Ϸվ

Ի徱ċ
Testi adottati
L-Erbgħa, 18 ta' Settembru 2019-Strasburgu
L-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019: is-surplus mill-2018
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019: tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, l-Italja u l-Awstrija
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2019: proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, lill-Italja u lill-Awstrija
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - EGF/2019/000 TA 2019 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE

L-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019: is-surplus mill-2018
PDF125kWORD49k
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru1/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2019: li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja2018 (11730/2019 – C9-0115/2019 – )
P9_TA(2019)0011A9-0005/2019

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-Artikolu314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-Deċiżjoni Nru541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikoli18(3) u 44 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2019, adottat b'mod definittiv fit-12ta'Diċembru2018(2),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru1311/2013 tat-2ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin2014-2020(3),

–wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill2014/335/UE, Euratom tas-26ta'Mejju2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru1/2019, adottat mill-Kummissjoni fil-15ta'April2019 (),

–wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru1/2019, adottata mill-Kunsill fit-3ta'Settembru2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11730/2019 – C9‑0115/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikoli94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0005/2019),

A.billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru1/2019 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit2019 is-surplus tas-sena finanzjarja2018, u li jammonta għal EUR1802miljun;

B.billi l-komponenti ewlenin ta' dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta' EUR1274,6miljun, u sottoinfiq fin-nefqa ta' EUR527,8miljun;

C.billi mil-lat tad-dħul, l-akbar differenza tirriżulta minn imgħax ta' inadempjenza u multi (EUR1312,6miljun), bl-eżitu tal-baġit kompost minn multi tal-kompetizzjoni u mgħax ta' inadempjenza, pagamenti ta' penali oħra u mgħax marbuta ma' multi u pagamenti ta' penali;

D.billi mil-lat tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni tilħaq EUR322,2miljun għall-2018 (li minnhom EUR120miljun mir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza) u EUR68miljun għar-riporti tal-2017, u sottoimplimentazzjoni mill-istituzzjonijiet l-oħra ta' EUR75,9miljun għall-2018 u EUR61,6miljun għar-riporti tal-2017;

1.Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru1/2019 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tas-surplus tal-2018, għal ammont ta' EUR1803miljun, skont l-Artikolu18 tar-Regolament Finanzjarju, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.Jinnota li, skont il-Kummissjoni, il-multi tal-kompetizzjoni fl-2018 ammontaw għal EUR1149miljun; iqis mill-ġdid li, minbarra kull surplus li jirriżulta minn sottoimplimentazzjoni, il-baġit tal-Unjoni għandu jkun jista' jerġa' juża kull dħul li jirriżulta minn multi jew marbut ma' pagamenti tard mingħajr tnaqqis korrispondenti tal-kontribuzzjonijiet tal-ING; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu favur iż-żieda tar-riżerva proposta tal-Unjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss b'ammont ekwivalenti għad-dħul li jirriżulta minn multi u penali;

3.Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru1/2019;

4.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru1/2019 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠUL193, 30.7.2018, p.1.
(2) ĠU L67, 7.3.2019.
(3) ĠU L347, 20.12.2013, p.884.
(4) ĠU C373, 20.12.2013, p.1.
(5) ĠU L168, 7.6.2014, p.105.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019: tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+
PDF140kWORD50k
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru2/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarjatal-2019 – Tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont2020 u Erasmus+ (11731/2019 – C9-0112/2019 – )
P9_TA(2019)0012A9-0004/2019

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-Artikolu314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-Deċiżjoni Nru541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikoli18(3) u 44 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2019, adottat b'mod definittiv fit-12ta'Diċembru2018(2),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru1311/2013 tat-2ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill2014/335/UE, Euratom tas-26ta'Mejju2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru2/2019, adottat mill-Kummissjoni fil-15ta'Mejju2019 (),

–wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru2/2019, adottata mill-Kunsill fit-3ta'Settembru2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11731/2019 – C9-0112/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikoli94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0004/2019),

A.billi fuq l-insistenza tal-Parlament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja2019, li jibbaġitjaw EUR100miljun f'baġit emendatorju fl-2019 sabiex jissaħħu l-Orizzont2020 u l-Erasmus+; il-Parlament u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni tippreżenta dan il-baġit emendatorju, li mhu se jinkludi ebda element ieħor, hekk kif l-aġġustament tekniku tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2020 inkluż il-kalkolu tal-Marġini Globali għall-Impenji jitlesta fir-rebbiegħa tal-2019;

B.billi l-Kummissjoni għalhekk ipproponiet li temenda l-baġit2019 biex tirrifletti dan il-ftehim;

C.billi l-Kummissjoni pproponiet li talloka EUR80miljun addizzjonali biex issaħħaħ l-Orizzont2020 u EUR20miljun addizzjonali għall-baġit tal-Erasmus+; billi ma ġiet speċifikata l-ebda indikazzjoni dwar is-sehem ta' kull strument fit-tisħiħ globali fil-ftehim dwar il-baġit2019;

