Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima
L-Unjoni Ewropea (UE) hija fost l-ekonomiji maġġuri ewlenin f’termini tal-indirizzar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Fl-2020, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE naqsu b’31% mil-livelli tal-1990, u b’hekk qabżu l-mira tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet b’20% sal-2020. Immexxija minn trattati internazzjonali, bħall-Protokoll ta’ Kjoto, l-UE adottat ħafna politiki dwar il-klima, bħall-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet. Fl-2019, il-Kummissjoni ppreżentat il-Patt Ekoloġiku Ewropew, u minn dak iż-żmien intlaħaq qbil fuq ħafna miżuri bil-għan li tiżdied il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE għal 55% sal-2030 u li l-ekonomija tagħha tiġi ddekarbonizzata sal-2050, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi.
Il-bażi legali u l-objettivi
L-Artikolu191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jagħmel il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima objettiv espliċitu tal-politika ambjentali tal-UE.
L-isfond ġenerali
L-attivitajiet tal-bniedem bħalma huma l-kombustjoni tal-fjuwils fossili, id-deforestazzjoni u l-biedja, iwasslu għall-emissjoni ta’ gassijiet serra bħad-diossidu tal-karbonju (CO2), il-metan (CH4), l-ossidu nitruż (N2O) u l-fluworokarburi. Dawn il-gassijiet serra jimblokkaw is-sħana li jarmi l-wiċċ tad-Dinja, u b’hekk jikkawżaw it-tisħin globali. Skont is- tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-aħjar stimi taż-żieda medja fit-temperatura globali sal-aħħar tas-seklu jvarjaw minn 1.4oC għal 4.4oC.
It-tisħin globali wassal u se jwassal għal avvenimenti ta’ temp aktar estremi (eż. għargħar u nixfiet), tidwib tal-għata polari tas-silġ, telf tal-bijodiversità, mard u pesti tal-pjanti, skarsezzi ta’ ikel u ta’ ilma ħelu, deżertifikazzjoni u spostamenti minħabba d-diżastri. Ir-riskji ta’ bidliet irriversibbli u katastrofiċi jistgħu jiżdiedu bil-kbir jekk it-tisħin globali jaqbeż żieda ta’ 2oC – jew saħansitra 1.5oC – ogħla mil-livelli preindustrijali.
Il- kien l-ewwel trattat internazzjonali li stabbilixxa miri legalment vinkolanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Ġie adottat fil-11 ta’ Diċembru 1997 u ġie ratifikat minn 192 Parti.Il-pajjiżi industrijalizzati impenjaw ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra f’konformità mal-miri individwali miftiehma skont il-prinċipju ta’ “responsabbiltà komuni iżda differenzjata u kapaċitajiet rispettivi”.
L-ewwel ftehim universali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima ġie adottat f’Diċembru 2015 fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-, f’Pariġi. Il- għandu l-għan li jżomm iż-żieda fit-temperatura medja globali “sew taħt” iż-2oC, filwaqt li jipprova jżomm iż-żieda fit-temperatura fil-livell ta’ 1.5oC ogħla mil-livelli preindustrijali. Biex jilħqu dan l-għan, il-Partijiet qed jimmiraw li jilħqu l-ogħla livell ta’ emissjonijiet globali tal-gassijiet serra malajr kemm jista’ jkun, u li fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu jilħqu l-livell ta’ emissjonijiet żero netti. L-adattament (eż. il-konservazzjoni tal-ilma, in-newba tal-għelejjel, is-sensibilizzazzjoni u r-rilokazzjoni tal-portijiet) u l-mitigazzjoni (eż. iż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-promozzjoni ta’ bidla fl-imġiba) huma rikonoxxuti bħala sfidi globali, flimkien mal-importanza li jiġu indirizzati t-“telf u l-ħsara” assoċjati mal-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. L-UE rratifikat formalment il-Ftehim ta’ Pariġi fil-5ta’Ottubru2016, u b’hekk ippermettiet id-dħul fis-seħħ tiegħu fl-4 ta’ Novembru 2016.
