Id-dħul tal-Unjoni
Il-baġit tal-UE huwa ffinanzjat fil-biċċa l-kbira tiegħu mir-riżorsi proprji, u ssupplimentat minn dħul ieħor. Id-dħul annwali jrid ikopri l-infiq annwali kollu, peress li defiċit baġitarju mhuwiex permess. Is-sistema tar-riżorsi proprji hija deċiża mill-Kunsill fuq bażi ta’ unanimità, wara li titqies l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, u teħtieġ ir-ratifika ta’ kull Stat Membru. Riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji magħmula minn żewġ pakketti ta’ riżorsi proprji ġodda ġiet proposta mill-Kummissjoni fl-2022 u l-2023.
Il-bażi legali
- L-Artikoli311 u322(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli106a u171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;
- dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea;
- li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti, dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud, u dwar il-kalkolu tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ li mhux qed jiġi riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex titqiegħed għad-dispożizzjoni dik ir-riżorsa proprja, fuq il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti, u fuq ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq id-dħul nazzjonali gross.
L-objettiv
Biex l-Unjoni Ewropea jkollha awtonomija finanzjarja fil-limiti tad-dixxiplina baġitarja.
L-operat
Id- ipprovdiet lill-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) ir-riżorsi proprji tagħha stess. Skont , il-livell tar-riżorsi proprji li jistgħu jiġu mobilizzati kull sena bħalissa huma limitati għal massimu ta’ 1.4% tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-UE. Peress li l-infiq globali ma jistax jeċċedi d-dħul totali, l-infiq huwa ristrett ukoll b’dan il-limitu massimu taħt il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali għall-perjodu 2021-2027 (1.4.3).
Il-kompożizzjoni tad-dħul
1. Ir-riżorsi proprji
Riżorsi proprji “tradizzjonali” jikkonsistu f’dazji doganali, dazji agrikoli u imposti fuq iz-zokkor miġbura sa mill-1970. Il-perċentwal li jista’ jinżamm mill-Istati Membri biex ikopri l-kostijiet tal-ġbir reġa’ żdied għal25% minn20%. Ir-riżorsi proprji “tradizzjonali” issa ġeneralment jirrappreżentaw madwar 10-15% tad-dħul tar-riżorsi proprji[1].
Ir-riżorsa proprja bbażata fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud tikkonsisti fi trasferiment ta’ perċentwal tal-istima tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) miġbura mill-Istati Membri lejn l-Unjoni. Għalkemm prevista fid-Deċiżjoni tal-1970, din ir-riżorsa ġiet applikata biss meta s-sistemi tal-VAT tal-Istati Membri ġew armonizzati fl-1979. Ir-riżorsa tal-VAT issa tirrappreżenta wkoll madwar 10% tad-dħul tar-riżorsi proprji.
Ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING tikkonsisti f’imposta ta’ perċentwal uniformi fuq l-ING tal-Istati Membri stipulat fil-proċedura baġitarja ta’ kull sena, u kienet inħolqot permezz tad-. Oriġinarjament kellha tinġabar biss jekk ir-riżorsi proprji l-oħra ma jkunux koprew l-infiq kollu, iżda issa tiffinanzja l-parti l-kbira tal-baġit tal-UE. Ir-riżorsa bbażata fuq l-ING ittriplat mill-aħħar tas-snin disgħin, u issa ġeneralment tirrappreżenta madwar 60-70% tad-dħul tar-riżorsi proprji.
Ir-riżorsa proprja tal-“plastik” ġiet introdotta mill-1 ta’ Jannar 2021 permezz tad-tal-2020. Hija kontribuzzjoni nazzjonali (trasferiment dirett mill-baġits tal-Istati Membri) abbażi tal-kwantità ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat, b’rata ta’ ġbir ta’ EUR0.80 għal kull kilo. Mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri b’ING per capita taħt il-medja tal-UE titnaqqas somma f’daqqa annwali li tikkorrispondi għal 3.8kilogrammi ta’ skart tal-plastik per capita. Id-dħul minn din ir-riżorsa jipprovdi madwar 3-4% tal-baġit tal-UE.
2. Dħul ieħor u l-bilanċ riportat mis-sena preċedenti
Dħul ieħor jinkludi t-taxxi mħallsa mill-persunal tal-UE fuq is-salarji tagħhom, il-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi li mhumiex fl-UE għal programmi tal-UE, il-pagamenti ta’ mgħax u l-multi mħallsa minn kumpaniji li jiksru l-liġijiet tal-UE. F’każ ta’ surplus, il-bilanċ minn kull sena finanzjarja jiddaħħal fil-baġit għas-sena ta’ wara bħala dħul. Dħul ieħor, bilanċi u aġġustamenti tekniċi oħra ġeneralment jammontaw għal madwar 2-8% tad-dħul totali.