D.billi fi ħdan it-tisħiħ tal-Orizzont2020, il-Kummissjoni pproponiet li talloka EUR34,6miljun addizzjonali għall-partita baġitarja Orizzont2020 08020304  Il-kisba ta' sistema ta' trasport Ewropea li hija effiċjenti fir-riżorsi, tajba għall-ambjent, sikura u assjemi, bil-għan li jissaħħu l-azzjonijiet tal-2019 kontra t-tibdil fil-klima, b'mod partikolari rigward il-batteriji, il-Vetturi Ekoloġiċi u l-Ekoloġizzazzjoni tal-Avjazzjoni, u wkoll EUR45,4miljun addizzjonali għall-partita baġitarja Orizzont2020 08020102  It-tisħiħ tar-riċerka fit-teknoloġiji futuri u emerġenti biex jiżdied l-ammont għat-temi "Ġenerazzjoni tal-enerġija rivoluzzjonarja b'emissjonijiet żero għal dekarbonizzazzjoni sħiħa" u "Teknoloġiji li jirrigwardaw l-enerġija u t-tibdil fil-klima";

E.billi l-Kummissjoni pproponiet li l-Erasmus+ jissaħħaħ minħabba l-attivitajiet fundamentali ta' mobilità tal-programm, b'mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll għaċ-ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali; billi hija pproponiet ukoll li parti minn dan it-tisħiħ imur lejn l-Universitajiet Ewropej, azzjoni reċenti u fundamentali żviluppata fil-qafas taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 biex jitrawmu l-eċċellenza, l-innovazzjoni u l-inklużjoni fl-edukazzjoni għolja madwar l-Ewropa;

1.Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru2/2019 kif ippreżentat mill-Kummissjoni, li huwa ddedikat biex jipprovdi EUR100miljun addizzjonali f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Orizzont2020 u għall-Erasmus+, biex jiġi rifless il-ftehim milħuq bejn il-Parlament u l-Kunsill fil-qafas tan-negozjati tal-baġit2019; jinnota li f'dan l-istadju ma ġie propost l-ebda tisħiħ fl-approprjazzjonijiet ta' pagament;

2.Jinnota li, minħabba l-profili tal-programmi, filwaqt li jista' jkun li ma jkunx hemm bżonn li jissaħħu l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal Orizzont2020 sa tmiem is-sena2019, l-approprjazzjonijiet ta' impenn imsaħħa għal Erasmus+ probabbilment se jkollhom bżonn jiġu akkumpanjati minn żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament sa minn din is-sena; jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-awtorità baġitarja dwar kif biħsiebha tkopri din iż-żieda fil-ħtiġijiet ta' pagament;

3.Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru2/2019;

4.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru2/2019 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L193, 30.7.2018, p.1.
(2) ĠU L67, 7.3.2019.
(3) ĠU L347, 20.12.2013, p.884.
(4) ĠU C373, 20.12.2013, p.1.
(5) ĠU L168, 7.6.2014, p.105.


Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, l-Italja u l-Awstrija
PDF133kWORD48k
龱żDZܳDzԾ
Anness
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, l-Italja u l-Awstrija ( – C9-0005/2019 – )
P9_TA(2019)0013A9-0002/2019

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( – C9-0005/2019),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru2012/2002 tal-11ta'Novembru2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea(1),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru1311/2013 tat-2ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu10 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt11 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0002/2019),

1.Jilqa' d-deċiżjoni bħala sinjal tas-solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini u r-reġjuni tal-Unjoni milquta mid-diżastri naturali;

2.Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tingħata assistenza finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (‘il-Fond’) lir-reġjuni fl-Unjoni milquta minn diżastri naturali fl-2018;

3.Jilqa' l-proposta(4) tal-Kummissjoni tas-7ta'Marzu2019 biex jiġi emendat il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili bħala għodda ewlenija għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tar-riskju tad-diżastri tal-Unjoni, b'pakkett finanzjarju għall-perjodu ta' finanzjament 2021-2027 li jaqbel mal-livell ta' ambizzjoni stabbilit fid-Deċiżjoni (UE)2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) u f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14ta'Novembru2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027(6); huwa konvint li l-Fond u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għandhom jimxu id f'id fil-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għal diżastri naturali fl-Istati Membri;

4.Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

5.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Awstrija, l-Italja u r-Rumanija

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2019/1817).