L-objettivi u l-kisbiet
A. L-isforzi tal-passat tal-UE biex tiġġieled it-tibdil fil-klima
Permezz tal-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 tagħha, li ntlaħaq qbil dwaru fl-2014 qabel il-Ftehim ta’ Pariġi, l-UE impenjat ruħha għall-għanijiet li ġejjin, li għandhom jintlaħqu sal-2030: li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’tal-anqas 40% taħt il-livelli tal-1990, li ttejjeb l-effiċjenza fl-enerġija bi 32.5%, u li żżid is-sehem tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għal 32% tal-konsum finali. Il-qafas tal-2030 huwa segwitu għall-“miri 20-20-20” li ntlaħaq qbil dwarhom fl-2007 mill-mexxejja tal-UE għall-2020: tnaqqis ta’ 20% fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, żieda ta’ 20% fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija, u tnaqqis ta’ 20% fil-konsum totali tal-enerġija primarja tal-UE (meta mqabbla mal-livelli tal-1990). Dawn il-miri kollha ssarrfu f’miżuri leġiżlattivi vinkolanti, li kienu marbuta wkoll mal-miri tal-UE skont il-Protokoll ta’ Kjoto.
Is- (id-Direttiva(UE)2018/40), li s’issa hija l-ewwel u l-akbar suq internazzjonali tal-karbonju, hija strument ewlieni tal-politika tal-UE għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. L-ETS, li ġiet stabbilita fl-2005, hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ “limitu u skambju”. “Limitu” jiġi stabbilit fuq l-ammont totali ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jistgħu jiġu mormija mill-aktar minn 11,000 installazzjoni (fabbriki, impjanti tal-enerġija, eċċ.) inklużi fl-iskema. Kull installazzjoni tixtri jew tirċievi “kwoti tal-emissjonijiet” irkantati mill-Istati Membri. Jekk ma jkunux intużaw, dawn il-krediti – li kull wieħed minnhom jikkorrispondi għal tunnellata ta’ CO2 – jistgħu jiġu skambjati ma’ installazzjonijiet oħra. Maż-żmien, l-ammont globali ta’ kwoti jitnaqqas progressivament. Żewġ fondi – u – jgħinu biex jiġu aġġornati s-sistemi tal-enerġija fl-Istati Membri bi dħul aktar baxx u biex titrawwem l-innovazzjoni billi tiġi ffinanzjata l-enerġija rinnovabbli, il-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju u proġetti b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju. Barra minn hekk, .
L-emissjonijiet mis-setturi li mhumiex koperti mill-ETS, bħalma huma t-trasport bit-triq, l-iskart, l-agrikoltura u l-bini, huma suġġetti għal miri annwali vinkolanti għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull Stat Membru, stabbiliti fir- ((UE)2018/842). Il-Parlament u l-Kunsill qablu dwar miri minimi għall-2021-2030 biex jintlaħaq l-għan tal-UE li tnaqqas bi 30% l-gassijiet serra minn dawn is-setturi meta mqabbla mal-2005 u biex tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi. Barra minn hekk, kull Stat Membru jeħtieġlu jiżgura li l-emissjonijiet mill- (ir-Regolament (UE)2018/841) ma jaqbżux l-assorbimenti. Fi kliem ieħor, il-foresti, l-art tal-għelejjel u l-art bil-ħaxix se jiġu mmaniġġjati b’mod sostenibbli sabiex jassorbu kemm jista’ jkun gassijiet serra possibbli mill-atmosfera, u tal-anqas daqskemm jipproduċi s-settur (“regola ta’ ebda debitu”), u b’hekk jagħtu kontribut importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
Id- ((UE)2018/2001) għandha l-għan li tiżgura li sal-2030 l-enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija tax-xemx, ir-riħ, l-enerġija idroelettrika u l-bijomassa, tkun tifforma mira inizjali ta’ mill-anqas 32% tal-konsum tal-enerġija totali tal-UE f’termini tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, tat-trasport, tat-tisħin u tat-tkessiħ. Kull Stat Membru huwa meħtieġ jadotta l-pjan ta’ azzjoni nazzjonali tiegħu għall-enerġija rinnovabbli li jinkludi miri settorjali.
