Ir-radikalizzazzjoni fl-UE: x'inhi? Kif tista' tiġi evitata?
Ir-radikalizzazzjoni hija theddida transfruntiera li qed tikber. Imma x'inhi, x'inhuma l-kawżi u x'qed tagħmel l-UE biex tevitaha?
Ir-radikalizzazzjoni mhijiex fenomenu ġdid, iżda qed issir sfida dejjem akbar, peress li t-teknoloġiji l-ġodda u ż-żieda fil-polarizzazzjoni tas-soċjetà jagħmluha theddida gravi fl-UE kollha.
X'inhi r-radikalizzazzjoni?
Dawn l-aħħar attentati terroristiċi fl-Ewropa, bosta minnhom minn id ċittadini Ewropej, enfasizzaw it-theddida persistenti tar- "endoġena", li l-Kummissjoni tiddefinixxi bħala l-fenomenu ta' bnedmin li jħaddnu opinjonijiet, perspettivi u ideat li jistgħu jwasslu għal atti ta' terroriżmu.
L-ideoloġija hija parti intrinsika tal-proċess ta' radikalizzazzjoni, u fil-qalba tagħha spiss hemm il-fundamentaliżmu reliġjuż. Madankollu, huwa rari li r-radikalizzazzjoni tkun imkebbsa mill-ideoloġija jew mir-reliġjon biss. Sikwit tibda meta dak li jkun ikun iffrustrat b'ħajtu, bis-soċjetà jew bil-politiki interni u barranin tal-gvern tiegħu. Ma jeżisti l-ebda profil uniku ta' xi ħadd li probabbli jsir involut fl-estremiżmu, iżda l-persuni li ġejjin minn komunitajiet emarġinati u li huma vittmi ta' diskriminazzjoni jew telfien tal-identità jipprovdu bażi fertili għar-reklutaġġ ta' radikalisti.
L-involviment tal-Ewropa tal-Punent fiż-żoni ta' kunflitt, bħall-Afganistan u s-Sirja, jitqies ukoll li għandu effett ta' radikalizzazzjoni, speċjalment fuq il-komunitajiet tal-migranti.
Kif u fejn dak li jkun isir radikalizzat?
Il-proċessi ta' radikalizzazzjoni jorbtu fuq in-networks soċjali biex il-persuni jsiru parti minnhom u jibqgħu kollegati ma' xulxin. In-networks fiżiċi u online joffru spazji li fihom il-persuni jistgħu jsiru radikalizzati u aktar ma dawn l-ispazji jkunu magħluqa, aktar jistgħu jaħdmu bħal kamra tal-eku fejn il-parteċipanti jaffermaw ma' xulxin t-twemmin estrem tagħhom mingħajr ma jkunu kkontestati.
L-internet huwa wieħed mill-mezzi ewlenin għat-tixrid tal-fehmiet estremisti u għar-reklutaġġ ta' persuni. Il-midja soċjali amplifikat l-impatt tal-propaganda estremista kemm tal-lemin estrem kif ukoll ta' natura ġiħadista billi offriet aċċess faċli għal pubbliku wiesa' fil-mira u tagħti l-possibbiltà lill-organizzazzjonijiet terroristiċi jużaw in-"narrowcasting" (jiġifieri xandir ta' kontenut lil ċirku ristrett) biex jimmiraw ir-rekluti jew irawmu "armati ta' trolls" biex isostnu l-propaganda tagħhom. Skont ir-Rapport tas-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu tal-UE 2020 , matul dawn l-aħħar snin, l-applikazzjonijiet tal-messaġġi kriptati, bħal WhatsApp jew Telegram, intużaw ħafna għall-koordinament, għall-ippjanar tal-attakki u għat-tħejjija tal-kampanji.
Huwa magħruf ukoll li ċerti organizzazzjonijiet estremisti ppuntaw il-mira tagħhom fuq skejjel, universitajiet u postijiet ta' qima, bħall-moskej.
Il-ħabs ukoll jista' jservi ta' bażi fertili għar-radikalizzazzjoni, minħabba l-ambjent magħluq tiegħu. Imċaħħda min-networks soċjali tagħhom, huwa aktar probabbli minn bnadi oħra li l-ħabsin jesploraw twemmin u għaqdiet ġodda u jsiru radikalizzati, filwaqt il-ħabsijiet b'nuqqas ta' persunal spiss ma jirnexxilhomx jaqbdu l-attivitajiet estremisti.
Il-ġlieda tal-UE għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni
Avolja l-pajjiżi tal-UE huma dawk responsabbli biex tkun indirizzata r-radikalizzazzjoni, ġew żviluppati strumenti biex jgħinu fil-livell tal-UE:
- in- huwa network ta' professjonisti tal-ewwel linja mill-Ewropa kollha, fosthom għalliema, uffiċjali li jfasslu politiki u awtoritajiet tal-ħabsijiet, li jaħdmu ma' dawk li huma jew li jistgħu jkunu vulnerabbli għar-radikalizzazzjoni.
- l-, tgħarbel il-web biex issib materjal terroristiku online u tirreferih lill-pjattaformi ospitanti. Mindu nħolqot fl-2015, l-Unità identifikat aktar minn 130,000 kontenut u informat lill-kumpaniji tal-internet (fl-2019 aktar minn 25,000).
- f'Diċembru 2020, il-Parlament Ewropew appoġġa l- u l-, li timmira li tipprevjeni r-radikalizzazzjoni billi, pereżempju, tipprovdi opportunitajiet għaż-żgħażagħ f'riskju u tgħin fir-riabilitazzjoni tal-ħabsin radikalizzati.
- fi tmiem l-2020 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku dwar ir-regoli li jobbligaw lill-pjattaformi online jneħħu l-kontenut terroristiku fi żmien siegħa. Appoġġat mill-Kumitat tal-Parlament għal-Libertajiet Ċivili, il-ftehim għadu jrid jiġi approvat formalment mill-Parlament u mill-Kunsill qabel ma jidħol fis-seħħ.