(1) ĠUL311, 14.11.2002, p.3.
(2) ĠUL347, 20.12.2013, p.884.
(3) ĠUC373, 20.12.2013, p.1.
(4) .
(5) Id-Deċiżjoni (UE)2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13ta'Marzu2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠUL77 I, 20.3.2019, p.1).
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0449.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2019: proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, lill-Italja u lill-Awstrija
PDF126kWORD49k
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru3/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2019 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, lill-Italja u lill-Awstrija (11732/2019 – C9-0113/2019 – )
P9_TA(2019)0014A9-0006/2019

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-Artikolu314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-Deċiżjoni Nru541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu44 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2019, adottat b'mod definittiv fit-12ta'Diċembru2018(2),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru1311/2013 tat-2ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill2014/335/UE, Euratom tas-26ta'Mejju2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru3/2019 adottat mill-Kummissjoni fit-22ta'Mejju2019 (),

–wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru3/2019, adottata mill-Kunsill fit-3ta'Settembru2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11732/2019 – C9-0113/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikoli94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0006/2019),

A.billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru3/2019 jkopri l-proposta ta' mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija għall-għargħar fir-Reġjun tal-Grigal, lill-Italja għall-għargħar u għall-uqigħ tal-art wara xita qawwija miż-żoni tal-Alpi fit-Tramuntana sa Sqallija, kif ukoll lill-Awstrija għall-istess fenomeni meteoroloġiċi fir-reġjuni tal-Alpi/tan-nofsinhar matul l-2018,

B.billi għaldaqstant il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li temenda l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2019 u li żżid il-linja baġitarja 130601 "Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija" b'EUR293551794 kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament;

C.billi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huwa strument speċjali skont id-definizzjoni fir-Regolament dwar il-QFP u l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament korrispondenti se jiġu bbaġitjati oltre l-limiti massimi tal-QFP;

1.Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru3/2019;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Baġit Emendatorju Nru3/2019 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠUL193, 30.7.2018, p.1.
(2) ĠU L67, 7.3.2019.
(3) ĠU L347, 20.12.2013, p.884.
(4) ĠU C373, 20.12.2013, p.1.
(5) ĠU L168, 7.6.2014, p.105.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - EGF/2019/000 TA 2019 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
PDF144kWORD54k
龱żDZܳDzԾ
Anness
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2019/000 TA2019 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) ( – C9-0026/2019 – )
P9_TA(2019)0015A9-0001/2019

Il-Parlament Ewropew,

—wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( – C9-0026/2019),

—wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'Diċembru2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru1927/2006(1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

—wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru1311/2013 tat-2ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin2014-2020(2) u b'mod partikolari l-Artikolu12 tiegħu,

—wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) (FII tat-2ta'Diċembru2013), u b'mod partikolari l-punt13 tiegħu,

—wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30ta'Mejju2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2018/000 TA2018 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)(4),

—wara li kkunsidra l-ewwel qari tiegħu dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG)(5),

—wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt13 tal-FII tat-2ta'Diċembru2013,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0001/2019),

A.billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid neċessarja u fil-pront tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.billi l-għajnuna tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17ta'Lulju2008, u bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-FII tat-2ta'Diċembru2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG);

C.billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60% tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet tal-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill tiżdied billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli jiġu estiżi bl-introduzzjoni tal-persuni li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji;

D.billi l-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG huwa EUR150miljun fi prezzijiet tal-2011, jiġifieri EUR 175 748 000 fi prezzijiet tal-2019, u billi l-Artikolu11(1) tar-Regolament dwar il-FEG jiddikjara li sa 0,5% ta' dak l-ammont jista' jsir disponibbli għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex jiġu ffinanzjati l-preparazzjoni, il-monitoraġġ, il-ġbir ta' data u l-ħolqien ta' bażi ta' għarfien, l-appoġġ amministrattiv u tekniku, l-attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet ta' awditjar, kontroll u evalwazzjoni meħtieġa biex jiġi implimentat ir-Regolament dwar il-FEG;

E.billi l-ammont propost ta' EUR610000 jikkorrispondi għal madwar 0,35% tal-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2019;

1.Jaqbel mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni li jridu jiġu ffinanzjati bħala għajnuna teknika skont l-Artikolu11(1) u(4) kif ukoll skont l-Artikolu12(2), (3) u (4) tar-Regolament dwar il-FEG;

2.Jirrikonoxxi l-importanza tal-monitoraġġ u l-ġbir ta' data; ifakkar fl-importanza ta' sensiela ta' statistika robusta miġbura fil-forma xierqa li tkun komprensibbli u aċċessibbli faċilment;

3.Ifakkar fl-importanza ta' sit web apposta dwar il-FEG li jkun aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni;

4.Jilqa' l-ħidma kontinwa fuq il-proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet tal-FEG u l-ġestjoni li jużaw il-funzjonalitajiet tas-sistema ta' skambju elettroniku tad-data (SFC2014), li tippermetti s-simplifikazzjoni u l-ipproċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet kif ukoll rappurtar aħjar;

5.Jieħu nota li l-Kummissjoni biħsiebha tinvesti EUR190000 mill-baġit disponibbli taħt l-appoġġ amministrattiv u tekniku fl-organizzazzjoni ta' żewġ laqgħat tal-Grupp ta' Esperti tal-Persuni ta' Kuntatt tal-FEG (membru wieħed minn kull Stat Membru) u żewġ seminars bil-parteċipazzjoni tal-korpi ta' implimentazzjoni tal-FEG u s-sħab soċjali;

