Ϸվ

Kull istituzzjoni tal-UE u l-Istati Membri jagħmlu skrutinju tal-baġit tal-UE. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Parlament Ewropew iwettqu kontrolli dettaljati f’diversi livelli. Kull sena, il-Parlament jagħmel skrutinju tal-implimentazzjoni tal-baġit bil-għan li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-aġenziji deċentralizzati tal-UE.

Il-bażi legali[1]

  • L-Artikoli287, 317, 318, 319, 322 u 325 tat- (TFUE);
  • (ara b’mod partikolari t-TitoluII, il-Kapitolu7 dwar il-prinċipju ta’ ġestjoni u prestazzjoni finanzjarja tajba u t-TitoluXIV dwar awditjar estern u kwittanza);
  • dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, PartiIII;
  • Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, TitoluII, Kapitoli6 u 7, Artikoli99, 100 u 104; TitoluV, Kapitolu2, Artikolu134; AnnessV.

L-objettivi

Għandhom jiġu żgurati l-legalità, il-preċiżjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-operazzjonijiet baġitarji u tas-sistemi ta’ kontroll finanzjarju, kif ukoll il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE (ekonomija, effiċjenza u effikaċja), u, fir-rigward tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Parlament Ewropew, għandu jiġi żgurat li dawn l-objettivi jintlaħqu (kriterji tal-prestazzjoni).

Il-kisbiet

A. Il-kontroll fil-livell nazzjonali

Il-kontroll inizjali tad-dħul u l-infiq jitwettaq fil-parti l-kbira tiegħu mill-awtoritajiet nazzjonali. Dawn żammew is-setgħat tagħhom, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-riżorsi proprji tradizzjonali (1.4.1), qasam li fih jistgħu jwettqu l-proċeduri meħtieġa għall-ġbir u l-verifika tal-ammonti kkonċernati. Il-kontroll baġitarju jiġi eżerċitat ukoll permezz tal-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u l-frodi (1.4.6). In-nefqa operazzjonali tal-istrumenti li jaqgħu taħt il-ġestjoni kondiviża, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew (li flimkien jiffurmaw il-Fondi Strutturali), kif ukoll il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija wkoll suġġetta għal skrutinju l-ewwel nett mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

B. Il-kontroll fil-livell tal-Unjoni

1. Intern

F’kull istituzzjoni, il-kontroll huwa eżerċitat mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u l-kontabilisti u mbagħad mill-awditur intern tal-istituzzjoni.

2. Estern: mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1.3.12)

Il-kontroll estern jitwettaq mill-istituzzjonijiet ta’ awditjar nazzjonali u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), li kull sena tippreżenta rapporti dettaljati lill-awtorità baġitarja f’konformità mal-Artikolu287 tat-TFUE, jiġifieri:

  • Id-“dikjarazzjoni li tiċċertifika l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom” (magħrufa bħala DAS);
  • Ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali, inklużi l-baġits tal-istituzzjonijiet u l-korpi satelliti kollha;
  • Rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji u l-korpi tal-UE;
  • Rapporti speċjali dwar kwistjonijiet speċifiċi (awditjar tal-konformità u tal-prestazzjoni);
  • Opinjonijiet (dwar liġijiet ġodda jew emendati li għandhom impatt sinifikanti fuq il-ġestjoni finanzjarja tal-UE);
  • Rieżamijiet li jkopru politiki u suġġetti ta’ ġestjoni, janalizzaw oqsma jew kwistjonijiet li jkunu għadhom mhumiex awditjati jew jistabbilixxu bażi fattwali dwar ċerti suġġetti;
  • Għas-snin finanzjarji 2019, 2020 u 2021, il-QEA ppubblikat rapport dwar il-prestazzjoni ġenerali tal-baġit tal-UE. Din waqfet tippubblika dan ir-rapport mis-sena finanzjarja 2022.