Is-self huwa wkoll kontabilizzat taħt “dħul ieħor”, u bħalissa jammonta għal 25-30% tal-baġit. Il-baġit tal-UE ma jistax ikun f’sitwazzjoni ta’ defiċit, u l-finanzjament tal-infiq tiegħu permezz tas-self mhuwiex permess. Madankollu, sabiex jiġu ffinanzjati l-għotjiet u s-self ipprovduti mill-iskema ta’ rkupru Next Generation EU (NGEU), il-Kummissjoni ġiet awtorizzata, fuq bażi eċċezzjonali u temporanja, tissellef sa EUR750biljun (fi prezzijiet tal-2018) mis-swieq kapitali. Is-self nett ġdid għandu jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar tal-2026, u wara dan ikunu permessi biss operazzjonijiet ta’ rifinanzjament.
3. Mekkaniżmi ta’ korrezzjoni
Is-sistema tar-riżorsi proprji ntużat wkoll biex tikkoreġi l-iżbilanċi baġitarji bejn il-kontribuzzjonijiet netti tal-Istati Membri. Għalkemm ir-“rifużjoni tar-Renju Unit” introdotta fl-1984 ma għadhiex tapplika, id-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja se jkomplu jibbenefikaw mill-korrezzjonijiet b’somma f’daqqa matul il-perjodu2021-2027.
Lejn ir-riforma tar-riżorsi proprji tal-UE
It-Trattat ta’ Liżbona afferma li l-baġit għandu jkun iffinanzjat kollu kemm hu minn riżorsi proprji, u żamm is-setgħa tal-Kunsill li, wara konsultazzjoni mal-Parlament, jadotta unanimament deċiżjoni dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni[2], sabiex jiġu stabbiliti kategoriji ġodda ta’ riżorsi proprji u jitneħħew dawk eżistenti. Stabbilixxa wkoll li l-Kunsill jista’ jadotta biss il-miżuri ta’ implimentazzjoni għal dawn id-deċiżjonijiet bl-approvazzjoni tal-Parlament, u b’hekk saħħaħ il-pożizzjoni tal-Parlament fil-proċess.
Abbażi tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat ta’ Liżbona, il-Parlament talab ripetutament biex issir riforma approfondita tas-sistema tar-riżorsi proprji f’għadd ta’ pożizzjonijiet u riżoluzzjonijiet f’dawn l-aħħar snin[3]. Il-Parlament enfasizza l-problemi bis-sistema tar-riżorsi proprji, b’mod partikolari l-kumplessità eċċessiva tagħha u d-dipendenza finanzjarja tagħha fuq il-kontribuzzjonijiet nazzjonali.
F’Jannar2017, il-grupp ta’ livell għoli maħluq fl-2014 biex iwettaq rieżami ġenerali tas-sistema tar-riżorsi proprji (il-“grupp Monti”) ippreżenta tiegħu dwar modi aktar trasparenti, sempliċi, ekwi u demokratikament responsabbli għall-finanzjament tal-baġit tal-UE. Il-konklużjoni ewlenija kienet li l-baġit tal-UE kien jeħtieġ riforma, kemm mill-aspett tad-dħul kif ukoll minn dak tal-infiq, sabiex ikun jista’ jindirizza l-isfidi attwali u jikseb riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini tal-UE.
Abbażi ta’ dan ir-rapport u sussegwenti, il-Kummissjoni għamlet [4] fit-2ta’Mejju2018 biex tissimplifika r-riżorsa proprja attwali bbażata fuq il-VAT u biex tintroduċi sett ta’ riżorsi proprji ġodda. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll l-abolizzjoni tar-rifużjonijiet kollha u t-tnaqqis minn 20% għal 10% tas-sehem tad-dħul doganali li l-Istati Membri jżommu bħala kostijiet tal-ġbir, kif ukoll żieda fil-limitu massimu fuq is-sejħiet annwali għar-riżorsi proprji biex jitqies l-ING totali iżgħar tal-UE-27 u tal-integrazzjoni proposta tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-UE.
Bil-ħsieb li jinkiseb baġit tal-UE aktar stabbli li jkun imfassal biex jappoġġja l-objettivi tal-politika tal-UE, huwa appella ripetutament għal sett ambizzjuż u bbilanċjat ta’ riżorsi proprji ġodda tal-UE li jkun ġust, sempliċi, trasparenti u fiskalment newtrali għaċ-ċittadini. Il-Parlament insista wkoll fuq riformi biex il-ġbir tad-dħul jiġi simplifikat aktar, ikun aktar trasparenti u aktar demokratiku, biex jitnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-ING, biex tiġi riformata jew eliminata r-riżorsa tal-VAT u biex jitneħħew gradwalment il-forom kollha ta’ rifużjoni.
Proposti ta’ riforma
Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ bejn is-17 u l-21ta’Lulju2020, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern qablu fuq QFP ġdid, l-NGEU, fuq żieda tal-limitu massimu għall-ħlasijiet u fuq riżorsa proprja ġdida bbażata fuq skart tal-plastik mhux riċiklat li għandha tiġi applikata minn Jannar2021.