6.Jappella lill-Kummissjoni tkompli tistieden b'mod sistematiku lill-Parlament għal dawk il-laqgħat u s-seminars skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni;

7.Jissottolinja l-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-kuntatti bejn dawk kollha involuti fl-applikazzjonijiet tal-FEG, inklużi, b'mod partikolari, is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati fil-livell reġjonali u f'dak lokali, sabiex jinħoloq l-akbar għadd ta' sinerġiji possibbli; jisħaq fuq il-fatt li l-interazzjoni bejn il-Persuna ta' Kuntatt Nazzjonali u s-sħab responsabbli mill-ġestjoni tal-każijiet fil-livell reġjonali jew lokali għandha tissaħħaħ u li kemm l-arranġamenti ta' komunikazzjoni u ta' appoġġ kif ukoll il-flussi ta' informazzjoni (ir-responsabbiltajiet, il-kompiti u d-diviżjonijiet interni) għandhom ikunu espliċiti u maqbula bejn is-sħab kollha kkonċernati;

8.Jilqa' l-bidu f'waqtu tal-evalwazzjoni ex post li għaliha l-Kummissjoni biħsiebha tinvesti EUR300000 mill-baġit disponibbli;

9.Ifakkar lill-Istati Membri applikanti dwar ir-rwol ewlieni tagħhom li jippubbliċizzaw b'mod wiesa' l-azzjonijiet iffinanzjati mill-FEG lill-pubbliku ġenerali, il-midja, is-sħab soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-benefiċjarji fil-mira, kif stabbilit fl-Artikolu12 tar-Regolament dwar il-FEG;

10.Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

11.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

12.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2019/000 TA 2019 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2019/1938).

(1) ĠU L347, 20.12.2013, p.855.
(2) ĠU L347, 20.12.2013, p.884.
(3) ĠU C373, 20.12.2013, p.1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2018)0220.
(5) Testi adottati, P8_TA(2019)0019.


Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE
PDF155kWORD56k
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-qagħda kurrenti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ()
P9_TA(2019)0016B9-0038/2019

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(TFUE),

–wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7ta'Diċembru2000 ("il-Karta"), li ġiet ipproklamata fit-12ta'Diċembru2007 fi Strasburgu u li daħlet fis-seħħ mat-Trattat ta' Lisbona f'Diċembru2009,

–wara li kkunsidra n-notifika mogħtija mill-Prim Ministru tar-Renju Unit lill-Kunsill Ewropew fid-29ta'Marzu2017 skont l-Artikolu50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5ta'April2017 dwar in-negozjati mar-Renju Unit wara n-notifika tiegħu li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea(1), tat-3ta'Ottubru2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit(2), tat-13ta'Diċembru2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit(3) u tal-14ta'Marzu2018 dwar il-qafas tar-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit(4),

–wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Kunsill Ewropew (Artikolu50) tad-29ta'April2017 maħruġa wara n-notifika mir-Renju Unit skont l-Artikolu50 tat-TUE u l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22ta'Mejju2017 li tistabbilixxi direttivi għan-negozjar ta' ftehim mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li jistipula l-arranġamenti dwar il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Kunsill Ewropew (Artikolu50) tal-15ta'Diċembru2017 u l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29ta'Jannar2018 li tissupplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22ta'Mejju2017 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għal ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tan-negozjaturi tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern tar-Renju Unit tat-8ta'Diċembru2017 dwar il-progress matul l-ewwel fażi tan-negozjati skont l-Artikolu50 tat-TUE dwar il-ħruġ ordinat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, kif approvat mill-Kunsill Ewropew fil-25ta'Novembru2018 ("il-Ftehim dwar il-Ħruġ") u d-dikjarazzjonijiet inklużi fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' dik id-data,

–wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, kif approvata mill-Kunsill Ewropew fil-25ta'Novembru2018 ("id-Dikjarazzjoni Politika"),

–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (Artikolu50) tat-13ta'Diċembru2018,

–wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta li tissupplimenta d-Dikjarazzjoni Politika u l-Istrument relatat mal-Ftehim dwar il-Ħruġ tat-11ta'Marzu2019,

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE)2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tat-22ta'Marzu2019 li testendi l-perjodu skont l-Artikolu50(3) tat-TUE(5),

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE)2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tal-11ta'April2019, li testendi l-perjodu skont l-Artikolu50(3) tat-TUE(6),

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE)2019/642 tat-13ta'April2019(7) li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE)2019/274 tal-11ta'Jannar2019, li permezz tagħha ġie awtorizzat l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, soġġett għall-konklużjoni tiegħu,

–wara li kkunsidra l-Artikolu132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi l-"Brexit" huwa ġrajja mingħajr preċedent u ta' dispjaċir, li l-konsegwenzi negattivi tiegħu jkunu mtaffija minn ħruġ ordinat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (UE);

B.billi r-Renju Unit u l-UE se jibqgħu ġirien imqarrba u se jibqa' jkollhom ħafna interessi komuni; billi l-qafas għal tali relazzjoni mill-qrib huwa stabbilit fid-Dikjarazzjoni Politika, li permezz tagħha dawk l-interessi komuni jistgħu jiġu protetti u promossi, inkluż permezz ta' relazzjoni kummerċjali ġdida;

