Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0190/2023Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0190/2023

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIdwar ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt - is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

22.3.2023-()

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
skont l-Artikolu132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

Jaak Madison, Nicolaus Fest, Jean‑Paul Garraud
f’isem il-Grupp ID

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
B9-0190/2023
Testi mressqa :
B9-0190/2023
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

9‑0190/2023

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt - is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

()

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli2, 4, 5 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13ta’Lulju2022 bl-isem “Ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt – is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea” (),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16ta’Diċembru2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità)[1],

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru1/2018 tal-Qorti tal-Awdituri tas-17ta’Mejju2018 dwar il-proposta tat-2ta’Mejju2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri[2],

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11ta’Diċembru2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.billi l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; billi jeħtiġilha tirrispetta wkoll l-ugwaljanza tal-Istati Membri skont it-Trattati, kif ukoll l-identitajiet nazzjonali tagħhom u t-tradizzjonijiet legali, kostituzzjonali u kulturali tagħhom stess;

B.billi l-kompetenzi li ma ngħatawx lill-Unjoni mit-Trattati jibqgħu kompetenzi tal-Istati Membri;

C.billi l-Artikolu5 tat-TUE jistabbilixxi l-prinċipji tal-għoti tal-kompetenzi, tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, li jillimitaw is-setgħat tal-UE,

D.billi l-Istati Membri għandhom viżjoni komuni iżda mhux unitarja u billi l-kooperazzjoni tagħhom hija bbażata primarjament fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-fiduċja reċiproka, li jinkludi l-ispeċifiċitajiet nazzjonali diverġenti;

E.billi ma hemm l-ebda definizzjoni legali fl-UE kollha ta’ x’jinvolvi l-kunċett ta’ “stat tad-dritt”; billi l-Kummissjoni, min-naħa waħda, tfittex li torbot lill-Istati Membri mad-dritt tal-UE, u tpoġġi lill-Unjoni ġerarkikament fuq l-Istati Membri, filwaqt li, min-naħa l-oħra, tfittex li tissostitwixxi l-kontenut tradizzjonali tal-istat tad-dritt billi tibni sett soġġettiv ta’ valuri u prinċipji; billi fil-passat l-UE użat il-proċess ta’ allegazzjoni ta’ ksur tal-istat tad-dritt għal skopijiet politiċi;

F.billi l-Kummissjoni taġixxi b’mod politiċizzat; billi t-Trattati jinnominaw lill-Kummissjoni bħala l-gwardjan tat-Trattati; billi Kummissjoni politiċizzata ma tistax tiġi fdata tapplika l-liġi b’mod ekwu;

1.Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ix-xewqa tal-Kummissjoni li tistabbilixxi definizzjoni unika tal-kunċett tal-istat tad-dritt, li tinjora t-tradizzjonijiet kostituzzjonali differenti tal-Istati Membri; iqis li din ix-xewqa tirrifletti strumentalizzazzjoni politika tal-istat tad-dritt bil-għan li jiġu mminati l-gvernijiet eletti demokratikament u tiġi imposta standardizzazzjoni tal-modi tal-istili ta’ ħajja permezz tal-liġi fl-UE;

2.Ifakkar fil-ħtieġa li l-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipju importanti tas-sovranità fir-rigward tal-Istati Membri u d-dritt tagħhom li jfasslu u jsostnu s-sistemi ġudizzjarji tagħhom stess;

3.Iqis li l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri hija ta’ rilevanza partikolari għall-avvanz tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fi ħdan l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta r-regoli tagħha stess fl-oqsma tat-trasparenza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ġustizzja;

4.Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Kummissjoni tapplika l-interpretazzjoni tagħha tal-istat tad-dritt mingħajr definizzjoni ċara maqbula mill-Istati Membri;

5.Jenfasizza li l-proċedura prevista fl-Artikolu7(1) tat-TUE hija l-unika proċedura leġittima għat-trattament ta’ allegazzjonijiet ta’ ksur tal-istat tad-dritt;

6.Itenni li l-Istati Membri huma, u għandhom jibqgħu, is-sidien tat-Trattati; iqis li l-Kummissjoni interpretat ħażin u marret indebitament lil hinn mir-rwol assenjat lilha mit-Trattati;

7.Jistieden lill-Kummissjoni ma tużax il-protezzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali bħala pretest biex tagħmel pressjoni politika fuq ċerti Stati Membri biex jibdlu l-politiki li jaqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri;

8.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Marzu 2023
Avviż legali-Politika tal-privatezza