Il-QEA tfassal regolarment rapporti dwar operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti kif ukoll dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ). L-aħħar FEŻ kopra l-perjodu 2014-2020 u mbagħad ġie integrat fil-baġit tal-UE mal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027[2].

3. Il-kontroll fil-livell politiku: mill-Parlament Ewropew

Fi ħdan il-Parlament Ewropew, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit huwa responsabbli għat-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament u b’mod partikolari għal:

  • l-eżami bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u tal-FEŻ;
  • it-tħejjija tad-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza, inkluża l-proċedura interna ta’ kwittanza;
  • l-għeluq, il-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet u l-karti tal-bilanċ tal-UE, l-istituzzjonijiet tagħha u kwalunkwe korp iffinanzjat minnha;
  • l-eżami bir-reqqa tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (1.3.15);
  • il-monitoraġġ tal-kosteffettività tad-diversi forom ta’ finanzjament tal-UE b’konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE;
  • il-ħatra tal-membri tal-QEA, b’kunsiderazzjoni tar-rapporti tagħha;
  • l-eżami ta’ każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet b’konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, l-adozzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet u prosekuzzjonijiet f’każijiet bħal dawn, u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE b’mod ġenerali;
  • ir-relazzjonijiet mal-QEA, mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

Il-proċedura ta’ kwittanza

Darba fis-sena, il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, jagħti kwittanza lill-Kummissjoni (u lil istituzzjonijiet u korpi oħra) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena n-2, wara li jkun eżamina, fost affarijiet oħra, ir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni (u ta’ istituzzjonijiet oħra), ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-Kummissjoni, ir-rapport ta’ valutazzjoni (l-Artikolu318 tat-TFUE, dan ir-rapport jiffoka fuq ir-riżultati miksuba mill-programmi tal-UE filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill fis-snin preċedenti), ir-rapport annwali tal-QEA u r-risposti mill-Kummissjoni u mill-istituzzjonijiet l-oħra għall-mistoqsijiet tal-Parlament (l-Artikolu319 tat-TFUE). Dan il-proċess huwa magħruf bħala skrutinju parlamentari tal-implimentazzjoni tal-baġit, u għandu l-għan li jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti legali u regolatorji, kif ukoll il-ġestjoni finanzjarja tajba. Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit iħejji l-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-rapporti msemmija hawn fuq. Id-deċiżjonijiet ta’ kwittanza li jirriżultaw huma akkumpanjati minn riżoluzzjoni, li fiha l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

Il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra huma meħtieġa jieħdu azzjoni rigward l-osservazzjonijiet tal-Parlament fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tiegħu (l-Artikolu 319(3) tat-TFUE u l-Artikolu262 tar-Regolament Finanzjarju).

Bħala regola ġenerali, il-Parlament jikkunsidra r-rapporti ta’ kwittanza f’sessjoni parzjali qabel il-15ta’Mejju (Artikolu260 tar-Regolament Finanzjarju). Għalhekk, għajr għal meta jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali, il-votazzjonijiet dwar l-għoti ta’ kwittanza jsiru waqt is-sessjoni parzjali ta’ Mejju jew, fil-każ ta’ posponiment, fis-sessjoni parzjali ta’ Ottubru. Jekk proposta biex tingħata kwittanza ma tgħaddix b’maġġoranza, jew jekk il-Parlament jiddeċiedi li jipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza tiegħu (fir-rebbiegħa), il-Parlament jinforma lill-istituzzjonijiet jew lill-aġenziji kkonċernati dwar ir-raġunijiet. Dawn ikunu meħtieġa jieħdu azzjoni mingħajr dewmien biex jeliminaw l-ostakli għad-deċiżjoni ta’ kwittanza. Imbagħad, fi żmien sitt xhur, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jippreżenta rapport ġdid li jkun fih proposta ġdida għall-għoti jew għar-rifjut tal-kwittanza.