C.billi l-Parlament Ewropew jirrappreżenta liċ-ċittadini tal-UE u sejjer jaġixxi matul il-proċess kollu li jwassal għall-ħruġ tar-Renju Unit biex jipproteġi l-interessi tagħhom;

D.billi bħalissa hemm madwar 3,2miljunċittadin tas-27Stat Membru li jifdal (UE-27) li huma residenti fir-Renju Unit u 1,2miljunċittadin tar-Renju Unit ("ċittadini Brittaniċi") li huma residenti fl-UE-27; billi dawk iċ-ċittadini marru jgħixu fi Stat Membru ieħor abbażi tad-drittijiet li jgawdu skont id-dritt tal-UE u bil-fehma li kienu se jibqgħu jgawdu dawk id-drittijiet tul ħajjithom kollha;

E.billi, barra minn hekk, hemm 1,8miljun ċittadin li twieldu fl-Irlanda ta' Fuq u li, bis-saħħa tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, huma intitolati għaċ-ċittadinanza Irlandiża u b'hekk għal dik tal-UE u għad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE fejn jgħixu;

F.billi l-UE u r-Renju Unit, bħala Stat Membru li se joħroġ mill-UE, għandhom obbligu tal-ogħla preċedenza li jiżguraw approċċ komprensiv u reċiproku biex iħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u dawk taċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu fl-UE-27;

G.billi dikjarazzjonijiet reċenti mill-Gvern tar-Renju Unit favur li jimxi fuq politika ta' diverġenza regolatorja mill-UE jqajmu dubji dwar kemm tista' tkun imqarrba r-relazzjoni ekonomika futura bejn l-UE u r-Renju Unit;

H.billi jeħtieġ li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE la jipperikola b'xi mod il-proċess ta' paċi fl-Irlanda ta' Fuq u lanqas jagħmel ħsara lill-ekonomija tal-gżira tal-Irlanda, effetti li jseħħu bi kwalunkwe twebbis tal-fruntiera bejn l-Irlanda ta' Fuq u l-Irlanda u li l-garanzija ta' kontinġenza maqbula bejn ir-Renju Unit u l-UE fil-Ftehim dwar il-Ħruġ ġiet imfassla biex tipprevjenihom f'kull ċirkustanza;

I.billi l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira jirrikonoxxi "l-leġittimità ta' kwalunkwe għażla li tiġi eżerċitata b'mod liberu mill-maġġoranza tal-poplu tal-Irlanda ta' Fuq fir-rigward tal-istatus tiegħu";

J.billi l-Gvern tar-Renju Unit jinsisti li l-garanzija ta' kontinġenza trid titneħħa mill-Ftehim dwar il-Ħruġ, iżda s'issa ma ressaqx proposti legalment operazzjonali li jistgħu jieħdu postha;

K.billi jidher li l-Gvern tar-Renju Unit għamel l-ippjanar għall-"ebda ftehim" il-prijorità politika prinċipali tiegħu u li wħud mill-membri tal-Gvern tar-Renju Unit jemmnu li "ħruġ bla ebda ftehim" ikun l-aħjar eżitu tal-proċess ta' ħruġ tar-Renju Unit mill-UE;

L.billi l-Prim Ministru tar-Renju Unit qal li "l-Brexit bla ebda ftehim" ikun "falliment ta' ħila fit-tmexxija politika";

M.billi, f'konformità mal-Istrument Konġunt relatat mal-Ftehim dwar il-Ħruġ maqbul fil-11ta'Marzu2019 fuq l-insistenza tar-Renju Unit, il-ħidma konġunta dwar arranġamenti alternattivi tippresupponi r-ratifika tal-Ftehim dwar il-Ħruġ;

N.billi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE bla ftehim jagħmel ħsara ekonomika kbira liż-żewġ partijiet, għalkemm, kif juru ċ-ċifri uffiċjali u r-rapporti tal-Gvern tar-Renju Unit, din il-ħsara ekonomika taqa' b'mod sproporzjonat fuq ir-Renju Unit, inklużi t-territorji extra-Ewropej tiegħu;

O.billi l-unità tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-UE-27 għadha kruċjali u sejra tinżamm;

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ u d-Dikjarazzjoni Politika

1.Jemmen li huwa fl-akbar interess tar-Renju Unit, kif ukoll tal-UE, li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jsir b'mod ordinat;

2.Jibqa' jemmen li l-Ftehim dwar il-Ħruġ, bħala l-mezz li jippermetti tali ħruġ ordinat tar-Renju Unit mill-UE, huwa ġust u bbilanċjat, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ sew "il-linji ħomor" tar-Renju Unit u sew il-prinċipji tal-UE;

