Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili
Il-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni qed jiżdied b’mod kostanti. F’materji tal-liġi ċivili b’implikazzjonijiet transfruntiera, l-Unjoni Ewropea qiegħda tiżviluppa kooperazzjoni ġudizzjarja, u b’hekk qed tibni rabtiet bejn sistemi ġuridiċi differenti. L-objettivi prinċipali tagħha huma ċ-ċertezza legali u l-aċċess faċli u effettiv għall-ġustizzja, li jimplikaw l-identifikazzjoni tal-ġuriżdizzjoni kompetenti u l-indikazzjoni ċara tal-liġi applikabbli, kif ukoll proċeduri ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni li jkunu rapidi u effettivi.
Il-bażi legali
L-Artikolu81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); Il-Protokolli21 u 22 annessi mat-Trattati.
L-objettivi
Fl-ispazju Ewropew ta’ ġustizzja, l-individwi m’għandhomx jiġu mxekkla jew skoraġġuti milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. L-inkompatibbiltà u l-kumplessità tas-sistemi ġuridiċi jew amministrattivi fl-Istati Membri m’għandhomx ikunu ostaklu. Il-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam sensittiv tkopri l-liġi ċivili klassika, li tinkludi firxa wiesgħa ta’ oqsma li jvarjaw mil-liġi tal-familja sal-liġi kuntrattwali u l-liġi dwar il-bejgħ. Tkopri wkoll il-leġiżlazzjoni proċedurali ċivili, li sa ftit ilu kienet prerogattiva esklużiva tal-Istati Membri. Il-qasam tar-regoli dwar il-liġi kuntrattwali privata fl-UE jaqa’ taħt il-liġi ċivili tal-UE, iżda għandu rabta mill-qrib mal-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi u għaldaqstant huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-suq uniku (2.1.7).
Il-liġi internazzjonali privata għandha l-għan li tindirizza l-aspetti transfruntiera tal-kwistjonijiet kollha b’rabta mar-relazzjonijiet bejn persuni privati, bħal-liġi tal-familja, il-liġi tal-proprjetà u l-liġi kuntrattwali. Il-miżuri marbuta mal-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transfruntiera jridu jiġu adottati mill-Kunsill b’mod unanimu (l-Artikolu81(3) tat-TFUE, it-tieni subparagrafu). L-għodod ewlenin biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-ġustizzja transfruntiera huma l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, ibbażat fuq il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, u l-kooperazzjoni ġudizzjarja diretta bejn il-qrati nazzjonali.
Il-liġi internazzjonali privata għandha influwenza diretta fuq l-ordinament ġuridiku tal-UE. Pereżempju, ir-relazzjonijiet bejn pajjiżi mhux tal-UE u l-Istati Membri relatati ma’ kwistjonijiet ġudizzjarji ċivili huma ggwidati mill-qafas tal-Konvenzjonijiet multilaterali tal-Aja. L-UE ilha Membru tal- mit-3ta’April2007. Il-Konferenza tal-Aja hija organizzazzjoni globali u intergovernattiva li għandha l-għan li progressivament tgħaqqad ir-regoli stabbiliti fil-liġi internazzjonali privata. Għalhekk tiżviluppa u toffri servizzi ta’ strumenti ġuridiċi multilaterali, li jsiru legalment vinkolanti f’pajjiżi li huma parti għaliha. Il-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat hija komposta minn 91Membru (90Stat u l-Unjoni Ewropea) u tadotta konvenzjonijiet li jittrattaw kwistjonijiet tal-liġi ċivili bħan-notifika, il-kumpilazzjoni ta’ xhieda barra mill-pajjiż, l-aċċess għall-ġustizzja, il-ħtif internazzjonali tat-tfal, l-adozzjoni bejn pajjiż u ieħor, il-kunflitti tal-liġijiet relatati mal-forma tad-dispożizzjonijiet testamentarji, l-obbligi ta’ manteniment, ir-rikonoxximent tad-divorzji, u l-abolizzjoni tal-legalizzazzjoni għal dokumenti pubbliċi barranin.
L-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili hija prinċipalment immirata biex tilħaq dawn l-objettivi:
- li tiżgura li jkun hemm grad għoli ta’ ċertezza legali għaċ-ċittadini fir-relazzjonijiet transfruntiera rregolati mil-liġi ċivili;
- li tiggarantixxi li ċ-ċittadini jkollhom aċċess faċli u effettiv għall-ġustizzja ċivili fis-soluzzjoni ta’ tilwim transfruntier;
- li tissimplifika l-istrumenti ta’ kooperazzjoni transfruntiera bejn il-qrati ċivili nazzjonali;
- li tappoġġja t-taħriġ tal-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju.
