Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0432/2021Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0432/2021

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIdwar pjanijiet u azzjonijiet biex titħaffef tranżizzjoni lejn l-innovazzjoni mingħajr l-użu ta' annimali fir-riċerka, l-ittestjar regolatorju u l-edukazzjoni

10.9.2021-()

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
skont l-Artikolu132(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Benoît Lutgen, Herbert Dorfmann
f'isem il-Grupp PPE

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuniRC-B9-0425/2021

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
B9-0432/2021
Testi mressqa :
B9-0432/2021
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B9-0432/2021

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar pjanijiet u azzjonijiet biex titħaffef tranżizzjoni lejn l-innovazzjoni mingħajr l-użu ta' annimali fir-riċerka, l-ittestjar regolatorju u l-edukazzjoni

()

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22ta'Settembru2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi[1],

wara li kkunsidra l-Artikolu13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30ta'Novembru2009 dwar il-prodotti kożmetiċi[2],

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-5ta'Frar2020 bit-titolu "Rapport tal-2019 rigward l-istatistika dwar l-użu tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-2015-2017" (),

wara li kkunsidra l-Artikolu132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi l-Artikolu13 tat-TFUE jgħid li fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni għandha tingħata attenzjoni sħiħa lill-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali, peress li l-annimali huma esseri sensibbli;

B.billi d-Direttiva2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi tgħid li filwaqt li jkun tajjeb li l-użu ta' annimali ħajjin fil-proċeduri jiġi sostitwit b'metodi oħra li ma jinvolvux l-użu ta' annimali ħajjin, l-użu ta' annimali ħajjin għadu neċessarju għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u l-annimali kif ukoll tal-ambjent;

C.billi din id-Direttiva għandu jsirilha rieżami regolari fid-dawl tal-evoluzzjoni tax-xjenza u tal-miżuri relatati mal-protezzjoni tal-annimali;

D.billi l-Unjoni ntrabtet li tippromwovi l-benessri tal-annimali filwaqt li tħares is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

E.billi skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru Speċjali Nru442 ta' Marzu2016, 89% taċ-ċittadini tal-UE jaqblu li l-UE għandha tagħmel aktar biex tqajjem kuxjenza akbar dwar l-importanza tal-benessri tal-annimali fil-livell internazzjonali, u 90% taċ-ċittadini tal-UE jaqblu li huwa importanti li jiġu stabbiliti standards għoljin u rikonoxxuti mad-dinja kollha fil-qasam tal-benessri tal-annimali;

F.billi l-UE għandha rwol kruċjali fin-Nazzjonijiet Uniti; billi l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jeħtieġ ikomplu jimpenjaw ruħhom għal ordni globali bbażat fuq id-dritt internazzjonali u l-kooperazzjoni multilaterali; billi l-UE għandha tagħmel aktar biex tippromwovi standards għoljin f'dak li għandu x'jaqsam mal-benessri tal-annimali fir-relazzjonijiet esterni tagħha u tissielet għal kundizzjonijiet ekwi;

Tranżizzjoni lejn innovazzjoni li tagħmel inqas użu minn annimali ħajjin fir-riċerka

1.Jenfasizza li l-użu tal-annimali fir-riċerka kkontribwixxa għal avvanzi sinifikanti fit-trattament ta' kundizzjonijiet bħall-kanċer tas-sider, il-korriment intrakranjali, il-lewkimja fit-tfal, il-fibrożi ċistika, l-isklerożi multipla, it-tuberkulożi u ħafna aktar, u kellu rwol sinifikanti fl-iżvilupp ta' pacemakers, sostituzzjonijiet ta' valvi tal-qalb u anestetiċi;

2.Jenfasizza li l-ittestjar fuq l-annimali huwa kruċjali fl-iżvilupp tal-vaċċini biex jiġi żgurat li dawn ikunu sikuri; jenfasizza li l-ittestjar ta' vaċċin kontra l-coronavirus fuq l-annimali kien assolutament essenzjali fit-tellieqa biex jiġu żviluppati vaċċini kontra l-COVID-19;

