ġew ikkanċellati bħala konsegwenza tal-miżuri ta' konteniment u jistgħu jiffaċċjaw riskju reali ħafna ta' falliment finanzjarju fix-xhur li ġejjin;

H.billi t-tranżizzjoni enerġetika fit-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri qiegħda sseħħ f'kuntest ekonomiku li diġà huwa mhedded bil-kbir minn kompetizzjoni inġusta u frodi soċjali b'rabta mal-istazzjonar tal-ħaddiema;

I.billi l-miżuri meħuda għall-ħarsien tas-saħħa fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 huma importanti u neċessarji, iżda matul il-fażi ta' rkupru għandhom ikunu proporzjonati;

1.Jinnota l-bżonn urġenti li jkun hemm lok għal miżuri settorjali fil-livell nazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-professjonisti fis-setturi tat-trasport u t-turiżmu, li ntlaqtu partikolarment mill-kriżi tal-COVID-19;

2.Iqis li l-ħtiġijiet tal-intrapriżi ż-żgħar u medji (SMEs), il-partijiet ikkonċernati u l-ħaddiema fis-setturi tat-trasport u t-turiżmu għandhom jitqiesu kif dovut permezz ta' konsultazzjonijiet xierqa, bil-ħsieb li jiġu adottati miżuri speċifiċi mfassla għas-suq domestiku ta' kull Stat Membru;

3.Jenfasizza li s-salvagwardja tan-negozji u l-impjiegi fis-setturi tat-trasport u t-turiżmu tikkostitwixxi l-pedament tal-kompetittività ekonomika u industrijali, peress li t-trasport huwa settur strateġiku għall-ekonomiji tal-Istati Membri, speċjalment għall-industrija u t-turiżmu;

4.Jenfasizza l-importanza tas-settur tat-turiżmu bħala kontributur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku u l-prodott domestiku gross nazzjonali tal-Istati Membri; jenfasizza l-bżonn ta' miżuri li jissalvagwardjaw kemm il-konsumaturi kif ukoll il-partijiet ikkonċernati fit-turiżmu, inklużi l-operaturi turistiċi u l-aġenziji tal-ivvjaġġar;

5.Jinnota li, fit-13ta'Mejju2020, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni dwar it-turiżmu u t-trasport fl-2020 u lil hinn () u Pakkett dwar it-Turiżmu u t-Trasport;

6.Jenfasizza l-importanza taż-żoni muntanjużi u kostali, li jattiraw aktar minn terz tal-impriżi turistiċi kollha fl-Ewropa, li ħafna minnhom huma SMEs li jiffaċċjaw varjetà ta' sfidi; jitlob li l-konċessjonijiet tal-bajjiet jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva2006/123/KE[1] riveduta;

7.Jiddeplora l-pjan ta' rkupru tal-UE propost mill-Kummissjoni u jemmen li l-miżuri adottati s'issa jistgħu joħolqu aktar tfixkil fis-suq, kompetizzjoni inġusta u dumping soċjali bejn Stat Membru u ieħor;

8.Ifakkar li l-insistenza fuq l-inizjattiva tal-Patt Ekoloġiku Ewropew tista' timmina l-irkupru ekonomiku tal-kumpaniji Ewropej wara l-kriżi tal-COVID-19 u jenfasizza li l-impożizzjoni ta' miri stretti dwar il-klima fuq l-Ewropa tista' toħloq żvantaġġ kompetittiv fil-konfront ta' pajjiżi terzi;

9.Jenfasizza l-importanza ta' garanzija ta' konnettività u aċċessibbiltà għaċ-ċittadini fir-reġjuni kollha, b'mod partikolari dawk f'żoni periferiċi, rurali, muntanjużi, b'popolazzjoni żgħira u insulari, li huma aktar diffiċli biex jintlaħqu u jinvolvu spejjeż ta' trasport akbar;

10.Jisħaq fuq l-importanza ta' informazzjoni ċara u aġġornata dwar ir-regoli applikabbli għall-vjaġġaturi u l-konsumaturi;

11.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Ġunju 2020
Avviż legali-Politika tal-privatezza