3.Jinnota li l-valur tal-Ftehim dwar il-Ħruġ huwa li jipprovdi ċertezza legali lil dawk kollha milquta mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u li, fl-ogħla grad possibbli, il-Ftehim:

jissalvagwardja d-drittijiet u l-għażliet tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE residenti fir-Renju Unit u taċ-ċittadini Brittaniċi residenti fl-UE-27,
jinkludi l-garanzija ta' kontinġenza għall-fruntiera bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq li, fin-nuqqas ta' soluzzjonijiet maqbula fil-kuntest ta' ftehim futur jew ta' arranġamenti alternattivi operazzjonali li jipprovdu l-istess garanziji, sejra tipproteġi l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u l-proċess ta' paċi fl-Irlanda ta' Fuq u tevita "twebbis" tal-fruntiera, u b'hekk issostni l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u l-ekonomija tal-gżira kollha kemm hi, kif ukoll tiggarantixxi l-integrità tas-suq intern tal-UE,
jipprevedi saldu finanzjarju uniku mar-Renju Unit li jinkludi l-obbligazzjonijiet legali kollha li jirriżultaw minn impenji pendenti u li jkopri entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, obbligazzjonijiet kontinġenti u kostijiet finanzjarji oħra li jirriżultaw direttament mill-ħruġ tar-Renju Unit,
jinkludi, kif mitlub mir-Renju Unit u bil-ħsieb li jiżgura ċ-ċertezza u l-kontinwità legali kif ukoll iż-żmien għan-negozjar tar-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit, perjodu ta' tranżizzjoni sal-31ta'Diċembru2020 li jista' jiġi estiż darba b'sa sentejn żmien;
jindirizza kwistjonijiet oħra ta' separazzjoni li jippermettu l-ħruġ ordinat tar-Renju Unit mill-UE,
fih dispożizzjonijiet ta' governanza li jissalvagwardjaw ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fl-interpretazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, kif ikun f'loku;

4.Jinnota li l-għażliet fundamentali quddiem ir-Renju Unit bi rbit mal-fruntiera bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq għadhom l-istess u hekk sejrin jibqgħu, ikun xi jkun il-Gvern tal-pajjiż; ifakkar li l-Gvern tar-Renju Unit irrifjuta l-ewwel proposta tal-UE għal garanzija ta' kontinġenza għall-Irlanda ta' Fuq biss, u li sussegwentement talab li titfassal mill-ġdid fil-forma li issa tinsab fil-Ftehim dwar il-Ħruġ; jesprimi li lest jerġa' lura għal garanzija ta' kontinġenza għall-Irlanda ta' Fuq biss, iżda jenfasizza li mhux sejjer jagħti l-kunsens tiegħu għal Ftehim dwar il-Ħruġ mingħajr garanzija ta' kontinġenza;

5.Jinnota li l-garanzija ta' kontinġenza hija appoġġjata minn maġġoranza kbira ħafna tal-partiti politiċi rappreżentati fl-Assemblea tal-Irlanda ta' Fuq u, skont stħarriġiet reċenti, minn maġġoranza taċ-ċittadini fl-Irlanda ta' Fuq;

6.Ifakkar li l-garanzija ta' kontinġenza għandha tintuża biss bħala miżura temporanja aħħarija u jilqa' l-miżuri kollha li dan jagħmluh ċar; jilqa' b'mod partikolari, kif previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ innifsu, li l-ħidma u l-investiment jiġu diretti lejn l-esplorazzjoni ta' kif arranġamenti alternattivi għall-fruntiera, ibbażati fuq teknoloġiji ġodda, jistgħu eventwalment jintużaw fil-ġejjieni biex jiżguraw li ma jkunx hemm fruntiera fiżika fuq il-gżira tal-Irlanda;

7.Jinnota li dawk l-arranġamenti alternattivi jkunu aċċettabbli biss jekk jagħmluha possibbli li jiġi evitat li jkun hemm infrastruttura fiżika fil-fruntiera jew verifiki u kontrolli relatati, li l-ekonomija tal-gżira kollha kemm hi tkun protetta, li l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira jkun salvagwardjat, inkluż li jinżammu l-kundizzjonijiet meħtieġa għal kooperazzjoni kontinwa bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, u li l-integrità tas-suq intern tal-UE tkun żgurata;

8.Jemmen li sta għar-Renju Unit li jressaq proposti bil-miktub għal tali arranġamenti alternattivi li jkunu għalkollox operazzjonali, li jittrattaw b'mod komprensiv il-verifiki u l-kontrolli kollha li jitwettqu fil-fruntiera esterna tal-UE, li jkunu konsistenti mal-paragrafi43 u 49 tar-Rapport Konġunt tad-8ta'Diċembru2017 u li jistgħu jieħdu kont ta' kwalunkwe diverġenza regolatorja futura bejn ir-Renju Unit u l-UE; jiddispjaċih li, minkejja dikjarazzjonijiet minn xi wħud mill-membri tiegħu dwar id-disponibbiltà ta' arranġamenti alternattivi, il-Gvern tar-Renju Unit s'issa ma ressaqx proposti legalment operazzjonali li jistgħu jieħdu post il-garanzija ta' kontinġenza;

