龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' April 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE)2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’Frar2018 dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka ( – C10-0007/2025 – )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10‑0007/2025),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta’ Marzu 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A10-0034/2025),
1.Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2.Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-1 ta' April 2025 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE)2018/196 dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka
P10_TC1-COD(2025)0012
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),
Billi:
(1)Fis-27 ta' Jannar 2003, il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (id-"DSB") tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-"WTO") adotta r-rapport tal-Korp tal-Appell (United States — Offset Act (Byrd Amendment), rapport tal-Korp tal-Appell (WT/DS217/AB/R, WT/DS234/AB/R)), u r-rapport tal-Panel (United States — Offset Act (Byrd Amendment), ir-rapport tal-Panel (WT/DS217/AB/R, WT/DS234/R)), kif ikkonfermat mir-rapport tal-Korp tal-Appell, li sab li l-Continued Dumping and Subsidy Offset Act (is-"CDSOA") tal-Istati Uniti kien inkompatibbli mal-obbligazzjonijiet tal-Istati Uniti skont il-ftehimiet tad-WTO.
(2)Peress li l-Istati Uniti naqsu milli jikkonformaw il-leġiżlazzjoni tagħhom mal-ftehimiet tad-WTO, il-Komunità Ewropea (il-"Komunità") talbet l-awtorizzazzjoni tad-DSB sabiex tissospendi l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji u l-obbligazzjonijiet relatati tagħha skont il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-"GATT") tal-1994 lill-Istati Uniti. L-Istati Uniti oġġezzjonaw għal-livell tas-sospensjoni tal-konċessjonijiet tariffarji u l-obbligazzjonijiet relatati, u l-kwistjoni tressqet għall-arbitraġġ.
(3)Fil-31 ta' Awwissu 2004, l-Arbitru ddeċieda li l-livell ta' annullament jew indeboliment ikkawżat kull sena lill-Komunità kien ugwali għal 72% tal-ammont tal-iżborżi tas-CDSOA relatati mad-dazji antidumping jew mad-dazji kompensatorji mħallsa fuq importazzjonijiet mill-Komunità għall-aktar sena reċenti li għaliha kien hemm data disponibbli dak iż-żmien, kif ppubblikata mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti. L-Arbitru kkonkluda li s-sospensjoni mill-Komunità ta' konċessjonijiet tariffarji jew ta' obbligazzjonijiet oħra, fil-forma tal-impożizzjoni ta' dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni oltre d-dazji doganali kkonsolidati, fuq lista ta' prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti li fuq bażi annwali jkopru valur totali ta' kummerċ li ma jaqbiżx l-ammont ta' annullament jew indeboliment tkun konsistenti mar-regoli tad-WTO. Fis-26 ta' Novembru 2004, id-DSB tat lill-Komunità l-awtorizzazzjoni biex l-applikazzjoni għall-Istati Uniti ta' konċessjonijiet tariffarji u obbligazzjonijiet relatati skont GATT 1994 tkun sospiża f'konformità mad-deċiżjoni tal-Arbitru.
(4)Minħabba n-nuqqas tal-Istati Uniti li jikkonformaw is-CDSOA mal-obbligazzjonijiet tagħhom skont il-ftehimiet tad-WTO, permezz tar-Regolament (UE)2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) il-konċessjonijiet tariffarji u l-obbligazzjonijiet relatati taħt il-GATT 1994 tal-Unjoni ġew sospiżi fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti u ġie impost dazju doganali addizzjonali ad valorem (“dazju tal-importazzjoni addizzjonali”) ta' 4,3% fuq l-importazzjonijiet ta' dawk il-prodotti. F'konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni ta' konċessjonijiet tariffarji għall-Istati Uniti, il-Kummissjoni għandha taġġusta kull sena l-livell ta' dik is-sospensjoni għal-livell ta' annullament jew indeboliment kkawżat mis-CDSOA fuq l-Unjoni f'dak iż-żmien.
(5)Skont id-data ppubblikata mill-Customs and Border Protection tal-Istati Uniti, fl-aħħar snin il-livell ta' annullament jew indeboliment kkawżat mis-CDSOA lill-Unjoni naqas. Pereżempju, fl-2024, ġie kkalkulat li kien ta' USD 34,98, li jikkorrispondi għal rata ta' dazju tal-importazzjoni addizzjonali ta' 0,00002%. Peress li l-ġbir tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali ma jkollu l-ebda effett kummerċjali iżda jirriżulta f'kost amministrattiv sproporzjonat għall-Unjoni, ir-rata tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali ġiet iffissata għal 0% permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1239(3), li emenda r-Regolament (UE) 2018/196 skont dan. Billi s-CDSOA tħassret b'mod effettiv fl-1 ta' Ottubru 2007, huwa mistenni li l-livell ta' annullament jew indeboliment u, konsegwentement, ta' sospensjoni ser jibqa' f'dak il-livell bi tnaqqis sinifikanti u ekonomikament negliġibbli.
(6)Sabiex jiġu żgurati proċessi effiċjenti u biex jiġi evitat li l-Unjoni ġġarrab kostijiet amministrattivi sproporzjonati, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/196 jiġi emendat billi jinkludi limitu de minimis li taħtu l-Kummissjoni jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa taġġusta l-livell ta' sospensjoni u jenħtieġ li l-applikazzjoni tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali tiġi sospiża.
(7)Il-limitu de minimis jenħtieġ li jiġi ffissat għal USD30000 fi żborżi konformi mas-CDSOA relatati mad-dazji antidumping u dazji kompensatorji mħallsa fuq l-importazzjonijiet mill-Unjoni għall-aktar sena reċenti li għaliha jkun hemm data disponibbli dak iż-żmien, kif ippubblikata mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti (U.S. Customs and Border Protection). Taħt dak il-limitu, id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali, kif jirriżulta mill-formula awtorizzata mill-awtorizzazzjoni tad-WTO, ma jkollu l-ebda impatt fuq il-kummerċ u għalhekk ikun ekonomikament negliġibbli. Dan jikkawża wkoll kostijiet amministrattivi sproporzjonati għall-Unjoni.
(8)L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2018/196, li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati, jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jiġi allinjat mal-klawżoli standard li jinsabu fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(4).
(9) Sabiex jiġi evitat sforz amministrattiv sproporzjonat u tkun tista' ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-limitu de minimis, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(10)Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ qabel ma jsir sforz amministrattiv sproporzjonat, jitqies li huwa xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat prevista f-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.
(11)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE)2018/196 jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (UE) 2018/196, l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġe j:
(1)fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu4 biex tagħmel l-aġġustamenti u l-emendi msemmija fil-paragrafi1 u 2 ta' dan l-Artikolu.";
"
(2)jiżdied il-paragrafu li ġej:"
"4. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn l-ammont tal-iżborżi tas-CDSOA relatati mad-dazji antidumping jew mad-dazji kompensatorji mħallsa fuq importazzjonijiet mill-Unjoni għall-aktar sena reċenti li għaliha jkun hemm data disponibbli dak iż-żmien, kif ippubblikata mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, ikun ta' USD30000 jew anqas, il-Kummissjoni ma għandhiex taġġusta l-livell ta' sospensjoni u l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 2 għandha tiġi sospiża. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea."
"
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Ir-Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Frar 2018 dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 44, 16.2.2018, p. 1, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg/2018/196/oj).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE)2024/1239 tat-22 ta' Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L, 2024/1239, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1239/oj).