Ϸվ

L-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) hija parti ċentrali mill-arkitettura tas-sigurtà interna usa’ tal-UE. Il-kooperazzjoni u l-politiki fil-qasam tal-infurzar tal-liġi għadhom f’fażi ta’ żvilupp, b’enfasi speċjali fuq il-ġlieda kontra t-terroriżmu, iċ-ċiberkriminalità u forom oħra ta’ kriminalità serja u organizzata. L-għan ewlieni hu li jkun hemm Ewropa aktar sikura għall-benefiċċju ta’ kulħadd fl-UE, f’konformità mad-drittijiet fundamentali u r-regoli tal-protezzjoni tad-data, kif mitlub diversi drabi mill-Parlament Ewropew.

Il-bażi legali

L-Artikoli 33 (kooperazzjoni doganali), 87, 88 u 89 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

L-objettivi

Kooperazzjoni effettiva bejn il-pulizija hija element fundamentali biex l-UE ssir spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja bbażat fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali. Il-kooperazzjoni transfruntiera fl-infurzar tal-liġi – bl-involviment tal-pulizija, id-dwana u servizzi tal-infurzar tal-liġi oħrajn – hija mfassla b’tali mod biex tipprevjeni, tidentifika u tinvestiga reati kriminali fl-UE kollha. Fil-prattika, din il-kooperazzjoni primarjament tikkonċerna kriminalità serja (bħall-kriminalità organizzata, it-traffikar tad-droga, il-ħasil tal-flus, il-falsifikazzjoni tal-euro, it-traffikar tal-bnedmin u ċ-ċiberkriminalità) u t-terroriżmu. L-Europol hija l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tal-UE.

Il-kisbiet

A. Il-bidu

Il-kooperazzjoni tal-pulizija fost l-Istati Membri bdiet fl-1976 permezz ta’ dak li kien magħruf bħala l-“Grupp TREVI”, network intergovernattiv ta’ rappreżentanti mill-ministeri għall-ġustizzja u l-affarijiet interni. It-Trattat ta’ Maastricht imbagħad stabbilixxa kwistjonijiet ta’ interess komuni li taw raġunijiet leġittimi għall-kooperazzjoni tal-pulizija (terroriżmu, drogi u forom oħra ta’ kriminalità internazzjonali). Barra minn hekk, stabbilixxa l-prinċipju tal-ħolqien ta’ “Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija” (Europol), li inizjalment ħa forma bħala l-Unità tad-Drogi tal-Europol. Il-Konvenzjoni tal-Europol ġiet iffirmata fis-26 ta’ Lulju 1995, għalkemm l-uffiċċju ma bediex jopera uffiċjalment qabel l-1 ta’ Lulju 1999, abbażi tas-setgħat imsaħħa mogħtija mit-Trattat ta’ Amsterdam (iffirmat fit-2 ta’ Ottubru 1997). Madankollu, il-kooperazzjoni tal-pulizija kienet diġà għamlet progress qabel il-miġja tal-Europol. Bil-ħolqien taż-Żona Schengen fl-1985, li għall-ewwel kienet tinvolvi biss għadd żgħir ta’ Stati Membri, il-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-pulizija kienet diġà saret realtà (ara wkoll 4.2.4). Mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, l-acquis ta’ Schengen – inklużi l-aspetti tiegħu ta’ kooperazzjoni tal-pulizija – ġie inkorporat fil-liġi tal-UE, iżda tpoġġa taħt it-“tielet pilastru” tal-kooperazzjoni intergovernattiva. L-istess approċċ intergovernattiv ġie applikat għall-miżuri ta’ kooperazzjoni tal-pulizija adottati minn grupp żgħir ta’ Stati Membri taħt it-Trattat ta’ Prüm, li kien fih dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ DNA, marki tas-swaba’ u dettalji tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. It-Trattat ta’ Prüm ġie introdott b’mod sħiħ fil-livell tal-UE permezz tad-.