9.Jinnota li d-Dikjarazzjoni Politika, li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit, hija konformi mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14ta'Marzu2018 dwar il-qafas tar-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit, li titlob ftehim ta' assoċjazzjoni, kif ukoll mal-kontributi dettaljati tal-kumitati tiegħu, u tirrifletti l-għażliet magħmula mir-Renju Unit rigward l-ambitu u l-profondità tar-relazzjoni futura tiegħu mal-UE;

10.Jesprimi li huwa lest jittrasforma d-Dikjarazzjoni Politika f'dokument b'karattru aktar formali u legali li jiddefinixxi l-għan li jiġi stabbilit ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit ta' natura hekk imqarrba li, anke fin-nuqqas ta' arranġamenti alternattivi vijabbli, il-garanzija ta' kontinġenza ma jkollhiex għalfejn titħaddem;

Ebda ftehim

11.Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu50 tat-TUE, fin-nuqqas ta' ftehim jew estensjoni tal-perjodu msemmi fl-Artikolu50(3) tat-TUE, it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mill-1ta'Novembru2019;

12.Jenfasizza li, jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE bla ftehim, dan ikun għalkollox ir-responsabbiltà tal-Gvern tar-Renju Unit; jirrimarka, barra minn hekk, l-implikazzjonijiet li "ħruġ bla ftehim" bħal dan ikollu għall-fruntiera bejn l-Irlanda ta' Fuq u l-Irlanda, kif ukoll għat-tħaddim u l-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira;

13.Jinnota l-oppożizzjoni qawwija fil-House of Commons, u lil hinn minnha, għad-deċiżjoni li l-Parlament tar-Renju Unit jiġi prorogat sal-14ta'Ottubru2019, liema proroga tqawwi l-probabbiltà li r-Renju Unit joħroġ mill-UE mingħajr ftehim;

14.Jilqa', fil-frattemp, il-miżuri ta' tħejjija u ta' ppjanar ta' kontinġenza għal xenarju ta' "ebda ftehim" adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-UE-27; jinnota li dawn huma unilaterali, fl-interess tal-UE u ta' natura temporanja; jenfasizza, barra minn hekk, li dawn ma għandhomx l-istess effetti bħal ftehim li jippermetti ħruġ ordinat jew li jirreplika l-benefiċċji tas-sħubija fl-UE, jew it-termini ta' kwalunkwe perjodu ta' tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ; jilqa' l-aħħar proposti ppreżentati mill-Kummissjoni fl-4ta'Settembru2019 u jimpenja ruħu li jittrattahom malajr kemm jista' jkun u, b'mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta' assistenza finanzjarja lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju, bil-ħsieb li jiżgura li l-piżijiet li jirriżultaw minn proċeduri amministrattivi jinżammu f'livell minimu;

15.Jinnota li ma jista' jkun hemm l-ebda perjodu ta' tranżizzjoni fin-nuqqas tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u li lanqas ma jistgħu jiġu implimentati xi "ftehimiet żgħar" maħsuba biex itaffu t-taqlib ta' ħruġ diżordinat tar-Renju Unit mill-UE;

16.Jenfasizza li negozjati ulterjuri bejn l-UE u r-Renju Unit wara li r-Renju Unit ikun ħareġ mill-UE bla ftehim jistgħu jsiru biss bil-kundizzjoni li r-Renju Unit jonora l-obbligi u l-impenji tiegħu rigward id-drittijiet taċ-ċittadini, is-saldu finanzjarju u l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira f'kull parti tiegħu;

17.Jinnota li, fil-każ ta' "ħruġ bla ftehim", l-obbligi finanzjarji u ta' tip ieħor tar-Renju Unit jibqgħu jeżistu; jafferma li, f'tali każ, huwa sejjer jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu għal kwalunkwe ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit sakemm ir-Renju Unit ma jonorax l-impenji tiegħu;

18.Ifakkar li, ladarba dawn l-impenji jkunu ġew onorati, in-negozjati futuri bejn l-UE u r-Renju Unit ser jirrikjedu salvagwardji b'saħħithom u dispożizzjonijiet dwar kundizzjonijiet ekwi bil-għan li jissalvagwardjaw is-suq intern tal-UE u li jevitaw li d-ditti tal-UE potenzjalment jitqiegħdu fi żvantaġġ kompetittiv inġust; itenni, f'dan ir-rigward, il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14ta'Marzu2018, b'mod partikolari rigward l-iżgurar ta' livelli għoljin ta' protezzjoni ambjentali, tal-impjiegi u tal-konsumatur; jinnota li kwalunkwe ftehim ta' kummerċ ħieles li jonqos milli jirrispetta dawn il-livelli ta' protezzjoni ma jiġix ratifikat mill-Parlament Ewropew;