Kull att leġiżlattiv li jkun qed jitħejja jrid jintbagħat lill-parlamenti nazzjonali (l-Artikolu12 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE)). Barra minn hekk, il-parlamenti nazzjonali għandhom id-dritt joġġezzjonaw għal deċiżjonijiet li jikkonċernaw ċerti aspetti tal-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transfruntiera. Tali deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu biss skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja jekk l-ebda parlament nazzjonali ma jopponihom (l-Artikolu81(3) tat-TFUE, it-tielet subparagrafu).
Il-kisbiet
A. L-iżvilupp tal-liġi primarja fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili
Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili ma kinitx waħda mill-objettivi tal-Komunità Ewropea meta ġie adottat it-trattat fundatur. Madankollu, l-Artikolu220 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea kien jistipula li l-Istati Membri huma marbuta li jissimplifikaw “[il-]formalitajiet li jirregolaw ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-qrati jew tat-tribunali u d-deċiżjonijiet arbitrali”. Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili uffiċjalment iddaħħlet fl-isfera ta’ attività tal-UE permezz tat-Trattat ta’ Maastricht (1.1.3), fil-kuntest intergovernattiv tal-pilastru “Ġustizzja u Affarijiet Interni”. It-Trattat ta’ Amsterdam ġab il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili fl-isfera Komunitarja, billi ttrasferiha mit-TUE għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, għalkemm m’għamilhiex soġġetta għall-metodu Komunitarju. It-Trattat ta’ Nizza (1.1.4) ippermetta li jiġu adottati l-miżuri rilevanti tal-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – bl-esklużjoni tal-liġi tal-familja – skont il-proċedura leġiżlattiva ta’ kodeċiżjoni.
Il-Kunsill Ewropew ta’ Tampere (Ottubru1999) qiegħed il-pedamenti biex jinħoloq l-Ispazju Ewropew ta’ Ġustizzja. Wara li ġie rikonoxxut li ma kienx sar biżżejjed biex dan jiġi implimentat, tnieda pjan ta’ azzjoni ġdid għas-snin2005-2010 mill-Kunsill Ewropew ta’ The Hague (Novembru2004). Il-Programm ta’ The Hague ssottolinja l-ħtieġa li titkompla l-implimentazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku u li jiġi estiż għal oqsma ġodda bħall-proprjetà tal-familja, is-suċċessjonijiet u t-testmenti. Dan il-programm ġie segwit mill-Programm ta’ Stokkolma, li jirrappreżenta pjan direzzjonali għal żviluppi futuri fl-ispazju ta’ libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja matul il-perjodu ta’ ħames snin mill-2010 sal-2014.
Permezz tat-Trattat ta’ Liżbona (1.1.5), il-miżuri kollha fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili saru soġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Madankollu, il-liġi tal-familja għadha soġġetta għal proċedura leġiżlattiva speċjali: il-Kunsill jaġixxi b’mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament.
Ta’ min jinnota li d-Danimarka u l-Irlanda għandhom l-esklużjoni fakultattiva mit-TitoluV tat-Tielet Parti tat-TFUE (spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja), skont il-Protokolli Nru21 u 22 annessi mat-Trattati. L-Irlanda għandha esklużjoni fakultattiva flessibbli mil-leġiżlazzjoni adottata f’dan l-ispazju, li tippermettilha li tagħżel jekk tipparteċipax jew le fil-leġiżlazzjoni u fl-inizjattivi leġiżlattivi skont kull każ partikolari (il-Protokoll Nru21 anness mat-Trattati). Għall-kuntrarju, id-Danimarka għandha esklużjoni fakultattiva aktar riġida mill-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li jfisser li hija ma tipparteċipa xejn f’din il-politika. Fin-negozjati tat-Trattat ta’ Liżbona, id-Danimarka kisbet l-għażla li tikkonverti l-esklużjoni fakultattiva tagħha f’esklużjoni fakultattiva flessibbli fuq il-mudell tal-esklużjoni fakultattiva Irlandiża (il-Protokoll Nru22). Fit-3ta’Diċembru2015, sar referendum biex jiġi approvat l-eżerċizzju ta’ din l-għażla (4.2.1). Dan ġie rifjutat minn 53% tal-votanti.