Ir-reviżjoni tal-2018 tad- ((UE)2018/2002) tistabbilixxi mira ta’ effiċjenza fl-enerġija ta’ 32.5% għall-UE (ikkalkulata permezz tax-xenarju ta’ referenza tal-2007), bi klawżola għal reviżjoni ’l fuq sal-2023. Id- iżżid il-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-UE, u tagħmilha vinkolanti għall-pajjiżi tal-UE biex kollettivament jiżguraw tnaqqis addizzjonali ta’ 11.7% fil-konsum tal-enerġija sal-2030, meta mqabbel mal-projezzjonijiet tax-xenarju ta’ referenza tal-UE għall-2020. Barra minn hekk, id- ((UE) 2018/844) inkludiet miżuri biex taċċelera r-rata tar-rinnovazzjoni tal-bini u l-bidla favur sistemi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u sistemi intelliġenti ta’ ġestjoni tal-enerġija.
Barra minn hekk, għall-ewwel darba, ir- ((UE)2018/1999) jimplimenta proċess ta’ governanza trasparenti biex isegwi l-progress lejn l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika tal-UE, inklużi regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar. L-Istati Membri huma obbligati li jadottaw għall-perjodu 2021-2030. Il-proċess ta’ governanza jipprovdi wkoll opportunità biex kull sentejn jiġu aġġornati l-pjanijiet biex jirriflettu l-esperjenza u biex jittieħed vantaġġ mill-opportunitajiet ġodda għall-bqija tad-deċennju.
It-teknoloġija tal- (id-Direttiva 2009/31/KE) tissepara s-CO2 mill-emissjonijiet atmosferiċi (li jirriżultaw minn proċessi industrijali), tikkompressa s-CO2 u tittrasportah lejn post fejn jista’ jinħażen. Skont l-IPPC, dan il-proċess jista’ jneħħi 80-90% tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-impjanti tal-enerġija li jaħarqu l-fjuwils fossili. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ dimostrazzjoni previsti fl-Ewropa kienet aktar diffiċli milli kien previst inizjalment, u l-ispejjeż kbar huma wieħed mill-ostakli ewlenin.
Karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fl-UE jridu jikkonformaw mal- (ir-Regolament (UE) 2019/631), li stabbilew mira għall-flotta kollha tal-UE ta’ 95g/km għall-karozzi, mill-2021.
Id-Direttiva (UE) 2015/1513 dwar il- kellha l-għan li tnaqqas l-intensità tal-gassijiet serra tal-fjuwils b’6% sal-2020. Dan l-għan kellu jintlaħaq, fost miżuri oħra, permezz tal-użu tal-bijofjuwils, li kellhom jissodisfaw ukoll ċerti kriterji ta’ sostenibbiltà.
Ir-Regolament (UE) 2015/757 dwar il- jobbliga l-vapuri l-kbar jimmonitorjaw l-emissjonijiet verifikati tagħhom tas-CO2 li jirrilaxxaw fil-portijiet tal-UE u fi triqithom lejhom jew minnhom, kif ukoll jirrappurtaw dwarhom kull sena flimkien ma’ informazzjoni rilevanti oħra.
Wara l-projbizzjonijiet fuq il-klorofluworokarburi li kienu ġew imposti fis-snin80 biex jitwaqqaf it-tnaqqis tas-saff tal-ożonu, il-gassijiet fluworinati (gassijiet F) illum jintużaw bħala sostituti f’firxa ta’ applikazzjonijiet industrijali bħalma huma l-arja kundizzjonata u r-refriġerazzjoni, peress li ma jagħmlux ħsara lis-saff tal-ożonu. Madankollu, dawn il-gassijiet jista’ jkollhom potenzjal ta’ tisħin globali sa 25,000 darba aktar minn dak tas-CO2. Ir-Regolament (UE)Nru517/2014 għandu l-għan li jikkontrolla l-użu tal- u jipprojbixxi l-użu tagħhom f’apparati ġodda tal-arja kundizzjonata u r-refriġeraturi sal-2022-2025, u b’hekk jistabbilixxi r-ritmu għall-eliminazzjoni gradwali globali.
B. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew
Fil-11ta’Diċembru2019, il-Kummissjoni ppreżentat il-, li huwa pakkett ambizzjuż ta’ miżuri maħsuba li tfasslu biex jippermettu lill-UE ssir newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju sal-2050. Il-miżuri, li huma akkumpanjati minn , ivarjaw minn tnaqqis ambizzjuż fl-emissjonijiet, sa investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni avvanzati, u l-preservazzjoni tal-ambjent naturali tal-Ewropa. Bl-appoġġ ta’ investimenti f’teknoloġiji ekoloġiċi, soluzzjonijiet sostenibbli u negozji ġodda, il-Patt Ekoloġiku għandu wkoll l-għan li jaġixxi bħala strateġija ġdida tal-UE dwar it-tkabbir biex tittrasforma lill-UE f’ekonomija sostenibbli u kompetittiva. L-involviment u l-impenn tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati kollha huma kruċjali għas-suċċess tiegħu.
Fost il-miżuri ewlenin proposti fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew hemm il- (ir-Regolament (UE)2021/1119) biex jiġi żgurat li l-UE tkun newtrali għall-klima sal-2050. B’mod partikolari, jipprevedi żieda fil- li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu għal mill-anqas 55%, mil-livelli tal-1990. Barra minn hekk, proposti oħrajn tal-Kummissjoni jinkludu komunikazzjonijiet dwar u ; proposti għal regolamenti li jistabbilixxu l- u li jirrevedu ; u l-istrateġiji tal-UE għall- u għall-; u .
Fl-14ta’Lulju2021, il-Kummissjoni ressqet pakkett ta’ proposti leġiżlattivi (liġijiet ġodda u emendi għal leġiżlazzjoni eżistenti) bil-għan li tagħmel l-UE “” u twassal il-bidla trasformattiva li hija meħtieġa fl-ekonomija, is-soċjetà u l-industrija fit-triq biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050.
Fis-17 ta’ Diċembru 2022, il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim dwar miżuri aktar ambizzjużi għar-riforma tal-ETS: mira ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ 62% sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2005. Fl-2023, l-ETS ġiet estiża għall-attivitajiet tat-trasport marittimu (ir-) u għall-fjuwils aktar nodfa għall-avjazzjoni (ir-) u għas-setturi marittimi (ir-). Ir-Regolament (UE) 2023/1805 għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet mit-trasport marittimu b’20% sal-2035 u bi 80% sal-2050. Barra minn hekk, mill-inqas 2% tal-fjuwils tat-tbaħħir tal-UE se jkun meħtieġ li jiġu minn fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika sal-2030. Sal-2025, 2% tal-fjuwils għandhom ikunu fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Din il-mira se tiżdied għal 6% sal-2030 u 70% sal-2050. Mill-2030, 1.2% tal-fjuwils iridu jkunu wkoll fjuwils sintetiċi, li jiżdied għal 35% fl-2050.
Sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-emissjonijiet mill-bini, mit-trasport bit-triq u minn ċerti setturi industrijali, sar qbil dwar skema separata ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ( fid- li temenda d-Direttiva 2003/87/KE) u li se titnieda fl-2027. Il-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55%” jintroduċi wkoll il- l-ġdid biex jiġġieled ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, il- l-ġdid u fondi mtejba għall-modernizzazzjoni u l-innovazzjoni.
L-emissjonijiet tal-avjazzjoni huma koperti wkoll mill-ETS (id-), għalkemm ġiet estiża sal-bidu tal-2027. L-ewwel fażi tal-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (), taħt l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), hija mistennija li tibda fil-bidu tal-2024. sa Lulju 2026.
Ir- ((UE)2023/857) iżid l-ambizzjoni klimatika tal-UE. B’mod partikolari, is-setturi kollha koperti mir-Regolament huma meħtieġa li jiksbu tnaqqis kollettiv ta’ 40% fl-emissjonijiet tagħhom sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2005. Flimkien mad-Direttiva dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, id- ((UE)2023/2413) tipproponi li tiżdied il-mira vinkolanti ġenerali ta’ sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tal-UE għal 42.5%.
Barra minn hekk, ir- ((UE)2023/839) jistabbilixxi mira ġdida għall-2030 biex il-bjar tal-karbonju tal-UE jiżdiedu bi 15%.
Ir- ((UE) 2023/1791) tistabbilixxi mira legalment vinkolanti tal-UE għall-effiċjenza fl-enerġija ta’ tnaqqis ta’ 11.7% fil-konsum finali tal-enerġija sal-2030 meta mqabbel mal-2020.
Il-metan huwa t-tieni l-akbar kontributur għat-tibdil fil-klima wara s-CO2. Għalhekk, l-indirizzar tal-emissjonijiet tal-metan huwa essenzjali biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-UE għall-2030 u l-għan tan-newtralità klimatika sal-2050. Il-Kummissjoni ppreżentat proposta fil-15ta’Diċembru2021 biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u fil-katina tal-provvista globali. Fil-15 ta’ Novembru 2023 intlaħaq dwar dan ir-regolament il-ġdid bejn il-Kunsill u l-Parlament. Dan jobbliga lill-industriji tal-gass, taż-żejt u tal-faħam ikejlu, jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jivverifikaw kif xieraq l-emissjonijiet tal-metan tagħhom u jieħdu miżuri biex inaqqsuhom.
F’April2022, il-Kummissjoni ppreżentat li għandha l-għan li tiffranka l-ekwivalenti ta’ 40miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO2 sal-2030. Ir- ((UE) 2024/573) daħal fis-seħħ f’Marzu 2024. Ir-Regolament se jipprojbixxi kompletament l-idrofluworokarburi mill-2050, bi tnaqqis qawwi fid-disponibbiltà tagħhom sa mill-2025.
F’Novembru 2022, il-Kummissjoni adottat . Il-Parlament u l-Kunsill laħqu dwar ir-regolament propost fl-20 ta’ Frar 2024. Ir-Regolament se jintroduċi, fost affarijiet oħra, qafas ta’ ċertifikazzjoni biex tingħata spinta lill-assorbimenti tal-karbonju ta’ kwalità għolja u jiġi miġġieled il-greenwashing.
Ir-reviżjoni tad- taġġorna l-qafas regolatorju eżistenti filwaqt li tipprovdi lill-Istati Membri bil-flessibbiltà meħtieġa biex iqisu d-differenzi fl-istokk tal-bini madwar l-Ewropa. Id-Direttiva riveduta tistabbilixxi miri ambizzjużi ġodda: il-bini l-ġdid kollu għandu jkun b’emissjonijiet żero sal-2030 u l-bini ġdid okkupat mis-settur pubbliku jew proprjetà tiegħu għandu jkun b’emissjonijiet żero sal-2028. Kull Stat Membru se jadotta t-trajettorja nazzjonali tiegħu stess biex inaqqas l-użu medju tal-enerġija primarja tal-bini residenzjali b’16% sal-2030 u b’20% sa 22% sal-2035.
Fi Frar 2023, il-Parlament u l-Kunsill qablu dwar mira oħra ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet fil-flotta kollha tal-UE għall-karozzi ġodda (55%) u l-vannijiet ġodda (50%) sal-2030. Introduċew ukoll mira ta’ tnaqqis ta’ 30% tal-emissjonijiet tas-CO2 għat-trakkijiet ġodda, b’mira intermedja ta’ 15% sal-2025 (ir-). F’Marzu 2024, il-Parlament adotta regoli ġodda biex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn karozzi tal-passiġġieri, vannijiet, karozzi tal-linja, trakkijiet u trejlers (Euro 7).
Fi Frar 2024, il-Kummissjoni adottat għall-UE bħala pass intermedjarju lejn l-ilħuq tal-għanijiet tan-newtralità klimatika għall-2050. Hija tirrakkomanda li l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra tal-UE jitnaqqsu b’90% sal-2040 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Fir-rigward ta’ kwistjonijiet marbuta mat-tibdil fil-klima, il-Parlament tradizzjonalment ipparteċipa f’negozjati interistituzzjonali mal-Kunsill Ewropew u ħa pożizzjonijiet li jżidu l-ambizzjoni għall-azzjonijiet tal-UE.
Qabel il-COP21 fl-2015, il-Parlament tenna l-ħtieġa urġenti li “l-emissjonijiet mill-avjazzjoni u t-tbaħħir internazzjonali jiġu rregolati u limitati b’mod effikaċi”. Huwa esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li l-ICAO ma kinitx qablet dwar tnaqqis fl-emissjonijiet. Il-CORSIA tiffoka prinċipalment fuq il-kumpensi, mingħajr ma tiggarantixxi l-kwalità u jkollha biss status legalment vinkolanti mill-2027 ’il quddiem. Membri ewlenin tal-ICAO għadhom mhumiex impenjati li jipparteċipaw fil-fażi volontarja.