3.Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-saħħa tal-annimali fis-settur tal-bhejjem tiddependi wkoll fuq ir-riċerka applikata dwar l-annimali;

4.Josserva li xi Stati Membri adottaw miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi filwaqt li Stati Membri oħrajn japplikaw biss ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fid-Direttiva2010/63/UE;

5.Jemmen li ċerti miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali jistgħu jispiraw reviżjoni futura tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi, bħall-projbizzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali għall-prodotti tat-tindif u l-bijoċidi lesti jew l-ingredjenti tagħhom kif adottat fid-Digriet dwar il-Kodiċi tal-Wallonja għall-Benessri tal-Annimali f'Ottubru2018;

6.Ifakkar li l-projbizzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali fil-prodotti kożmetiċi wasslet għal aktar sforzi ta' riċerka biex jiġu żviluppati metodi ta' ttestjar alternattivi, b'effetti li jmorru ferm lil hinn mis-settur tal-kożmetiċi; jenfasizza li mistenni jsir progress sinifikanti meta jiġu introdotti projbizzjonijiet oħra;

7.Jenfasizza li l-UE investiet somom sinifikanti fil-programmi ta' finanzjament li wasslu għall-iskoperta ta' metodoloġiji ta' approċċ ġodda (NAMs), fosthom it-teknoloġija "organu fuq ċipp", sistemi mikrofiżjoloġiċi, l-intelliġenza artifiċjali, il-bijostampar3D tat-tessuti u l-mikroorgani, li jistgħu jnaqqsu u jissostitwixxu b'mod sinifikanti l-ittestjar fuq l-annimali meta jiġu vvalidati u implimentati għal użu regolatorju kif ukoll fir-riċerka bażika u l-edukazzjoni;

8.Iqis li l-esperimenti fuq l-annimali fil-proċess tar-riċerka għandhom jiġu evitati kemm jista' jkun sabiex l-annimali jiġu protetti minn tbatija bla bżonn;

9.Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni biżżejjed finanzjament fuq terminu medju u twil għall-iżvilupp rapidu, il-validazzjoni u l-introduzzjoni ta' metodi ta' ttestjar alternattivi li jissostitwixxu l-ittestjar fuq l-annimali għal punti finali tossikoloġiċi kruċjali bħall-karċinoġeniċità, it-tossiċità riproduttiva u t-tossiċità b'doża ripetuta; iħeġġeġ lill-Kummissjoni talloka riżorsi finanzjarji għall-iżvilupp ta' mekkaniżmi aktar xjentifiċi mmirati biex jiġi evitat l-ittestjar fuq l-annimali;

Ir-rwol tal-edukazzjoni fi tranżizzjoni lejn innovazzjoni li ma tagħmilx użu minn annimali fir-riċerka

10.Jenfasizza l-ħtieġa ta' sforz kontinwu fit-taħriġ u l-edukazzjoni sabiex jiġi żgurat għarfien adegwat ta' alternattivi u proċessi fil-laboratorji u fost l-awtoritajiet kompetenti;

11.Jirrimarka li l-istituzzjonijiet akkademiċi għandhom rwol essenzjali x'jaqdu fil-promozzjoni ta' alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali f'dixxiplini xjentifiċi u fit-tixrid ta' għarfien u prattiki ġodda li huma disponibbli iżda li mhux dejjem jintużaw b'mod estensiv;

12.Jenfasizza l-bżonn li jsiru sforzi fl-istrutturi internazzjonali biex jitħaffu l-validazzjoni u l-aċċettazzjoni ta' metodi alternattivi u jingħata kontribut f'termini ta' trasferiment tal-għarfien u appoġġ finanzjarju lil pajjiżi terzi fejn ix-xjenzati jistgħu ma jkunux konxji minn metodi alternattivi u fejn il-faċilitajiet tal-ittestjar jista' ma jkollhomx l-infrastruttura neċessarja għar-riċerka;

°

°°

13.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Settembru 2021
Avviż legali-Politika tal-privatezza