Għalkemm it-TFUE jirreferi biss għall-kwittanza għall-Kummissjoni, għal raġunijiet ta’ trasparenza u ta’ sorveljanza demokratika, il-Parlament jagħti wkoll kwittanza separata lill-istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħra u lil kull aġenzija jew entità simili (id-dispożizzjonijiet ta’ kwittanza għall-aġenziji deċentralizzati u għas-sħubijiet pubbliċi-privati huma stabbiliti fir-regolamenti ta’ twaqqif tagħhom). Il-Parlament ilu mill-2009 jirrifjuta li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza. Fl-aħħar nett, id-deċiżjonijiet ta’ kwittanza tal-Parlament u r-riżoluzzjonijiet tiegħu rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-UE, TaqsimaI — Il-Parlament Ewropew, huma indirizzati lill-President tal-Parlament.

Ir-rwol tal-Parlament Ewropew

A. L-iżvilupp tas-setgħat

Mill-1958 sal-1970, il-Parlament kien jinżamm infurmat bid-deċiżjonijiet ta’ kwittanza mogħtija mill-Kunsill lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit. Fl-1971, huwa kiseb is-setgħa li jagħti kwittanza flimkien mal-Kunsill. Mill-1ta’Ġunju1977, meta daħal fis-seħħ it-Trattat tat-22ta’Lulju1975, il-Parlament waħdu għandu s-setgħa li jagħti kwittanza, wara li l-Kunsill ikun ta r-rakkomandazzjoni tiegħu. Permezz tal-kumitati rilevanti tiegħu, il-Parlament jorganizza wkoll seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji nnominati, u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jorganizza seduti ta’ smigħ għall-Membri nnominati tal-QEA, il-kandidati li jibqgħu fl-aħħar lista għall-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-OLAF, u l-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF. Dawn il-karigi ma jistgħux jimtlew qabel ma jsiru s-seduti ta’ smigħ. Ta’ min jinnota, fl-aħħar nett, li d-Direttur Ġenerali tal-OLAF jinħatar mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Parlament u mal-Kunsill, u li l-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF jinħatru bi qbil komuni bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

B. L-użu tal-kwittanza

Il-Parlament jista’ jiddeċiedi li jipposponi l-kwittanza meta ma jkunx sodisfatt b’aspetti partikolari tal-ġestjoni tal-baġit mill-Kummissjoni. Ir-rifjut tal-għoti tal-kwittanza jista’ jitqies bħallikieku ntalbet ir-riżenja tal-Kummissjoni. Din it-theddida saret realtà f’Diċembru1998: wara votazzjoni f’sessjoni plenarja biex il-mozzjoni ta’ kwittanza tiġi rrifjutata, ġie stabbilit grupp ta’ ħames esperti indipendenti li rrappurtaw dwar akkużi ta’ frodi, ġestjoni ħażina u nepotiżmu fil-konfront tal-Kummissjoni. Il-Kummissarji mbagħad irriżenjaw kollettivament fis-16ta’Marzu1999.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni, il-Parlament introduċa żewġ fatturi ġodda waqt il-proċeduri ta’ kwittanza għall-2011 u għall-2012: verifika tal-legalità u tar-regolarità tal-infiq, li tmur id f’id ma’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni (l-Artikolu318 tat-TFUE); rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-UE abbażi tar-riżultati miksuba, u d-dispożizzjoni li tistabbilixxi li deċiżjoni ta’ kwittanza tista’ tkun “kontrobilanċjata” b’riżervi dwar oqsma ta’ politika partikolari. Fil-proċedura ta’ kwittanza għall-2019, għall-ewwel darba f’erba’ snin, il-QEA kellha toħroġ opinjoni negattiva dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa li fuqha huma bbażati l-kontijiet. Madankollu, fl-ewwel rapport tagħha dwar il-prestazzjoni ġenerali tal-baġit tal-UE, il-QEA sabet li kienu stabbiliti proċeduri sodisfaċenti. Il-Parlament sostna s-suġġeriment tal-QEA li l-kwalità tal-informazzjoni tal-Kummissjoni għandha tittejjeb aktar, u enfasizza li l-indikaturi tar-riżultati u tal-impatt huma aktar adatti għall-kejl tal-prestazzjoni mill-indikaturi tal-input u tal-output.

