Kif issegwi l-aħħar lejl tal-elezzjonijiet Ewropej
M’għandekx sabar biex tara r-riżultati tal-elezzjoni Ewropea? Ara l-avviżi u r-reazzjonijiet diretti minn Brussell u segwina fuq il-midja soċjali.
Kurjuż dwar x'se jġibu magħhom l-elezzjonijiet Ewropej u kif se tkun il-kompożizzjoni l-ġdida tal-Parlament Ewropew? Ara l-modi ta’ kif tista’ ssegwi mill-qrib dak li qed jiġri.
Is-sit web tar-riżultati tal-elezzjonijiet
Mill-Ħadd 9 ta' Ġunju, il-Parlament Ewropew se jiġbor u jippubblika l-informazzjoni fuq Se tkun tista’ ssib kemm informazzjoni dwar pajjiżi individwali tal-UE kif ukoll numri aggregati fil-livell tal-UE.
Stimi bikrija se jkunu bbażati fuq data tal-votazzjoni pprovduta mill-istituti nazzjonali tal-votazzjoni filwaqt li r-riżultati proviżorji jistgħu jkunu mistennija ladarba l-votazzjoni tkun intemmet fil-pajjiżi kollha tal-UE.
Ix-xandira diretta mill-emiċiklu ta' Brussell
Segwi l-aħħar lejla tal-elezzjonijiet Ewropej permezz tax- nhar il-Ħadd 9 ta' Ġunju għall-ħabta tal-5.30pm.
Titlifx l-ewwel stimi tal-kompożizzjoni tal-Parlament il-ġdid għall-ħabta tat-8.15pm u l-ewwel riżultati proviżorji tal-elezzjoni li għandhom jaslu għall-ħabta tal-11.15pm.
Ara wkoll ir-reazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet minn politiċi prominenti matul il-lejl.
Il-midja soċjali
Għal aġġornamenti elettorali, tista’ ssegwina wkoll fuq , , , , , , u .
Biex tingħaqad mal-konverżazzjoni, uża hashtags #UseYourVote, #żմdzٰվħ, #EUelections2024 u #EU2024.