Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja taħt pressjoni: X’inhuma l-kawżi?

L-UE kellha relazzjonijiet dejjem aktar diffiċli mar-Russja f’dawn l-aħħar snin minħabba l-attakki tar-Russja fuq l-Ukrajna u d-demokrazija u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni tagħha.

Yulia Navalnaya, l-armla tal-mexxej tal-oppożizzjoni Russa Alexei Navalny, indirizzat lill-Parlament Ewropew fi Frar tal-2024.
Yulia Navalnaya, l-armla tal-mexxej tal-oppożizzjoni Russa Alexei Navalny, indirizzat lill-Parlament Ewropew fi Frar tal-2024.

Sal-annessjoni tal-Krimea mir-Russja fl-2014, l-UE kienet qed taħdem biex tibni relazzjoni strateġika mal-pajjiż f’oqsma bħall-ekonomija, l-enerġija, it-tibdil fil-klima, l-edukazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti fil-Lvant Nofsani. L-UE appoġġat ukoll bis-sħiħ lir-Russja biex tingħaqad mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Madankollu, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja saru dejjem aktar taħt pressjoni matul is-snin, mhux l-inqas minħabba l-attakki konsistenti tal-Kremlin fuq is-sovranità tal-Ukrajna, inkluż l-annessjoni tagħha tal-Krimea fl-2014 u l-invażjoni fuq skala sħiħa mnedija fi Frar 2022.

L-invażjoni illegali u mhux provokata tal-Ukrajna mir-Russja mhijiex biss attakk fuq l-integrità territorjali tal-pajjiż, iżda toħloq ukoll riskju serju għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Ewropa kollha. Huwa wkoll attakk fuq il-valuri fundamentali li l-UE tirrappreżenta bħal-libertà u d-demokrazija.

’Marzu 2022, l-UE adottat fejn iddikjarat li r-Russja kienet tirrappreżenta “theddida fit-tul u diretta għas-sigurtà Ewropea”.

Sors ieħor ta’ tensjoni huma l-kampanji ta’ diżinformazzjoniu l-attakki ċibernetiċi tar-Russja, kif ukoll it-tentattivi ta’ interferenza fil-proċessi demokratiċi tal-Punent.

Sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja

Wara l-annessjoni tal-Krimea fl-2014, kienu mmirati lejn is-setturi finanzjarji, tad-difiża u tal-enerġija tar-Russja. Ir-Russja wieġbet b’kontrosanzjonijiet, u pprojbixxiet madwar nofs l-importazzjonijiet agroalimentari tagħha mill-blokk.

B’riżultat dirett tal-invażjoni tal-Ukrajna fuq skala sħiħa mir-Russja, l-UE adottat sensiela ta’ kontra l-pajjiż. Dawn jinkludu sanzjonijiet individwali, sanzjonijiet ekonomiċi u miżuri diplomatiċi.

ղħ aktar dwar kif l-UE qed tappoġġa lill-Ukrajna fil-ġlieda tagħha kontra r-Russja

Suldat tal-Forzi Militari Ukrajni jimxi tul trinka miksija bil-borra fuq il-linja ta’ quddiem mas-separatisti appoġġjati mir-Russja qrib ir-raħal ta’ Zolote, fir-reġjun tal-Lvant ta’ Lugansk, fil-21 ta’ Jannar, 2022
Suldat Ukren jimxi tul it-trinek. L-Ukrajna u l-forzi appoġġjati mir-Russi xellfu difrejhom diġà qabel Frar 2022 ©AFP/Anatolii STEPANOV

Appoġġ għall-Ukrajna

Sa mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna fuq skala sħiħa tar-Russja fi Frar 2022, l-UE u l-Parlament appoġġaw lill-pajjiż billi kkundannaw l-aggressjoni tar-Russja, issanzjonaw lil dawk responsabbli u pprovdew għajnuna finanzjarja u materjali.

Il-Parlament appoġġja wkoll l-isforzi tal-Ukrajna biex issir pajjiż kandidat tal-UE u ilu jappella lill-pajjiżi tal-UE biex iniedu taħditiet ta’ adeżjoni.

Ara l-iskeda ta’ żmien tagħna dwar kif l-UE u l-Parlament Ewropew qed jappoġġaw lill-Ukrajna fl-2024, kif appoġġaw lill-pajjiż fl-2023 u kif appoġġawh fl-2022.