Matul il-proċedura ta’ kwittanza tal-2019, il-Parlament eżamina wkoll in-nuqqasijiet fil-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), u sab li l-ispjegazzjonijiet tal-aġenzija kienu insuffiċjenti. Il-Parlament iddeċieda li jipposponi l-kwittanza tal-Frontex mir-rebbiegħa tal-2021 sal-21ta’Ottubru2021, meta l-plenarja vvutat favur l-għoti tal-kwittanza lill-aġenzija, iżda poġġiet EUR90miljun – jew madwar 12% tal-baġit totali tal-aġenzija – taħt riżerva. Dawn il-fondi jistgħu jiġu żblukkati biss jekk il-Frontex tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, jiġifieri r-reklutaġġ ta’ 20osservatur tad-drittijiet fundamentali neqsin u tliet viċidiretturi eżekuttivi li jeħtiġilhom ikunu kkwalifikati biżżejjed biex jimlew dawn il-pożizzjonijiet, kif ukoll il-ħolqien ta’ mekkaniżmu għar-rappurtar ta’ inċidenti serji fil-fruntieri esterni tal-UE u sistema ta’ monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali li tiffunzjona. Matul il-proċedura ta’ kwittanza sussegwenti (għall-baġit tal-2020) il-Parlament ippospona d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kontijiet tal-Frontex minħabba li ħass li l-Frontex ma kinitx issodisfat il-kundizzjonijiet li l-Parlament kien stabbilixxa f’Ottubru2021. Barra minn hekk, l-aġenzija xorta kellha tindirizza s-sejbiet ta’ investigazzjoni tal-OLAF fir-rigward tal-fastidju, l-imġiba ħażina u l-pushbacks tal-migranti, u tirrapporta dwar il-progress tagħha lill-Parlament. Fl-aħħar proċeduri ta’ kwittanza, it-tħassib tal-Parlament iffoka fuq ir-rekwiżiti ta’ kontroll tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ir-rati għoljin ta’ żball għall-programmi ta’ nfiq, it-trasparenza fl-użu tal-fondi tal-UE (inkluża informazzjoni dwar il-benefiċjarji finali), l-aċċess ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-fondi tal-UE u t-tisħiħ tal-qafas ta’ kontroll u monitoraġġ għat-traċċar tal-fondi tal-UE f’żoni instabbli jew ta’ kunflitt.

Kif intqal hawn fuq, il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet l-oħra u l-aġenziji deċentralizzati jeħtiġilhom jirrappurtaw dwar l-azzjoni meħuda rigward l-osservazzjonijiet tal-Parlament fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu b’reazzjoni għall-osservazzjonijiet tal-Parlament, u l-Kummissjoni jeħtiġilha tqishom fir-rapport ta’ segwitu tagħha (l-Artikolu262 tar-Regolament Finanzjarju).

Il-kumitati speċjalizzati tal-Parlament jgħinu wkoll biex jiżguraw li l-fondi tal-UE jintefqu b’mod effiċjenti fl-aħjar interessi tal-kontribwenti tal-UE. Il-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, f’għadd ta’ okkażjonijiet, kellhom diskussjonijiet ma’ rappreżentanti tal-kumitati ekwivalenti fil-parlamenti tal-Istati Membri, mal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar kif ukoll ma’ rappreżentanti tal-aġenziji doganali.

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, ara s-sit web tal- Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit.

[1]In-negozjati interistituzzjonali dwar ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid kienu fiż-żmien tal-kitba.
[2]It-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ għadhom qed jiġu implimentati u se jiġu rrapportati separatament sal-għeluq tagħhom.

Diána Haase