B. Il-leġiżlazzjoni ewlenija adottata
1. Determinazzjoni tal-qorti kompetenti; ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet f’kawżi extraġudizzjarji
L-istrument prinċipali f’dan il-qasam huwa r-, magħruf ukoll bħala “ir-Regolament BrussellIa”. Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’kawżi ċivili u kummerċjali oriġinarjament kienu żgurati fi ħdan il-Komunitajiet Ewropej mill-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968, trattat iffirmat minn dawk li kienu s-sitt Stati Membri. Ir-Regolament BrussellI għandu l-għan li jarmonizza r-regoli dwar il-kunflitt ta’ ġuriżdizzjoni fl-UE u jissimplifika u jħaffef ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali. Ħa post il-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 fl-2002 u ġie riformulat fl-2012. Huwa ssupplimentat bir- (“ir-Regolament BrussellIIa”).
Sabiex ir-reġim ta’ rikonoxximent jiġi estiż għall-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), fl-1988, dawk li kienu t-12-il Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej iffirmaw trattat, il-Konvenzjoni ta’ Lugano, ma’ dawk li kienu s-sitt membri tal-EFTA – l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera – peress li l-Istati Membri tal-EFTA ma kinux eliġibbli biex jiffirmaw il-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968. It-test issa ġie kompletament sostitwit minn verżjoni tal-2007, il- (il-Konvenzjoni ta’ Lugano), konkluża bejn l-UE, id-Danimarka f’isimha stess u tlieta mill-erba’ membri l-oħra tal-EFTA (l-Iżvizzera, in-Norveġja u l-Iżlanda). Il-Liechtenstein, l-uniku Stat li aderixxa mal-EFTA wara l-1988, ma ffirmax il-konvenzjoni. Fit-2ta’April2020, ir-Renju Unit talab li jerġa’ jingħaqad mal-Konvenzjoni ta’ Lugano wara l-Brexit, f’konformità mal-Artikolu127 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, peress li ma kienx għadu parti għal din il-Konvenzjoni. Skont l-Artikoli70 u 72(3) tal-Konvenzjoni, hija meħtieġa aċċettazzjoni unanima mill-Istati Kontraenti – li kollha tawha. Iżda skont l-, kwalunkwe adeżjoni bħal din taqa’ totalment fl-isfera ta’ kompetenza esklużiva tal-UE, u għalhekk għandha tiddeċiedi dwar it-talba tar-Renju Unit għal adeżjoni mill-ġdid. Fil-, il-Kummissjoni rrifjutat li tagħti l-adeżjoni, fuq il-bażi li l-Konvenzjoni ta’ Lugano kienet maħsuba għal Stati b’integrazzjoni regolatorja mill-qrib mal-UE. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-Konvenzjoni tal-Aja għandha tintuża għar-relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi mhux tal-UE li huma inqas allinjati mill-qrib. Konsegwentement, il-Konvenzjoni tal-Aja (jiġifieri l-) tista’ tkun qafas aħjar għal kooperazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili.
Qed jiżviluppaw rabtiet familjari fost individwi ta’ nazzjonalitajiet differenti bħala riżultat ta’ żieda fil-mobbiltà. Koppji binazzjonali jeħtieġ li jkunu jafu x’isem jieħdu uliedhom u persuni divorzjati jeħtieġ li jkunu jistgħu jibdew mill-ġdid f’pajjiż ieħor mingħajr ma’ jaqtgħu l-kuntatt minn ma’ wliedhom. Fir-rigward ta’ minuri li jinħatfu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom, il-, li minn Novembru2022 għandha 103Stat kontraenti, fosthom l-Istati Membri tal-UE kollha, hija bbażata fuq objettiv sempliċi ħafna: ir-ritorn immedjat tal-minuri maħtuf. B’mod parallel, dak li qabel kien ir-Regolament “Brussell IIa” ġie riformulat fl-2019 u issa jissejjaħ . L-objettiv ewlieni tar-reviżjoni tiegħu huwa li jittejbu r-regoli tal-liġi li jipproteġu lit-tfal f’kawżi ta’ tilwim transfruntier dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, bħal dawk relatati mal-kustodja, id-drittijiet ta’ aċċess u l-ħtif ta’ minuri. Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, kif ukoll id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, u d-drittijiet tat-tfal.
Sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru internazzjonali tal-obbligi ta’ manteniment, f’Diċembru2008 il-Kunsill adotta r-. Dan ir-Regolament għaqqad fi strument wieħed ir-regoli uniformi dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali. Bl-iskop li jtejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċedimenti ta’ insolvenza transfruntiera, ir- jistabbilixxi regoli uniformi dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-liġi applikabbli f’dan il-qasam. Sabiex jitneħħa l-exequatur għad-deċiżjonijiet relatati ma’ talbiet mhux kontestati, il-Parlament u l-Kunsill adottaw ir-. dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jfittex li jelimina l-ostakli li jiltaqgħu magħhom iċ-ċittadini fl-infurzar tad-drittijiet tagħhom fil-kuntest tas-suċċessjonijiet internazzjonali. Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jiffaċilita dan il-proċess billi jippermetti lin-nies jimlew u joħolqu l-formola V online. Peress li d-Danimarka u l-Irlanda ma jipparteċipawx, il-proċeduri ta’ wirt transkonfinali ttrattati mill-awtoritajiet ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri għandhom jiġu rregolati mir-regoli nazzjonali tagħhom.
Minħabba l-konsegwenzi ġuridiċi differenti li jirriżultaw mill-karatteristiċi distinti taż-żwieġ u tas-sħubijiet reġistrati, il-Kummissjoni, fl-2011, ippreżentat żewġ proposti separati għal regolamenti li jistabbilixxu reġimi ta’ proprejtà għall-koppji internazzjonali – wieħed għall-koppji miżżewġin u l-ieħor għas-sħubijiet reġistrati – dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet relatati mas-sistemi li jirregolaw ir-reġimi ta’ proprejtà matrimonjali.
2. L-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet
Ġew adottati għadd ta’ strumenti fil-livell tal-UE biex jindirizzaw il-kwistjonijiet l-aktar kruċjali b’rabta mal-liġi internazzjonali privata (jiġifieri r-Regolamenti ta’ Brussell u ta’ Ruma). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-. L-adozzjoni tar- ippermettiet il-ħolqien ta’ ġabra uniformi ta’ regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet għall-obbligi mhux kuntrattwali f’materji ċivili u kummerċjali. Għaldaqstant, l-intenzjoni tiegħu hija li jittejbu ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà tal-eżitu tal-litigazzjoni. Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet relatati mal-obbligi ta’ manteniment huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru4/2009 (ara hawn fuq). Fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, f’Diċembru2010, il-Kunsill adotta r-, li jistabbilixxi qafas legali ċar u komprensiv għad-divorzju u s-separazzjoni legali. F’dak li jikkonċerna s-suċċessjonijiet internazzjonali, ir-Regolament (UE) Nru650/2012 jiddetermina, fost affarijiet oħra, il-liġi applikabbli.
3. Il-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-ġustizzja
Sabiex , li tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn. L-iskop tad-Direttiva huwa li jiġi garantit livell “adegwat” ta’ għajnuna legali fit-tilwim transfruntier għal persuni li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi. Sabiex l-aċċess għall-ġustizzja jsir aktar faċli u effikaċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej, l-Unjoni Ewropea introduċiet regoli ta’ proċedura komuni bil-ħsieb li tissimplifika u tħaffef il-litigazzjoni transfruntiera li tikkonċerna talbiet żgħar, kif ukoll l-irkupru transfruntier ta’ talbiet għal flus mhux ikkontestati fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea. Dawn jinsabu fir-, u r-. Dawn il-proċeduri huma fakultattivi u addizzjonali għall-proċeduri previsti mil-liġi nazzjonali. tistabbilixxi regoli komuni dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali sabiex iżżid iċ-ċertezza legali u għaldaqstant tinkoraġġixxi l-użu ta’ dan il-metodu ta’ soluzzjoni tat-tilwim.
4. L-istrumenti ta’ kooperazzjoni transfruntiera bejn il-qrati ċivili nazzjonali
L-Artikolu81(2)(a) u (c) tat-TFUE jagħti wkoll lill-Parlament u lill-Kunsill il-kompitu li jadottaw miżuri bl-għan li jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-kompatibbiltà tar-regoli nazzjonali fir-rigward tal-kunflitt tal-liġijiet u tal-ġuriżdizzjoni. għandu l-intenzjoni li jissimplifika u jħaffef it-trażmissjoni ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji bejn l-Istati Membri u li għaldaqstant iżid l-effiċjenza u l-ħeffa tal-proċeduri ġudizzjarji. Sabiex jissimplifika u jħaffef il-kooperazzjoni bejn il-qrati fid-diversi Stati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali, il-Kunsill adotta r-. Sabiex tittejjeb, tiġi ssimplifikata u titħaffef il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri u biex jiġi promoss l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini involuti f’tilwim transfruntier, ġie stabbilit permezz tad-. In-network jikkonsisti f’punti ta’ kuntatt magħżula mill-Istati Membri, l-awtoritajiet ċentrali previsti f’ċerti strumenti tal-UE, maġistrati ta’ kollegament u kwalunkwe awtorità oħra li jkollha responsabbiltajiet fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn atturi Statali (qrati u awtoritajiet ċentrali). Id-Deċiżjoni2001/470/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni568/2009/KE tat-18ta’Ġunju2009 bl-għan li ttejjeb u ssaħħaħ ir-rwol tan-Network Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali. Id-deċiżjoni introduċiet bidla maġġuri: l-assoċjazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw lill-prattikanti fil-qasam legali, b’mod partikolari l-avukati, in-nutara u l-marixxalli, tħallew jingħaqdu man-network.
L-iżvilupp tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-kommunikazzjoni fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja jikkostitwixxi għodda oħra għas-simplifikazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-materji ċivili. Dan il-proġett tnieda f’Ġunju2007 u wassal għal Strateġija Ewropea tal-Ġustizzja Elettronika. L-għodod tal-Ġustizzja Elettronika jkopru: , li huwa maħsub biex jiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini u l-impriżi fl-Ewropa; l-interkonnessjoni tar-rekords kriminali fil-livell Ewropew; użu aħjar tal-vidjokonferenzi waqt il-proċedimenti ġudizzjarji; għodod innovattivi tat-traduzzjoni bħat-traduzzjoni awtomatizzata; formoli dinamiċi online; u bażi tad-data Ewropea ta’ tradutturi u interpreti legali. It-, li l-Kummissjoni tippubblika kull sena, hija għodda ta’ informazzjoni bl-għan li tgħin lill-UE u lill-Istati Membri jiksbu ġustizzja aktar effettiva billi tipprovdi data oġġettiva, affidabbli u komparabbli dwar il-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja fl-Istati Membri kollha. Din id-data hija essenzjali biex tappoġġja r-riformi fis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Ħlief għal-liġi tal-familja, meta l-Kunsill jaġixxi unanimament u l-Parlament jiġi biss ikkonsultat, il-proċedura leġiżlattiva ordinarja hija applikata għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Il-Parlament Ewropew żvolġa rwol attiv fid-definizzjoni tal-kontenut tal-istrumenti leġiżlattivi msemmija hawn fuq. Fl-imgħoddi, il-Parlament innota li hemm bżonn ta’ kultura ġudizzjarja Ewropea ġenwina sabiex iċ-ċittadini jingħataw il-benefiċċji kollha tad-drittijiet tagħhom skont it-trattati. Wieħed mill-aktar aspetti importanti f’dan ir-rigward huwa t-taħriġ, b’mod partikolari fil-qasam ġuridiku. F’Ġunju 2013, il-Parlament adotta .
Fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta’ reġimi ta’ proprjetà ta’ koppji internazzjonali, li tkopri kemm ir-reġimi ta’ proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati, il-Parlament kien ta l-kunsens tiegħu fl-2013, iżda ż-żewġ atti kienu baqgħu mblukkati għal snin sħaħ fil-Kunsill. Għaldaqstant, tlieta u għoxrin Stat Membru qablu dwar il-kooperazzjoni msaħħa (l-Artikolu20 tat-TUE) sabiex isir progress fuq l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni. Fil-bidu tal-2016, il-Kummissjoni fasslet proposti ġodda għal atti li s-sustanza tagħhom kienet ibbażata fuq il-votazzjoni tal-Parlament u l-kompromessi miksuba preċedentement. ġie finalment adottat fl-24ta’Ġunju2016.
Fir-rigward tal-proċeduri tal-qorti ċivili fl-Unjoni Ewropea, il-Parlament adotta . F’din ir-riżoluzzjoni, f’Lulju 2017, il-Parlament stieden lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu225 tat-TFUE, biex sat-30ta’Ġunju2018, tressaq proposta għal att leġiżlattiv abbażi tal-Artikolu81(2) tat-TFUE, dwar standards minimi komuni ta’ proċedura ċivili. It-test tad-direttiva proposta tal-UE annessa mar-riżoluzzjoni tal-Parlament ifittex li japprossima s-sistemi ta’ proċedura ċivili sabiex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għad-dritt għal proċess ġust, kif rikonoxxut fl-Artikolu47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u fl-Artikolu6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (4.1.2), billi jistabbilixxi standards minimi li jikkonċernaw il-bidu, it-twettiq u l-konklużjoni ta’ proċedimenti ċivili quddiem il-qrati jew it-tribunali tal-Istati Membri. Il-kariga ta’ Medjatur tal-Parlament Ewropew għall-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri mill-Ġenituri nħolqot fl-1987 sabiex tgħin lit-tfal minn żwiġijiet/relazzjonijiet binazzjonali li jisfaw vittmi ta’ ħtif ta’ minuri mill-ġenituri. It-titlu ta’ din il-kariga, li dejjem kienet okkupata minn Membru attwali tal-PE, f’April2018, ġie mibdul għal “Koordinatur tal-Parlament Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal” taħt Elisabeth Morin-Chartier, biex tiġi riflessa l-evoluzzjoni tal-mandat mogħti lill-pożizzjoni biex jiġu koperti d-drittijiet tat-tfal.
Ewa Kopacz ilha tokkupa l-pożizzjoni ta’ Koordinatur tal-Parlament Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal minn Lulju2019. Il-predeċessuri tagħha fil-kariga kienu Anna Maria Corazza Bildt (2019), Elisabeth Morin-Chartier (2017-2019), Mairead McGuinness(2014-2017), Roberta Angelilli (2009-2014), Evelyne Gebhardt (2004-2009), Mary Banotti (1995-2004) u Marie-Claude Vayssade (1987-1994).
Fis-7 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni ta’ strumenti awtentiċi fi kwistjonijiet ta’ paternità u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ Ġenitur. Skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni, il-Parlament ħa l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz tat-test fl-14 ta’ Diċembru 2023.
Fis-27 ta’ Ġunju 2023, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament adotta r-rapport tiegħu dwar il-proposta għal direttiva dwar litigazzjoni abbużiva mmirata lejn il-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet (li spiss issir referenza għaliha bħala SLAPPs) u għal riformi tar-Regolament Brussell Ia u r-Regolament Ruma II. Fil-11 ta’ April 2024, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id- (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”).
(ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni jew ir-Regolament dwar il-ġustizzja elettronika) ġie adottat fit-13 ta’ Diċembru 2023. Huwa għandu l-għan li jtejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u l-effiċjenza u r-reżiljenza tal-flussi ta’ komunikazzjoni li huma essenzjali għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji f’kawżi transfruntiera tal-UE, billi jtaffi l-piżijiet amministrattivi, iqassar il-ħinijiet tal-ipproċessar tal-każijiet, jagħmel il-komunikazzjoni aktar sigura u affidabbli, u parzjalment jawtomatizza t-trattament tal-kawżi. Jistabbilixxi wkoll regoli għall-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti fi proċeduri ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja u għall-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn persuni fiżiċi jew ġuridiċi u awtoritajiet kompetenti fi proċeduri ġudizzjarji f’materji ċivili u kummerċjali (l-Artikolu 1). Dan għandu jitwettaq, b’mod partikolari, permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata (l-Artikolu 3) u l-punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew (l-Artikolu 4).
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar l-implikazzjonijiet politiċi tal-iżvilupp ta’ dinjiet virtwali – kwistjonijiet ta’ dritt ċivili, soċjetarju, kummerċjali u tal-proprjetà intellettwali, il-Parlament iddeskriva l-isfidi ppreżentati mit-teknoloġiji emerġenti għall-prinċipju territorjali tradizzjonali tad-dritt internazzjonali privat, li wieħed minnhom huwa l-blockchain, bażi tad-data deċentralizzata li hija distribwita fost network ta’ kompjuters. Il-Parlament talab lill-Kummissjoni taġġusta d-dritt tal-UE sabiex iċ-ċittadini u l-kumpaniji ma jkollhomx għalfejn jillitigaw fil-qrati ta’ pajjiżi terzi peress li dawn jistgħu ma jiggarantixxux id-drittijiet sħaħ tagħhom.
Id-Dipartiment Tematiku tal-Parlament għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali dan l-aħħar ippubblika riċerka dwar talbiet transfruntiera għal arti misruqa, il-liġi kuntrattwali kummerċjali Ewropea, il-kuntratti ta’ akkwiżizzjoni imposti minn pjattaformi fis-settur kulturali u kreattiv u l-metavers.
Alexandru-George Moș / Mariusz Maciejewski / Udo Bux