Ϸվ

Il-bijodiversità, l-użu tal-art u l-forestrija

L-UE wettqet rwol importanti fil-livell internazzjonali biex issib soluzzjonijiet għat-telfien tal-bijodiversità, id-deforestazzjoni u t-tibdil fil-klima. Il-Konferenza dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tan-NU tal-1992 adottat il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Il-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima jinnota l-importanza li tiġi żgurata l-integrità tal-ekosistemi kollha u l-protezzjoni tal-bijodiversità. Bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istrateġiji ġodda għall-bijodiversità u għall-foresti għall-2030 għandhom l-għan li jpoġġu l-bijodiversità tal-Ewropa fit-triq tal-irkupru u li jappoġġjaw ktajjen tal-valur li ma jikkontribwixxux għad-deforestazzjoni.

Il-bażi legali

L-Artikoli 3, 11 u 191-193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-isfond ġenerali

Il-, li saret f’Rio de Janeiro fl-1992, wasslet għall-adozzjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB), id-Dikjarazzjoni ta’ Rio, id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji tal-Ġestjoni tal-Foresti u l-programm Aġenda21.

Il- hija kkomplementata minn żewġ protokolli ewlenin: (1) il-(2000) għandu l-għan li jipproteġi l-bijodiversità mir-riskji potenzjali maħluqa minn organiżmi modifikati ħajjin li jirriżultaw mill-bijoteknoloġija moderna; (2) il- (2014) għandu l-għan li joħloq ċertezza legali u trasparenza akbar kemm għall-fornituri kif ukoll għall-utenti tar-riżorsi ġenetiċi.

L-UE hija wkoll parti għall-konvenzjonijiet internazzjonali li ġejjin: il-Konvenzjoni ta’ Ramsar dwar il-Konservazzjoni tal-Artijiet Mistagħdra (1971); il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (1973); il-Konvenzjoni ta’ Bonn dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċi Migratorji tal-Annimali Selvaġġi (1979); il-Konvenzjoni ta’ Bern dwar il-Ħarsien tal-Ħajja Selvaġġa u l-Ħabitats Naturali tal-Ewropa (1982); u l-konvenzjonijiet reġjonali li ġejjin: il-Konvenzjoni ta’ Helsinki dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Marin taż-Żona tal-Baħar Baltiku (1974); il-Konvenzjoni ta’ Barċellona dwar il-Mediterran (1976); u l-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-Alpi (1991).

L-isforzi internazzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra qed isiru fl-ambitu tal-UNFCCC. F’Diċembru2015, il-Partijiet għall-UNFCCC adottaw il-, ftehim legalment vinkolanti dwar il-klima li japplika għall-pajjiżi kollha u għandu l-għan li jillimita t-tisħin globali sa ferm inqas minn 2oC u jkompli bl-isforzi tiegħu biex jibqa’ taħt 1.5oC. Fi ħdan l-UNFCCC, l-inizjattiva REDD+ (Tnaqqis ta’ emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti) tipprovdi strumenti għall-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti fit-tropiċi. Il-Ftehim ta’ Pariġi jindika l-importanza li tiġi żgurata l-integrità tal-ekosistemi kollha, inklużi l-oċeani, u l-protezzjoni tal-bijodiversità. Barra minn hekk, il-ftehim jindika r-rwol kritiku tas-settur tal-użu tal-art biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fit-tul.

L-objettivi u l-kisbiet

A. Pjanijiet ta’ azzjoni preċedenti dwar il-bijodiversità

F’Mejju2006 il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni u pjan ta’ azzjoni bit-titolu “”. Peress li l-UE x’aktarx ma kinitx se tilħaq il-mira tagħha tal-2010 li twaqqaf it-tnaqqis fil-bijodiversità, f’Ġunju2011, il-Kummissjoni adottat strateġija ġdida sabiex “[j]itwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema fl-UE sal-2020 u jiġu rriġenerati [...], filwaqt li tiżdied il-kontribuzzjoni tal-UE biex jiġi evitat telf globali tal-bijodiversità”. F’Diċembru2011, il-Kunsill approva l-, billi inkorpora s-sitt miri li ġejjin: l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tan-natura tal-UE biex tiġi protetta l-bijodiversità; ħarsien aħjar tal-ekosistemi u użu akbar tal-infrastruttura ekoloġika; agrikoltura u forestrija aktar sostenibbli; ġestjoni aħjar tal-istokkijiet tal-ħut; kontrolli aktar riġidi fuq speċijiet aljeni invażivi; u kontribut ikbar tal-UE biex jiġi evitat it-telf globali tal-bijodiversità.

B. Il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi

Id- emendata fl-2013 (id-Direttiva tal-Kunsill92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi) stabbiliet network Ewropew, . Dan jinkludi “Siti ta’ Interess Komunitarju”/“Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni” iddeżinjati mill-Istati Membri, u “Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali”. B’medda totali ta’ aktar minn 850000km2, dan huwa l-akbar network koerenti ta’ siti protetti fid-dinja. Id-Direttiva dwar il-Ħabitats tfittex prinċipalment li tippromwovi l-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika filwaqt li tqis ir-rekwiżiti ekonomiċi, soċjali, kulturali u reġjonali. Id- emendata fl-2019 (2009/147/KE) tkopri l-protezzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll tal-għasafar (selvaġġi), inklużi r-regoli għal kaċċa sostenibbli.

C. L-ispeċijiet aljeni invażivi

Karatteristika ewlenija tar- dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi hija l-lista ta’ dawn l-ispeċijiet li huma ta’ tħassib għall-Unjoni. Ir-regolament emendat fl-2019 ifittex ‒ permezz tal-prevenzjoni, it-twissija bikrija u r-rispons rapidu ‒ li jipproteġi l-bijodiversità indiġena u jnaqqas u jtaffi l-impatt ta’ dawn l-ispeċijiet fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ekonomija. Il-kontrolli aktar stretti dwar huma parti mill-istrateġija tal-bijodiversità tal-UE sal-2030. L-ispeċijiet aljeni invażivi jikkawżaw dannu li jammonta għal biljuni ta’ euro kull sena fl-UE, mhux biss lill-ekosistemi iżda anke lill-għelejjel u l-bhejjem, ifixklu l-ekoloġija lokali u jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem.

D. L-aċċess u l-qsim ta’ benefiċċji

Ir- ġie adottat biex jimplimenta l-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-ċċ u l-Qsim ta’ Benefiċċji. Skont dan ir-Regolament, ir-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjati ma’ tali riżorsi jistgħu jkunu trasferiti u użati biss skont il-kundizzjonijiet miftiehma b’mod reċiproku bejn l-utenti (impriżi, kollezzjonisti privati u istituzzjonijiet) u l-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ oriġini.

E. L-isfruttament u l-kummerċ ta’ fawna u flora selvaġġi

Il- tirregola l-kummerċ internazzjonali, b’mod speċifiku l-esportazzjoni (u l-esportazzjoni mill-ġdid) u l-importazzjoni ta’ annimali u pjanti ħajjin u mejtin abbażi ta’ sistema ta’ permessi u ċertifikati.Ir-Regolament bażiku (, emendat bir-) dwar il-protezzjoni tal-fawna u l-flora selvaġġi, billi jirregola l-kummerċ, japplika l-objettivi, il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni CITES għal-liġi tal-UE. jipprojbixxi l-introduzzjoni fl-UE ta’ kampjuni ta’ ċerti speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi.

F. Il-bijodiversità tal-baħar

Il-bijodiversità tal-baħar taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni tal-bijodiversità għar-riżorsi naturali u s-sajd. Ir-rieżami tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità jisħaq fuq l-importanza ta’ “status ekoloġiku tajjeb” tal-ibħra u ż-żoni kostali jekk verament iridu jappoġġjaw il-bijodiversità. Barra minn hekk, id-(2008/56/KE emendata bid-) dwar il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent marin daħlet fis-seħħ f’Lulju2008. Hija kellha l-għan li tiżgura status tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar tal-UE sal-2020 u li tipproteġi r-riżorsi li fuqhom jiddependu l-attivitajiet ekonomiċi u soċjali relatati mal-baħar.

G. Il-foresti

Il-foresti jkopru kważi 30% tas-superfiċje tan-network “ٳܰ2000”. L-UE għandha kważi 182miljun ettaru ta’ foresti, li jkopru 43% tal-erja tal-art tagħha u għalhekk diversi miżuri tal-UE huma mmirati lejn il-protezzjoni tal-foresti. Ir- (UE)Nru995/2010 jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jpoġġu l-injam u l-prodotti tal-injam fis-suq tal-UE. Dan imur kontra l-kummerċ tal-injam maqtugħ illegalment u tal-prodotti tal-injam derivati minn qtugħ illegali permezz ta’ obbligi ewlenin u jipprojbixxi l-injam maqtugħ illegalment u l-prodotti tal-injam derivati minn qtugħ illegali.

H. L-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF)

Is-settur tal-LULUCF ikopri l-użu tal-ħamrija, tas-siġar, tal-pjanti, tal-bijomassa u tal-injam. Huwa kapaċi li mhix biss jarmi l-gassijiet serra iżda wkoll li jassorbi s-CO2 mill-atmosfera. Sal-2020, l-Istati Membri kienu impenjati fl-ambitu tal-Protokoll ta’ Kjoto li jiżguraw li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tal-art jiġu kkumpensati b’assorbiment ekwivalenti tas-CO2. L-UE issa għandha l-għan li tinkorpora dan il-prinċipju (l-hekk imsejħa regola ta’ ebda debitu) fil-liġi tal-UE għall-perjodu2021-2030, billi tinkorpora l-LULUCF fl-isforzi tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet għall-ewwel darba. Skont ir- dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbiment tal-gassijiet serra mil-LULUCF fil-qafas tal-klima u tal-enerġija għall-2030, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mil-LULUCF għandhom jiġu kkumpensati minn tal-inqas it-tneħħija ekwivalenti ta’ CO2 mill-atmosfera matul il-perjodu 2021-2030. Ir- f’April2023 (ir-Regolament (UE)2023/839) biex tiġi ddeterminata mira ġdida għall-2030 skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew. B’mod partikolari, l-objettiv huwa li jiġu estiżi l-bjar tal-karbonju tal-UE bi 15%, li jikkorrispondi għal 310miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2. F’Mejju 2023, għen lill-Istati Membri jallinjaw l-użu tal-art, il-forestrija u l-agrikoltura mal-pjanijiet nazzjonali aġġornati dwar l-enerġija u l-klima, filwaqt li jiżgura l-konformità mar-regolamenti riveduti.

I. L-istrumenti finanzjarji

Mill-1992 l-istrument ta’ finanzjament tal-UE ddedikat għall-ambjent kien il-programm LIFE. Il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità kienu inklużi fost is-sottoprogrammi. Il-ħames fażi tal-programm LIFE li tkopri l-perjodu 2014-2020 kienet tikkonsisti f’żewġ oqsma ewlenin ta’ azzjoni: it-tibdil fil-klima u l-ambjent Finanzjament ieħor li jappoġġja l-bijodiversità huwa pprovdut fil-qafas tal-politiki tal-agrikoltura u tas-sajd, il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni u l-programmi qafas ta’ riċerka pluriennali. L-aktar fażi reċenti tal- hija strutturata bl-istess mod bħal dik preċedenti, b’baġit ta’ EUR2.15biljun.

J. L-istrateġiji għall-bijodiversità u l-foresti għall-2030

Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ppreżentat il-, li huwa pakkett ambizzjuż ta’ miżuri intiżi biex l-UE tkun tista’ ssir newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju sal-2050. biex l-UE tinbidel f’ekonomija sostenibbli u kompetittiva. Fost l-azzjonijiet proposti hemm (ippubblikata fl-20 ta’ Mejju 2020 bħala segwitu għall-) b’miżuri li jindirizzaw il-fatturi ewlenin tat-telf tal-bijodiversità, kif ukoll (ippubblikata fl-14 ta’ Lulju 2021) b’miżuri li jappoġġjaw ktajjen tal-valur ħielsa mid-deforestazzjoni.

L-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030 tindirizza l-ħames fatturi ewlenin tat-telf tal-bijodiversità (il-bidliet fl-użu tal-art u tal-baħar, l-isfruttament żejjed, it-tibdil fil-klima, it-tniġġis, u l-ispeċijiet aljeni invażivi), tistabbilixxi qafas ta’ governanza msaħħaħ biex jimtlew il-lakuni li fadal, tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE, u tiġbor flimkien l-isforzi kollha eżistenti.

L-Istrateġija għall-Foresti għall-2030 għandha l-għan li tadatta l-foresti tal-Ewropa għall-kundizzjonijiet il-ġodda, l-avvenimenti ta’ temp estrem u l-inċertezza konsiderevoli kkawżata mit-tibdil fil-klima. Din hija prekundizzjoni biex il-foresti jkomplu jissodisfaw il-funzjonijiet soċjoekonomiċi tagħhom u jiżguraw żoni rurali vibranti b’popolazzjonijiet b’saħħithom.

Fl-2022, bħala parti mill-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030, il-Kummissjoni adottat , sabiex jiġu restawrati l-ekosistemi li saritilhom ħsara u biex in-natura tinġieb lura madwar l-Ewropa, mill-art agrikola u l-ibħra, għall-foresti u l-ambjenti urbani. L-għan huwa li jiġu restawrati mill-inqas 20% taż-żoni tal-art u 20% taż-żoni tal-baħar tal-UE sal-2030 u l-ekosistemi kollha li jeħtieġu restawr sal-2050. Il-liġi tkun tirrikjedi li l-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali ta’ restawr biex jintlaħqu l-miri filwaqt li tippermettilhom il-flessibbiltà li jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom. Il-liġi ġiet adottata fil-Parlament fis-27 ta’ Frar 2024 u issa qed tistenna konferma fil-Kunsill.

F’Jannar 2023, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni bit-titolu “”, li għandha l-għan li tirrevedi . L-inizjattiva tal-2018 irrappreżentat l-ewwel qafas tal-UE li qatt sar biex jiġi indirizzat it-tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi. L-inizjattiva riveduta tal-UE dwar il-pollinaturi tistabbilixxi objettivi għall-2030 u azzjonijiet taħt tliet prijoritajiet: (1) it-titjib tal-konservazzjoni tal-pollinaturi u l-indirizzar tal-kawżi tat-tnaqqis tagħhom; (2) it-titjib tal-għarfien; (3) il-mobilizzazzjoni tas-soċjetà u l-promozzjoni tal-ippjanar strateġiku u l-kooperazzjoni.

Ir-rwol tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament ilu jappoġġja l-politiki tal-UE dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima. F’Settembru2010, il-Parlament adotta , fid-dawl tal-objettiv ta’ wara l-2010. Huwa esprima t-tħassib kbir tiegħu dwar in-nuqqas ta’ kwalunkwe sens ta’ urġenza fl-aġenda politika internazzjonali fir-rigward tat-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità, u talab għal governanza mtejba tal-bijodiversità fir-relazzjonijiet kemm interni kif ukoll esterni.

F’Ottubru 2015, riżoluzzjoni tal-Parlament bit-titolu “” fakkret li t-tibdil fil-klima qed jaċċellera t-telf tal-bijodiversità. Huwa appella għal ftehim li jinvolvi l-“isforz komprensiv tas-setturi kollha” u nnota li l-użu tal-art “għandu potenzjal kosteffettiv sinifikanti għall-mitigazzjoni u għat-tisħiħ tar-reżiljenza”.

F’Novembru2016, il-Parlament adotta , li għandha l-għan li tiġġieled din il-kriminalità organizzata u distruttiva peress li tirrappreżenta theddida għall-bijodiversità billi twassal lil ħafna speċijiet għar-riskju ta’ estinzjoni. Il-pjan ta’ azzjoni għandu tliet prijoritajiet: il-prevenzjoni, l-infurzar u l-kooperazzjoni. Barra minn hekk, ġiet enfasizzata l-importanza tal-kooperazzjoni globali bejn il-pajjiżi ta’ oriġini, il-pajjiżi ta’ tranżitu u l-pajjiżi ta’ destinazzjoni.

F’Ottubru 2020, riżoluzzjoni tal-Parlament stabbiliet rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar . Hija saħqet li l-politika kummerċjali u ta' investiment jeħtieġ li tiġi rieżaminata sabiex tindirizza l-isfida globali tad-deforestazzjoni b'mod aktar effettiv, billi toħloq kundizzjonijiet ekwi fuq livell globali, u tqis ir-rabta bejn il-ftehimiet kummerċjali u l-bijodiversità globali kif ukoll l-ekosistemi tal-foresti.

F’Ġunju 2021, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar l-. Huwa jitlob: (1) li 30% tal-art u tal-baħar tal-UE jridu jkunu żoni protetti; (2) miri vinkolanti għall-bijodiversità urbana bħal bjut ħodor fuq bini ġdid; u (3) azzjoni urġenti biex jitwaqqaf it-tnaqqis fil-popolazzjoni tan-naħal u ta’ pollinaturi oħra. Din it-talba ta’ azzjoni urġenti ġiet adottata mill-Kummissjoni f’Ottubru 2023.

Fl-2022, il-Parlament adotta r-. Huwa appella għal żieda fid-diversità strutturali, funzjonali u kompożizzjonali tal-foresti, u insista li l-monokulturi ma għandhomx jiġu appoġġjati mill-fondi tal-UE.

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, ara s-sit web tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI).

Alyssia Petit / Georgios Amanatidis