Fid-dawl tal-24 Konferenza tal-Partijiet f’Katowice (COP24 fl-2018), il-Parlament, fir-, talab li tiżdied il-mira tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE b’55%. Barra minn hekk, il-Parlament qies li l-impatti profondi u x’aktarx irriversibbli ta’ żieda ta’ 2oC fit-temperaturi globali jistgħu jiġu evitati jekk tiġi segwita l-mira aktar ambizzjuża ta’ Pariġi ta’ 1.5oC. Dan ikun jirrikjedi li ż-żieda fl-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra jitniżżlu għal żero netti sa mhux aktar tard mill-2050. Huwa għalhekk li l-Parlament talab lill-Kummissjoni tipproponi strateġija fit-tul, f’nofs is-seklu, ta’ emissjonijiet żero netti tal-gassijiet serra għall-UE. Il-Kummissjoni għamlet din it-talba waħda mill-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fl-2019.
F’Lulju2018, il-Parlament adotta , li fiha enfasizza r-responsabbiltà tal-UE li tmexxi l-azzjoni klimatika kif ukoll il-prevenzjoni tal-kunflitti. Il-Parlament saħaq li l-kapaċitajiet diplomatiċi tal-UE għandhom jissaħħu sabiex hija tippromwovi l-azzjoni klimatika fuq livell dinji, tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u tipprevjeni kunflitti relatati mat-tibdil fil-klima.
Fit-28ta’Novembru2019, il-Parlament fl-Ewropa u ħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jimpenjaw ruħhom favur emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti sal-2050. Il-Parlament ried ukoll li l-Kummissjoni tiżgura li l-proposti leġiżlattivi u baġitarji rilevanti kollha kienu allinjati bis-sħiħ mal-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal taħt il-1.5oC.
F’Ottubru2020, il-Parlament adotta l-mandat ta’ negozjar tiegħu dwar il-Liġi tal-UE dwar il-Klima, fejn talab li l-mira ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet għall-2030 tiżdied għal 60%. Għalkemm il-ftehim interistituzzjonali li ntlaħaq fil-21ta’April2021 bejn il-Parlament u l-Kunsill ikkonferma l-mira ta’ 55% li pproponiet il-Kummissjoni, il-Parlament irnexxielu jagħti spinta lir-rwol u l-kontribut tat-tneħħija tal-karbonju, li għandu l-potenzjal li jsarraf dik il-mira f’57%. Barra minn hekk, f’konformità mal-mandat tal-Parlament, il-Kummissjoni ntalbet tippreżenta proposta għal mira għall-2040 mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-ewwel rendikont globali tal-Ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li tqis il-baġit indikattiv għall-gassijiet serra previst tal-UE. Fl-aħħar nett, minħabba l-importanza tal-pariri xjentifiċi indipendenti, twaqqaf il- biex jivvaluta jekk il-politika hijiex konsistenti u biex jimmonitorja l-progress, kif issuġġerixxa l-Parlament. F’rapport ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “” (Parir xjentifiku għad-determinazzjoni ta’ mira klimatika għall-UE għall-2040 u baġit għall-gassijiet serra għall-2030–2050), il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-UE bi stima bbażata fuq ix-xjenza ta’ mira klimatika għall-2040 u baġit tal-UE għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu 2030-2050. Skont dan ir-rapport, l-UE jeħtiġilha tistinka għal tnaqqis nett fl-emissjonijiet ta’ 90-95% sal-2040, meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
F’Settembru 2022, il-Parlament adotta . Din kellha l-għan li tkompli ssaħħaħ l-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
F’Novembru 2023, il-Parlament adotta r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-COP28 f’Dubai. Huwa appella għal żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-fond għall-klima, għat-tmiem tas-sussidji kollha għall-fjuwils fossili sa mhux aktar tard mill-2025, u biex l-enerġija rinnovabbli tiġi ttriplikata u l-effiċjenza enerġetika tiġi rduppjata sal-2030. Barra minn hekk, jirrikonoxxi r-rabtiet bejn it-telf tal-bijodiversità u l-klima u jissottolinja l-importanza tar-restawr tan-natura.
Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, ara s-sit web tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel.
Georgios Amanatidis / Alyssia Petit