19.Ifakkar li s-salvagwardja tad-drittijiet u tal-għażliet tal-ħajja, inklużi l-istatus tal-impjieg u l-intitolamenti soċjali, taċ-ċittadini tal-UE residenti fir-Renju Unit u taċ-ċittadini Brittaniċi residenti fl-UE-27 għadha l-ewwel prijorità tiegħu u li għandu jsir kull sforz biex jiġi żgurat li dawk iċ-ċittadini ma jintlaqtux mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE;

20.Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Residenza Permanenti ("Settlement Scheme") tar-Renju Unit u l-għadd kbir tal-applikanti, sa 42% skont l-aħħar ċifri uffiċjali tar-Renju Unit, li ngħataw biss status preliminari ("pre-settled"); ifakkar li dan jista' jiġi evitat jekk ir-Renju Unit jagħżel proċedura amministrattiva li tkun ta' natura dikjarattiva u jqiegħed l-oneru tal-prova fuq l-awtoritajiet tar-Renju Unit biex jikkontestaw id-dikjarazzjoni; għaldaqstant iħeġġeġ lir-Renju Unit biex jirrevedi l-approċċ tiegħu;

21.Iħeġġeġ lir-Renju Unit u lill-UE-27 biex jadottaw miżuri li jipprovdu ċertezza legali liċ-ċittadini tal-UE residenti fir-Renju Unit u liċ-ċittadini Brittaniċi residenti fl-UE-27; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li l-UE-27 għandhom jimxu fuq approċċ konsistenti u ġeneruż huma u jipproteġu d-drittijiet taċ-ċittadini Brittaniċi residenti f'dawk l-Istati Membri;

22.Jesprimi t-tħassib serju tiegħu għall-fatt li avviżi reċenti u konfliġġenti mill-Home Office b'rabta mal-moviment liberu wara l-31ta'Ottubru2019 iġġeneraw inċertezza xejn pożittiva għaċ-ċittadini tal-UE residenti fir-Renju Unit, bir-riskju li dawk l-avviżi jistgħu jiggravaw l-ambjent ostili fil-konfront ta' dawn iċ-ċittadini u jkollhom impatt negattiv fuq il-kapaċità tagħhom li jinfurzaw drittijiethom;

23.Ifakkar li bosta ċittadini Brittaniċi esprimew oppożizzjoni qawwija għat-telfien tad-drittijiet li jgawdu bħalissa skont l-Artikolu20 tat-TFUE; jipproponi li l-UE-27 jeżaminaw kif jistgħu itaffu dan it-telfien fil-limiti tad-dritt primarju tal-UE, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji ta' reċiproċità, ekwità, simetrija u nondiskriminazzjoni;

Estensjoni tal-perjodu tal-Artikolu50

24.Jinnota li, fid-9ta'Settembru2019, ġie adottat Att tal-Parlament tar-Renju Unit, li lill-Gvern tar-Renju Unit jobbligah jitlob estensjoni jekk ma jkunx intlaħaq ftehim mal-UE sad-19ta'Ottubru2019;

25.Jindika li jkun lest jappoġġja estensjoni tal-perjodu previst fl-Artikolu50 jekk ikun hemm raġunijiet u skop għal tali estensjoni (pereżempju biex jiġi evitat "ħruġ bla ftehim", biex issir elezzjoni ġenerali jew isir referendum, biex jiġi revokat l-Artikolu50, jew biex jiġi approvat ftehim dwar il-ħruġ) u li x-xogħol u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-UE ma jintlaqtux b'mod negattiv;

26.Ifakkar li mhuwa se jipproċedi għall-ebda votazzjoni ta' approvazzjoni sakemm il-Parlament tar-Renju Unit ma jkunx approva ftehim mal-UE;

27.Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Gvern tar-Renju Unit li, fiċ-ċirkostanzi kurrenti, la jaħtar Kummissarju kandidat għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss u lanqas jibgħat rappreżentanti mir-Renju Unit jattendu ċerti laqgħat tal-UE mill-1ta'Settembru2019; jenfasizza li dan mhux se jaffettwa l-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-UE li jiffunzjonaw bla xkiel, u jafferma mill-ġdid, f'dak li jirrigwarda l-Parlament Ewropew, li l-Membri tar-Renju Unit tal-Parlament Ewropew (MPE), sal-ħruġ tar-Renju Unit, sejrin jibqgħu MPE bid-drittijiet u bl-obbligi kollha tagħhom intatti; ifakkar li, sakemm jibqa' Stat Membru, ir-Renju Unit se jibqa' jgawdi drittijietu u jibqa' marbut bl-obbligi tiegħu skont it-Trattati, inkluż bil-prinċipju ta' kooperazzjoni leali;

o
oo

28.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tar-Renju Unit.

(1) ĠUC298,23.8.2018, p.24.
(2) ĠUC346, 27.9.2018, p.2.
(3) ĠU C369, 11.10.2018, p.32.
(4) ĠUC162, 10.5.2019, p.40.
(5) ĠUL80 I,22.3.2019, p.1.
(6) ĠUL101,11.4.2019, p.1.
(7) ĠUL110 I,25.4.2019, p.1.

Avviż legali-Politika tal-privatezza