B. Il-qafas istituzzjonali attwali

Il-qafas istituzzjonali ġie ssimplifikat konsiderevolment permezz tat-Trattat ta’ Liżbona (TFUE), filwaqt li l-maġġoranza tal-miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija ġew adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (kodeċiżjoni) u huma soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju mill-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, anke jekk il-karatteristiċi speċifiċi tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (jiġifieri n-nonparteċipazzjoni għall-Irlanda u d-Danimarka (il-Protokolli 21 u 22 annessi mat-TFUE) jitħallew fil-ġenb u r-rwol privileġġat tal-parlamenti nazzjonali (il-Protokolli 1 u 2)),il-kooperazzjoni tal-pulizija, flimkien mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, għadha ma ġietx kompletament minsuġa fil-qafas Komunitarju u żammet xi wħud mill-karatteristiċi oriġinali tagħha:

  • il-Kummissjoni tikkondividi s-setgħa ta’ inizjattiva mal-Istati Membri, dment li dawn ikunu jirrappreżentaw kwart tal-membri tal-Kunsill (l-Artikolu 76 tat-TFUE);
  • il-Parlament jiġi kkonsultat biss dwar miżuri ta’ kooperazzjoni operattiva, li jiġu adottati b’mod unanimu mill-Kunsill. Fin-nuqqas ta’ unanimità fil-Kunsill, huwa possibbli li disa’ Stati Membri jew aktar jaħdmu flimkien abbażi ta’ kooperazzjoni msaħħa. F’dan ix-xenarju, il-Kunsill Ewropew jissospendi l-proċess sabiex jintlaħaq kunsens (“sistema ta’ sospensjoni” skont l-Artikolu 87(3) tat-TFUE).

C. L-atti leġiżlattivi prinċipali dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (magħrufa bħala d-“Direttiva dwar iċ-Ċiberkriminalità”). L-Istati Membri kellhom sal-4 ta’ Settembru 2015 biex jinkorporaw din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2016.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja. L-Istati Membri kellhom sal-25 ta’ Mejju 2018 biex jinkorporaw id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni. L-Istati Membri kellhom sad-9 ta’ Mejju 2018 biex jinkorporaw din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI. L-Istati Membri kellhom sat-8 ta’ Settembru 2018 biex jinkorporaw din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (kodifikazzjoni).
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, applikabbli mill-11 ta’ Diċembru 2018.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE, applikabbli minn mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 2021.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE)2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI. L-Istati Membri kellhom sal-1 ta’ Awwissu2021 biex jinkorporaw din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online, applikabbli mis-7 ta’ Ġunju 2022.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni, applikabbli mit-28 ta’ Ġunju 2022.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2). L-Istati Membri kellhom sat-18 ta’ Ottubru 2024 biex jinkorporaw din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (Direttiva CER). L-Istati Membri kellhom sat-18 ta’ Ottubru 2024 biex jinkorporaw din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI; L-Istati Membri huma obbligati jinkorporaw din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali sat-12 ta’ Diċembru 2024.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu, applikabbli mill-31 ta’ Ottubru 2023.
  • tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar it-tiftix u l-iskambju awtomatizzat ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija (ir-Regolament Prüm II), applikabbli mill-25 ta’ April 2024.

D. L-aġenziji tal-kooperazzjoni tal-pulizija u korpi relatati oħra

1. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

hija aġenzija li l-għan prinċipali tagħha hu li tagħmel lill-Ewropa aktar sikura. Hija tgħin lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra t-terroriżmu, iċ-ċiberkriminalità u forom oħra ta’ kriminalità serja u organizzata. L-Europol taħdem ukoll ma’ bosta stati sħab terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Europol isservi bħala ċentru ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi u bħala ċentru ta’ informazzjoni dwar attivitajiet kriminali.

Networks kriminali u terroristiċi fuq skala kbira huma ta’ theddida sinifikanti għas-sigurtà interna tal-UE. L-akbar theddid għas-sigurtà jiġi mit-terroriżmu, it-traffikar internazzjonali tad-droga, il-ħasil tal-flus, il-frodi organizzata, il-falsifikazzjoni tal-euro u t-traffikar tal-bnedmin.

L-Europol waqqfet ukoll unitajiet speċjalizzati biex tirrispondi għal dan it-theddid:

  • iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rispons tal-infurzar tal-liġi fir-rigward taċ-ċiberkriminalità fl-UE u b’hekk jikkontribwixxi għall-ħarsien tar-residenti, in-negozji u l-gvernijiet Ewropej mill-kriminalità online;
  • iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti għandu l-għan li jappoġġja lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni u l-eliminazzjoni ta’ networks kriminali kumplessi u sofistikati involuti fit-traffikar ta’ migranti;
  • iċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu huwa ċentru ta’ operazzjonijiet u ta’ għarfien espert li jirrifletti l-bżonn dejjem akbar li l-UE ssaħħaħ ir-rispons tagħha għat-terroriżmu;
  • iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Kriminalità Organizzata u Serja jipprovdi sostenn operazzjonali lill-investigazzjonijiet tal-Istati Membri f’każijiet ta’ prijorità relatati mal-kriminalità serja u organizzata;
  • il-Koalizzjoni Koordinata kontra l-Kriminalità tal-Proprjetà Intellettwali tipprovdi sostenn operazzjonali u tekniku lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u lil sħab oħra;
  • iċ-Ċentru Ewropew tal-Kriminalità Finanzjarja u Ekonomika huwa ċentru operattiv li jappoġġja lill-Istati Membri fil-każijiet li jkunu għaddejjin b’rabta ma’ kriminalità finanzjarja u ekonomika;
  • FIU.net huwa network ta’ kompjuters deċentralizzat u sofistikat li jgħin lill-Unitajiet ta’ Intelligence Finanzjarja fl-UE fil-ġlieda tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
  • l-Unità ta’ Indikazzjoni ta’ Kontenut fuq l-Internet tidentifika u tinvestiga kontenut malizzjuż fuq l-Internet u fuq in-networks tal-media soċjali.

L-Europol twaqqfet fil-qafas tar-Regolament dwar l-Europol. Hija bbażata f’The Hague, in-Netherlands. L-Europol tipproduċi diversi rapporti, fosthom ir-Rapport tas-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu tal-UE (), il-Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (), il-Valutazzjoni tat-Theddida mill-Kriminalità Organizzata fuq l-Internet (), u . L-Europol ippubblikat is- l-aktar reċenti tagħha f’April 2021, it- l-aktar reċenti tagħha f’Ġunju 2023 u l- l-aktar reċenti tagħha f’Lulju 2023. Fil-5 ta’ April 2024, l-Europol ippreżentat l-ewwel tagħha dwar “Id-dekodifikazzjoni tan-networks kriminali l-aktar ta’ theddida tal-UE”.

Sabiex ikun hemm obbligu ta’ rendikont akbar għall-Aġenzija, fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Europol twaqqaf Grupp ta’ Skrutinju Parlamentari Konġunt (JPSG) dwar l-Europol. L-Artikolu 88 tat-TFUE jipprevedi l-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol min-naħa tal-Parlament Ewropew, flimkien mal-parlamenti nazzjonali. Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament dwar l-Europol, “il-JPSG għandu jwettaq monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol fit-twettiq tal-missjoni tagħha, inkluż fir-rigward tal-impatt ta' dawk l-attivitajiet fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi”. L- ġiet organizzata fit-18 u d-19 ta’ Frar 2024 f’Ghent.

F’Mejju2022, il-Parlament u l-Kunsill adottaw ġdid li jemenda l-mandat tal-Europol, li daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2022. Ir-Regolament il-ġdid tal-Europol ikopri titjib fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ipproċessar ta’ settijiet kbar ta’ data, il-kooperazzjoni ma’ partijiet privati u pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u kif allerti ġodda fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen jistgħu jiddaħħlu abbażi ta’ informazzjoni minn pajjiżi terzi, billi l-Europol issa tista’ tissuġġerixxi li l-Istati Membri jdaħħlu allerti. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Europol jista’ wkoll jipproponi l-ftuħ ta’ investigazzjoni nazzjonali dwar reati mhux transfruntiera li jaffettwaw interess komuni kopert minn xi politika tal-UE.

2. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)

Is- hija aġenzija dedikata għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Is-CEPOL tikkontribwixxi għal Ewropa aktar sikura billi tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien fost l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi mill-Istati Membri, u sa ċertu punt minn pajjiżi terzi, dwar kwistjonijiet li joriġinaw mill-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tas-sigurtà; b’mod partikolari, miċ-ċiklu tal-politika tal-UE dwar il-kriminalità serja u organizzata. L-Aġenzija għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi twaqqfet fil-qafas tar-Regolament dwar is-CEPOL. Hija bbażata f’Budapest, l-Ungerija.

3. Il-Kumitat Permanenti għall-Kooperazzjoni Operattiva dwar is-Sigurtà Interna (COSI)

Skont l-Artikolu 71 tat-TFUE, “għandu jiġi stabbilit kumitat permanenti fil-Kunsill sabiex jassigura li koperazzjoni operattiva dwar is-sigurtà interna tiġi promossa u msaħħa fi ħdan l-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 240, għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Ir-rappreżentanti tal-korpi u l-organi konċernati ta' l-Unjoni jistgħu jkunu involuti fil-proċedimenti ta’ dan il-Kumitat. Il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandhom jinżammu informati bil-proċedimenti.” Il-COSI ġie stabbilit bid- dwar l-istabbiliment ta’ Kumitat Permanenti għall-kooperazzjoni operattiva dwar is-sigurtà interna (2010/131/UE).

4. Iċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE

Iċ-Ċentru ta’ Analiżi tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE (INTCEN tal-UE) mhuwiex eżattament korp tal-kooperazzjoni tal-pulizija, peress li huwa korp tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u jittratta biss l-analiżi strateġika. Madankollu, jikkontribwixxi għall-kooperazzjoni tal-pulizija billi jipproduċi valutazzjonijiet tat-theddid abbażi ta’ informazzjoni mgħoddija mis-servizzi tal-intelligence, il-militar, id-diplomatiċi u s-servizzi tal-pulizija. L-INTCEN jista’ wkoll jagħti kontribut utli minn perspettiva operattiva billi jipprovdi, pereżempju, informazzjoni mill-UE kollha dwar id-destinazzjonijiet, il-motivazzjonijiet u r-rotot tal-ivvjaġġar tat-terroristi.

Ir-rwol tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament kellu rwol ewlieni biex tissawwar il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija billi s-sikurezza tal-popolazzjoni tal-UE ingħatat prijorità politika. Barra minn hekk, fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, qiegħed jaħdem biex tittejjeb il-kooperazzjoni tal-pulizija fuq l-istess livell mal-Kunsill.

L-istrument prinċipali għall-kooperazzjoni tal-pulizija huwa l-Europol, li huwa pilastru ċentrali tal-infrastruttura tas-sigurtà interna Ewropea usa’. Bħala parti mir-riforma tal-Europol, il-Parlament ippromwova attivament skrutinju parlamentari akbar u regoli aħjar dwar il-protezzjoni tad-data. (skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja) fit-tisħiħ tal-mandat tal-Europol, wara adottata fid-9ta’Diċembru2020. Il-mandat il-ġdid jippermetti lill-Europol tipproċessa settijiet kbar ta’ data u tiżviluppa teknoloġiji ġodda li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-infurzar tal-liġi. Isaħħaħ ukoll il-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Europol u s-sorveljanza parlamentari. Ir-Regolament rivedut tal-Europol huwa mistenni jidħol fis-seħħ f’Ġunju 2022.

Matul diversi dibattiti dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-libertà tal-espressjoni, il-Parlament ikkundanna l-attakki terroristiċi fl-Ewropa u madwar id-dinja u appella għal unità u rispons robust. Talab ukoll għal sforzi addizzjonali biex jiġu promossi l-libertajiet fundamentali u rrefera għall-ħtieġa li jiġu indirizzati b’urġenza l-aspetti online tar-radikalizzazzjoni u d-diskors ta’ mibegħda.

Fis-17 ta’ Diċembru 2020, il-Parlament adotta żDZܳDzԾ dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà għall-perjodu 2020-2025, li ġiet proposta mill- fl-24 ta’ Lulju 2020. L-istrateġija tipproponi li fil-ħames snin li ġejjin jiġu żviluppati għodod u miżuri biex tiġi żgurata s-sigurtà fl-ambjent fiżiku u diġitali tagħna, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, il-prevenzjoni u d-detezzjoni ta’ theddid ibridu, iż-żieda fir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika tagħna, il-promozzjoni taċ-ċibersigurtà u t-trawwim tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Fis-6 ta’ Ottubru 2021, il-Parlament adotta dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA) fil-liġi kriminali u l-użu tagħha mill-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji f’materji kriminali. L-MEPs indikaw ir-riskju ta’ preġudizzju algoritmiku fl-applikazzjonijiet tal-IA u enfasizzaw il-bżonn ta’ superviżjoni min-naħa tal-bniedem biex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni. Talbu wkoll moratorju fuq l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ rikonoxximent tal-wiċċ għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi. Fit-13 ta’ Marzu 2024, il-Parlament adotta żDZܳDzԾ leġiżlattiva dwar il-proposta għal regolament dwar ir-regoli armonizzati dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (l-Att dwar l-IA). Ir-Regolament jistabbilixxi obbligi fuq is-sistemi u l-fornituri tal-IA, abbażi tar-riskji u l-impatti potenzjali tal-IA, filwaqt li jiżgura s-sikurezza u l-konformità mad-drittijiet fundamentali. L-użu ta’ sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika mill-infurzar tal-liġi huwa pprojbit fil-prinċipju, ħlief f’sitwazzjonijiet elenkati b’mod eżawrjenti u definiti b’mod ristrett.

Il-Parlament huwa involut fl-evalwazzjoni u l-iskrutinju ta’ dawn li ġejjin, u qed jagħmel rieżami tal-proposti leġiżlattivi rilevanti:

  • il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “”, adottata fid-9 ta’ Diċembru 2020;
  • “” tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2020, li fiha hemm proposti regoli ġodda biex l-entitajiet kritiċi fiżiċi u diġitali jsiru aktar reżiljenti;
  • “”, ippreżentata mill-Kummissjoni fl-14 ta’ April 2021;
  • Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-, adottata fit-18 ta’ Ottubru 2023.
  • il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-, adottata fit-18 ta’ Ottubru 2023.

Biex tiżgura li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-UE kollha jkunu jistgħu jaħdmu aħjar b’ġabra ta’ regoli moderni, il-Kummissjoni fit-8 ta’ Diċembru 2021 , li se jirrazzjonalizza it-taħlita attwali tad-diversi għodod tal-UE u ftehimiet ta’ kooperazzjoni multilaterali. Il-miżuri proposti jinkludu rakkomandazzjoni dwar il-kooperazzjoni operattiva tal-pulizija, regoli ġodda dwar skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri kollha u regoli riveduti dwar skambji ta’ data awtomatizzati għall-kooperazzjoni tal-pulizija fl-ambitu tal-qafas “Prüm”. Il-Parlament kien involut fl-approvazzjoni tal-miżuri proposti.

Reċentement il-Parlament ħejja rapporti u żDZܳDzԾjiet dwar il-kwistjonijiet li ġejjin: il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u l-protezzjoni tal-vittmi; il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika; vjolenza ċibernetika; l-abbuż sesswali tat-tfal online; iċ-ċiberkriminalità u ċ-ċibersigurtà; il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; l-ordnijiet Ewropej ta’ produzzjoni u preservazzjoni tal-evidenza elettronika f’materji kriminali; ir-riforma tad-direttiva dwar il-privatezza elettronika u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; ir-reviżjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen; id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri tal-ħruġ tal-viżi; il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi; il-ġbir u t-trasferiment ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri; it-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni vjolenti; software ta’ spjunaġġ intrużiv; l-interferenzi barranin u d-diżinformazzjoni; u l-iskambju ta’ informazzjoni u flussi ta’ data mal-Istati Uniti.

Il-kooperazzjoni tal-pulizija u l-politiki tas-sigurtà interna għadhom qed jiżviluppaw u l-attenzjoni hija ffukata fuq ġlieda aktar effikaċi kontra t-theddid u l-kriminalità fl-UE kollha u, partikolarment għall-Parlament, f’konformità mar-regoli dwar id-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data. Filwaqt li saret riforma totali tar-regoli li japplikaw għall-aġenziji għall-kooperazzjoni tal-pulizija tal-UE, xorta se jkun hemm bżonn sforzi konġunti biex ikomplu jissaħħu l-miżuri ta’ kooperazzjoni tal-pulizija, partikolarment l-iskambju tad-data u l-evidenza bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, u bejn dawn l-awtoritajiet u l-aġenziji tal-UE. Il-Parlament ħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu t-titjib meħtieġ fl-istandardizzazzjoni teknika fir-rigward tal-kwalità tad-data u joħolqu qafas ġuridiku għal approċċ futur ibbażat fuq il-“kondiviżjoni tal-informazzjoni b’mod awtomatiku”. F’dan il-kuntest, l-UE ser ikollha tindirizza b’attenzjoni l-isfidi relatati ma’ teknoloġiji ġodda, l-intelliġenza artifiċjali, il-kriptaġġ, u l-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni għall-fruntieri, is-sigurtà u l-migrazzjoni.

Aktar ma jiżdiedu l-kompiti u jikbru l-aspettattivi, jeħtieġ jiġu żgurati riżorsi finanzjarji u umani adegwati għall-aġenziji tal-UE.

Il-Parlament huwa attur istituzzjonali esperjenzat fil-qasam tal-politiki tas-sigurtà interna u għandu jkollu rwol akbar fl-evalwazzjoni u d-definizzjoni tal-politiki tal-kooperazzjoni tal-pulizija.

Alessandro Davoli