L-NGEU kien ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni tat-, li tissellef sa €750biljun billi toħroġ bonds fis-swieq internazzjonali f’isem l-UE b’perjodi ta’ maturità ta’ bejn it-3 snin u t-30sena, sabiex tiġġieled kontra l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19. Sabiex issostni l-obbligazzjonijiet imġarrba mill-UE biex eventwalment tħallas lura l-finanzjament tas-suq li jinġabar, il-Kummissjoni pproponiet li, eċċezzjonalment u temporanjament, tgħolli l-limitu massimu tar-riżorsi proprji b’0.6% tal-ING tal-UE aktar miż-żieda permanenti proposta minn1.2% għal1.4% tal-ING b’kunsiderazzjoni tal-kuntest ekonomiku l-ġdid.
B’risposta għal dan, fir-, il-Parlament saħaq li l-ħolqien ta’ riżorsi proprji ġodda addizzjonali biss jista’ jgħin biex jitħallas lura d-dejn tal-UE li rriżulta mis-self relatat mal-NGEU, filwaqt li jiġi salvat il-baġit tal-UE u tittaffa l-pressjoni fiskali fuq it-teżori nazzjonali u ċ-ċittadini tal-UE. Fis-, l-opinjoni tal-Parlament fil-qafas tal-proċedura ta’ konsultazzjoni tenniet sejħiet għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda abbażi ta’ pjan direzzjonali, u għall-abolizzjoni tar-rifużjonijiet kollha.
Fl-10ta’Novembru2020, in-negozjaturi tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni laħqu ftehim politiku fuq il-QFP, ir-riżorsi proprji u ċerti aspetti li jikkonċernaw il-governanza tal-istrument ta’ rkupru. Bħala riżultat, anness ġdid għall-, stabbilixxa pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda matul il-perjodu2021-2027. L-introjtu minn riżorsi proprji ġodda għandu jkun biżżejjed biex ikopri l-ħlas lura tal-NGEU, filwaqt li kwalunkwe dħul li jibqa’ għandu jiffinanzja l-baġit tal-UE.
Skont id-Deċiżjoni l-ġdida dwar ir-Riżorsi Proprji adottata fl-14ta’Diċembru2020, ir-rifużjonijiet għal ċerti Stati Membri nżammu u l-kostijiet tal-ġbir fuq id-dazji doganali żdiedu minn20% għal25%. Wara r-ratifika tagħha mill-Istati Membri kollha sal-31ta’Mejju2021, id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji ġiet applikata b’mod retroattiv mill-1ta’Jannar2021.
Wara l-proposti tal-14ta’Lulju2021 għar- u l-, fit-22ta’Diċembru2021 ġiet ippubblikata . Hija tispeċifika li 25% tad-dħul mill-kwoti tal-ETS irkantati, 75% tal-introjtu ġġenerat mill-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri u 15% tas-sehem tal-profitti residwi riallokati lill-Istati Membri tal-UE skont il-ftehim tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi / G20 dwar it-tassazzjoni korporattiva internazzjonali (l-ewwel pilastru) jitħallsu fil-baġit tal-UE.
Fl-20 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ppubblikat il-. Dan kien jinkludi riżorsa proprja statistika temporanja, imħallsa bħala kontribuzzjoni nazzjonali fuq il-profitti tal-kumpaniji ta’ 0.5% tal-bażi nozzjonali tal-profitt tal-kumpanija tal-UE (abbażi tas-surplus operatorju gross għas-setturi tal-korporazzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji, ikkalkulat mill-Eurostat). Eventwalment, dan se jiġi sostitwit b’riżorsa proprja ġenwina bbażata fuq it-tassazzjoni korporattiva, kontribuzzjoni mill-inizjattiva tal-futur . Il-proposta tipprevedi wkoll żieda fir-rata ta’ ġbir tar-riżorsa proprja tal-ETS minn 25% għal 30%, ġustifikata miż-żieda fil-prezzijiet tal-karbonju. Il-pakkett propost jista’ jirriżulta fi dħul annwali addizzjonali ta’ madwar EUR 23 biljun mill-2024 u EUR 36 biljun mill-2028, li jikkorrispondi għal madwar 18-20% tad-dħul totali.
Il-Kunsill attwalment għad irid jieħu deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi proprji ġodda kollha proposti reċentement.
Il-fehmiet tal-Parlament Ewropew
Matul il-proċedura ta’ konsultazzjoni dwar l-ewwel sett ta’ riżorsi proprji ġodda, il-Parlament approva b’mod ġenerali l-proposta, b’xi . Il-Parlament adotta wkoll riżoluzzjoni fl-10 ta’ Mejju 2023 li tħeġġeġ lill-Kunsill jadotta l-ewwel sett u ssuġġerixxa riżorsi proprji ġodda addizzjonali.
Andras Schwarcz