Avvenimenti bħal konferenzi, dibattiti, seminars, skejjel tas-sajf, eċċ. jistgħu jingħataw il-patroċinju tal-Parlament, dment li jkollhom dimensjoni Ewropea ċara, b'mod partikolari billi jenfasizzaw ir-rwol u l-kontribut tal-Parlament Ewropew jew tal-Unjoni fil-qasam ikkonċernat, u jkollhom kwalità għolja u riżonanza sinifikanti. Barra minn hekk, id-data/i u l-post iridu jkunu kkonfermati u t-tul huwa limitat. L-avvenimenti jridu jkunu mingħajr skop ta' qligħ.
Tingħata attenzjoni partikolari għal kemm l-avveniment iqajjem kuxjenza dwar id-demokrazija parlamentari Ewropea, irawwem ċittadinanza Ewropea attiva u jippromwovi d-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni soċjali. Tingħata wkoll attenzjoni speċjali lil avvenimenti organizzati miż-żgħażagħ jew immirati għalihom.
-貹ٰċ ma jistax jingħata għal avvenimenti ta' natura jew skop kummerċjali li jkollhom l-għan li jirreklamaw jew jippromwovu, direttament jew indirettament, marki jew kwalunkwe tip ta' attività kummerċjali, u lanqas għal avvenimenti li jkunu ta' natura politika partiġġjana, inkluż ġbir ta' fondi għal skopijiet politiċi u attivitajiet ta' rutina jew attivitajiet interni ta' trade unions jew partiti politiċi. Avvenimenti u/jew organizzaturi li jimminaw il-valuri u l-prinċipji demokratiċi bażiċi tal-Unjoni Ewropea jiġu esklużi wkoll.
Jekk avveniment li jkun ingħata patroċinju mill-Parlament skont ir-regoli ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà, il-President jista', fi kwalunkwe mument, jirtira d-deċiżjoni li biha jkun ingħata l-patroċinju.
-貹ٰċ ma jorbot lill-Parlament b'ebda obbligu finanzjarju, u lanqas ma jagħti d-dritt li jintużaw il-faċilitajiet tal-Parlament Ewropew. Għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-patroċinju, ara r-regoli ta' hawn taħt.