Alexei Navalny

Wara li rkupra minn avvelenament kważi fatali fl-2020, il-mexxej tal-oppożizzjoni Russa Alexei Navalny ġie arrestat mar-ritorn tiegħu lejn ir-Russja fis-17 ta’ Jannar 2021.

riżoluzzjoni adottata erbat ijiem wara l-arrest, il-Parlament appella għal sanzjonijiet tal-UE aktar stretti b’mod sinifikanti kontra r-Russja, kif ukoll għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Navalny u ta’ dawk kollha detenuti fir-rigward tar-ritorn tiegħu lejn Moska.

’Diċembru 2021, il-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lil Navalny għall-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-Kremlin. Din ġiet aċċettata minn Daria Navalnaya f’isem missierha li kien għadu l-ħabs.

Wara li tħabbret l-mewt ta’ Navalny fi Frar 2024, il-Membri tal-Parlament Ewropew -kuraġġ tiegħu li jqum kontra r-reġim tal-Kremlin li qed jissilet kontra kwalunkwe vuċi ta’ oppożizzjoni. L-armla tiegħu, Yulia Navalnaya, indirizzat lill-Parlament Ewropew ftit wara. Hija qalet li l-qtil pubbliku ta’ żewġha reġa’ wera lil kulħadd li “Putin kapaċi ta’ kollox u li ma tistax tinnegozja miegħu”.

-ԱġᲹ

Aspett ieħor tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja huwa l-enerġija. Il-kontroversja dwar il-pipeline l-ġdid tan-Nord Stream 2 enfasizzat l-influwenza tal-pajjiż bħala l-fornitur ewlieni tal-enerġija tal-UE. ’riżoluzzjoni adottata f’Jannar 2021, il-Membri tal-PE appellaw lill-UE biex twaqqaf immedjatament il-ħidma fuq il-pipeline kontroversjali, li kellu joħloq rabta lill-Ġermanja direttament mar-Russja.

Wara l-invażjoni tal-Ukrajna fuq skala sħiħa tal-Kremlin fi Frar 2022, il-Membri tal- PE appellaw lill-UE biex tagħti spinta lill-indipendenza enerġetika tagħha billi tiddiversifika x-xiri tal-enerġija u tinvesti fl-enerġija rinnovabbli. Huma talbu wkoll embargo sħiħ fuq l-importazzjonijiet Russi ta’ żejt, faħam, fjuwil nukleari u gass. Sanzjonijiet sussegwenti adottati mill-UE inkludew miżuri bħal projbizzjoni fuq importazzjonijiet mir-Russja ta’ żejt u faħam u l-introduzzjoni ta’ limitu fuq il-prezzijiet relatat mat-trasport marittimu taż-żejt Russu.

Kampanji ta’ diżinformazzjoni


Ir-Russja impenjat ruħha f’kampanji ta’ diżinformazzjoni malizzjużi u ta' kobor mingħajr paragun fit-tħejjija ta' u matul il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, li taw prova li anki l-informazzjoni tista’ ssir arma, skont

Il-Parlament waqqaf kumitat biex jeżamina l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni. Il-Membri tal-PE kienu mħassba dwar l-inċidenza dejjem tikber u n-natura dejjem aktar sofistikata tat-tentattivi ta’ interferenza barranija u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni, prinċipalment mir-Russja u ċ-Ċina. Fir-rapport finali tiegħu, il-kumitat ħareġ b’lista ta’ rakkomandazzjonijiet.

Biex tiġi miġġielda l-propaganda tal-gwerra u d-diżinformazzjoni, l-UE ddeċidiet li tipprojbixxi l-attivitajiet tax-xandir ta’ Sputnik u Russia Today ftit wara l-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna mir-Russja.

’riżoluzzjoni adottata fi Frar 2024, il-Parlament wissa dwar il-politiċi u l-partiti eletti fl-Ewropa li konxjament iservu l-interessi ta’ Moska, u li b'dan il-mod idgħajfu l-unità u d-demokrazija tal-UE. Il-Membri tal-PE esprimew tħassib dwar il-fatt li r-Russja tipprovdi narrattivi lill-partiti u lill-atturi tal-lemin estrem madwar l-UE sabiex jitnaqqas l-appoġġ għall-Ukrajna.

Relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja