Qafas finanzjarju pluriennali
Sal-lum ġew adottati sitt oqfsa finanzjarji pluriennali (QFP), inkluż il-QFP 2021-2027. It-Trattat ta’ Liżbona ttrasforma l-QFP minn ftehim interistituzzjonali għal regolament. Stabbilit għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin, l-għan tal-QFP huwa li jiżgura li n-nefqa tal-UE tiżviluppa b’mod ordnat u fil-limiti tar-riżorsi proprji tagħha. Jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li magħhom irid jikkonforma l-baġit annwali tal-UE. Ir-Regolament dwar il-QFP jistabbilixxi limiti massimi għan-nefqa għall-kategoriji wiesgħa tal-infiq imsejħa intestaturi. Wara l-proposti inizjali tagħha tat-2 ta’ Mejju 2018 u wara t-tifqigħa tal-COVID-19, fis-27 ta’ Mejju 2020 il-Kummissjoni pproponiet pjan ta’ rkupru (NextGenerationEU) li kien jinkludi proposti riveduti għall-QFP 2021-2027 u r-riżorsi proprji, u l-istabbiliment ta’ strument ta’ rkupru b’valur ta’ EUR750biljun (fi prezzijiet tal-2018). Il-pakkett ġie adottat fis-16 ta’ Diċembru 2010 wara li seħħew in-negozjati interistituzzjonali. Fid-dawl ta’ żviluppi ġodda, il-QFP ġie rivedut f’Diċembru 2022 u mbagħad mill-ġdid b’mod aktar sostanzjali fi Frar 2024.
Il-bażi legali
- L-Artikolu312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);
- tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027;
- tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġja l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19;
- bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda.
L-isfond
Fis-snin tmenin, inħolqot atmosfera ta’ kunflitt fir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet minħabba inkompatibbiltà dejjem akbar bejn ir-riżorsi disponibbli u l-ħtiġijiet reali tal-baġit. Il-kunċett ta’ perspettiva finanzjarja pluriennali ġie żviluppat bħala tentattiv biex inaqqas il-kunflitt, iżid id-dixxiplina baġitarja u jtejjeb l-implimentazzjoni permezz ta’ ppjanar aħjar. L-ewwel ftehim interistituzzjonali (FII) għal dan il-għan ġie konkluż fl-1988. Dan kien fih il-perspettiva finanzjarja għall-1988-1992 (magħrufa wkoll bħala l-pakkett Delors I), li kellha l-għan li tforni r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni baġitarja tal-Att Uniku Ewropew. Fid-29 ta’ Ottubru 1993 intlaħaq qbil dwar FII ġdid, flimkien mal-perspettiva finanzjarja għall-1993-1999 (il-pakkett Delors II), li ppermetta l-irduppjar tal-Fondi Strutturali u ż-żieda tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji (1.4.1). It-tielet FII dwar il-perspettiva finanzjarja għall-2000-2006, magħruf ukoll bħala l-Aġenda 2000, ġie ffirmat fis-6 ta’ Mejju 1999, u wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu kien li jiżgura r-riżorsi neċessarji għall-finanzjament tat-tkabbir. Il-qbil dwar ir-raba’ FII, li kopra l-perjodu 2007-2013, intlaħaq fis-17 ta’ Mejju 2006.
It-Trattat ta’ Liżbona ttrasforma l-QFP minn ftehim interistituzzjonali għal regolament tal-Kunsill li għandu jiġi adottat unanimament, suġġett għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, skont proċedura leġiżlattiva speċjali. Minbarra li jiddetermina “l-ammonti tal-limiti massimi annwali ta’ approprjazzjonijiet għal impenji skont il-kategorija tal-infiq u tal-limitu massimu annwali ta’ approprjazzjonijiet għall-pagamenti”, l-Artikolu 312 tat-TFUE jiddikjara li l-QFP irid ukoll “jistabbilixxi kwalunkwe dispożizzjoni oħra meħtieġa għat-tħaddim tajjeb tal-proċedura annwali tal-baġit”.
Il-ħames QFP, li jkopri l-perjodu 2014-2020, kien l-ewwel wieħed li ra tnaqqis fl-ammonti globali f’termini reali. Waħda mill-prekundizzjonijiet tal-Parlament biex jaċċettah kienet għalhekk reviżjoni obbligatorja ta’ nofs it-terminu li tagħti lok għall-valutazzjoni mill-ġdid u l-aġġustament tal-ħtiġijiet baġitarji matul il-perjodu tal-QFP, jekk dan ikun meħtieġ. Il-ftehim żgura wkoll, fost affarijiet oħra, aktar flessibbiltà biex jippermetti l-użu sħiħ tal-ammonti ppjanati u fehim dwar it-triq lejn sistema ġenwina ta’ riżorsi proprji għall-UE. Fl-20 ta’ Ġunju 2017 ġie adottat QFP rivedut għall-2014-2020 b’appoġġ addizzjonali għall-miżuri relatati mal-migrazzjoni, l-impjiegi u t-tkabbir. L-Istrument ta’ Flessibbiltà u r-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza ġew imsaħħa wkoll, u dan ippermetta li aktar fondi jiġu trasferiti aktar faċilment bejn l-intestaturi u s-snin tal-baġit, sabiex tkun possibbli reazzjoni għal avvenimenti mhux previsti u għal prijoritajiet ġodda.
Il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027
Fit-, il-Kummissjoni ppreżentat proposti leġiżlattivi għal QFP li jkopru s-snin mill-2021 sal-2027. Il-proposta tal-Kummissjoni kienet tammonta għal EUR1134.6biljun (fi prezzijiet tal-2018) f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, li jirrappreżentaw 1.11% tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-UE-27. Din kienet tinkludi żidiet għall-ġestjoni tal-fruntieri, il-migrazzjoni, is-sigurtà, id-difiża, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u r-riċerka. Ġie propost tnaqqis b’mod partikolari għall-politika ta’ koeżjoni u dik agrikola. L-arkitettura ġenerali kellha tiġi razzjonalizzata (37 programm ta’ nefqa minflok 58) u l-Kummissjoni pproponiet sett ta’ strumenti speċjali barra mil-limiti massimi tal-QFP biex tittejjeb il-flessibbiltà fl-ibbaġitjar tal-UE. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) se jkun integrat fil-QFP. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li timmodernizza s-sistema tad-dħul, bl-introduzzjoni ta’ diversi kategoriji ġodda ta’ riżorsi proprji.
Fl- u il-Parlament adotta riżoluzzjonijiet dwar il-QFP għall-2021-2027. Fl-, il-Parlament kompla jiddeskrivi l-mandat ta’ negozjar tiegħu, inklużi l-emendi għar-Regolament dwar il-QFP u għall-proposti għall-FII, u ġabra sħiħa ta’ ċifri bi tqassim skont l-intestatura u l-programm. Huwa speċifika li l-limitu massimu tal-QFP għall-impenji għandu jiżdied mill-1.0% (għall-UE-28) għall-1.3% tal-ING tal-UE (għall-UE-27), jiġifieri EUR1324biljun (fi prezzijiet tal-2018), li jikkorrispondu għal żieda ta’ 16.7% fuq il-proposta tal-Kummissjoni. L-allokazzjonijiet għall-politika agrikola komuni u l-politika ta’ koeżjoni għandhom jibqgħu l-istess f’termini reali, filwaqt li diversi prijoritajiet – inklużi Orizzont Ewropa, Erasmus+ u LIFE – għandhom jissaħħu aktar; għandhom jinħolqu Garanzija għat-Tfal ġdida (EUR5.9biljun) u Fond għal Tranżizzjoni Enerġetika ġdid (EUR4.8biljun); il-finanzjament għall-aġenziji deċentralizzati involuti fil-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri għandu jiżdied b’aktar minn erba’ darbiet (għal aktar minn EUR12-ilbiljun). Il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-ilħuq tal-objettivi klimatiċi għandha tiġi stabbilita fuq minimu ta’ 25% tan-nefqa tal-QFP għall-2021-2027, tiġi integrata fl-oqsma ta’ politika rilevanti kollha, u tiżdied għal 30% sa mhux aktar tard mill-2027. Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP għandha tkun obbligatorja.
Fit- u fil-, il-Kunsill ippubblika abbozz ta’ “kaxxa ta’ negozjar”, li tinkludi wkoll kwistjonijiet orizzontali u settorjali li normalment jaqgħu taħt il-programmi ta’ nfiq suġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja (li safa kkritikat mill-Parlament, pereżempju, fil-paragrafi 14 sa 16 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Ottubru 2019). Il-Kunsill kien favur ammont globali tal-QFP ta’ EUR1087biljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, fi prezzijiet tal-2018 (1.07% tal-ING tal-UE-27), ferm aktar baxx mill-aspettattivi tal-Parlament.
Fl- u fit-, il-Parlament aġġorna l-mandat tiegħu wara l-elezzjonijiet Ewropej u talab lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal pjan ta’ kontinġenza tal-QFP biex tipprovdi xibka ta’ sikurezza biex tipproteġi l-benefiċjarji tal-programmi tal-UE f’każ li jkun hemm bżonn li l-QFP attwali jiġi estiż, fid-dawl tan-nuqqas ta’ qbil fi ħdan il-Kunsill Ewropew.
Sadattant, fl-, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Fond għal Tranżizzjoni Ġusta bħala element addizzjonali fil-pakkett ta’ proposti għall-QFP, bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Wara l-kriżi tal-COVID-19 u l-effetti ekonomiċi serji tal-lockdowns meħtieġa, il-Kummissjoni ppubblikat proposti emendati fis- għal QFP ta’ EUR1100biljun u fit- għal strument ta’ rkupru addizzjonali, NextGenerationEU (NGEU), b’valur ta’ EUR750biljun (fi prezzijiet tal-2018), li minnhom EUR500biljun se jitħallsu fil-forma ta’ għotjiet u EUR250biljun fil-forma ta’ self. Il-pakkett kien jinvolvi proposti leġiżlattivi għal strumenti finanzjarji ġodda kif ukoll bidliet għall-programmi tal-QFP diġà mressqa. Il-finanzjament tal-pakkett addizzjonali kellu jiġi żgurat billi jittieħed self fis-swieq finanzjarji. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni emendat ukoll il-proposta għal Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji biex tippermetti s-self sas-somma ta’ EUR750biljun. Finalment, il-pakkett tal-Kummissjoni kien jinkludi żieda ta’ EUR11.5biljun fil-limitu massimu għall-impenji għas-sena2020 fi ħdan il-QFP 2014-2020, bil-għan li jiġi mobilizzat l-appoġġ qabel il-QFP il-ġdid.
Fil-, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet dwar l-isforz ta’ rkupru (NextGenerationEU), il-QFP 2021-2027, u r-riżorsi proprji. Sforz ta’ rkupru fl-ammont ta’ EUR750biljun ġie approvat għas-snin 2021-2023. Madankollu, il-komponent tal-għotjiet tnaqqas minn EUR500biljun għal EUR390biljun u dak tas-self żdied minn EUR250biljun għal EUR360biljun. Il-Kunsill Ewropew irrifjuta r-reviżjoni ’l fuq tal-limitu massimu tal-QFP għas-sena 2020. Il-limitu massimu globali għall-impenji fil-QFP 2021-2027 ġie stabbilit għal EUR1074.3biljun. Barra minn hekk, il-konklużjonijiet iddikjaraw li kien ser jiġi introdott reġim ta’ kondizzjonalità biex jiġu protetti l-baġit u n-NGEU minn ksur tal-istat tad-dritt. Mill-1 ta’ Jannar 2021 intlaħaq qbil dwar riżorsa proprja ġdida bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat. Kienet ippjanata ħidma favur l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji oħra matul il-QFP 2021-2027, biex jintużaw għall-ħlasijiet lura bikrija tas-self fil-qafas tan-NGEU. Il-bażi legali proposta tan-NGEU kienet l-Artikolu 122 tat-TFUE, li jippermetti lill-UE tistabbilixxi miżuri xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill, mingħajr ma jiġi involut il-Parlament fil-proċedura leġiżlattiva.
Il-Parlament immedjatament irreaġixxa għal dawn il-konklużjonijiet f’riżoluzzjoni adottata fit-, li fiha talab il-ħolqien tal-istrument ta’ rkupru bħala att storiku, iżda ddeplora t-tnaqqis li sar għal programmi orjentati lejn il-futur. Insista fuq żidiet immirati ’l fuq miċ-ċifri proposti mill-Kunsill Ewropew u tenna li mhux se jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-QFP mingħajr ftehim dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE, bil-għan li tal-inqas jiġu koperti l-ispejjeż relatati ma’ NGEU (il-kapital u l-interess), sabiex jiġu żgurati l-kredibbiltà u s-sostenibbiltà tiegħu. Il-Parlament talab ukoll, bħala l-awtorità baġitarja, li jkun involut bis-sħiħ fl-istrument ta’ rkupru, f’konformità mal-metodu Komunitarju.
It-taħditiet trilaterali bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni bdew f’Awwissu 2020 u ġew konklużi fl-10 ta’ Novembru 2020. Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-QFP 2021-2027 ġie adottat fis-17 ta’ Diċembru 2020, wara l-approvazzjoni tal-Parlament. , li kien prerekwiżit ieħor għall-approvazzjoni tal-Parlament, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021. Is-27 Stat Membru kollha rratifikaw id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji sal-31 ta’ Mejju 2021, u dan ippermetta lill-UE tibda toħroġ dejn fis-swieq kapitali taħt in-NGEU.
Qafas finanzjarju pluriennali (UE-27) (EUR miljun, fi prezzijiet tal-2018)
Approprjazzjonijiet ta’ impenn | 2021 | 2022 | 2023 | 2024 | 2025 | 2026 | 2027 | Total 2021-2027 |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1.Suq uniku, innovazzjoni u diġitali | 19712 | 19666 | 19133 | 18633 | 18518 | 18646 | 18473 | 132781 |
2.Koeżjoni, reżiljenza u valuri | 49741 | 51101 | 52194 | 53954 | 55182 | 56787 | 58809 | 377768 |
2a.Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali | 45411 | 45951 | 46493 | 47130 | 47770 | 48414 | 49066 | 330235 |
2b.Reżiljenza u valuri | 4330 | 5150 | 5701 | 6824 | 7412 | 8373 | 9743 | 47533 |
3.Riżorsi naturali u ambjent | 55242 | 52214 | 51489 | 50617 | 49719 | 48932 | 48161 | 356374 |
li minnhom: infiq marbut mas-suq u pagamenti diretti | 38564 | 38115 | 37604 | 36983 | 36373 | 35772 | 35183 | 258594 |
4.Migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri | 2324 | 2811 | 3164 | 3282 | 3672 | 3682 | 3736 | 22671 |
5.Sigurtà u difiża | 1700 | 1725 | 1737 | 1754 | 1928 | 2078 | 2263 | 13185 |
6.Viċinat u d-dinja | 15309 | 15522 | 14789 | 14056 | 13323 | 12592 | 12828 | 98419 |
7.Amministrazzjoni pubblika Ewropea | 10021 | 10215 | 10342 | 10454 | 10554 | 10673 | 10843 | 73102 |
li minnhom: nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet | 7742 | 7878 | 7945 | 7997 | 8025 | 8077 | 8188 | 55852 |
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA’ IMPENN | 154049 | 153254 | 152848 | 152750 | 152896 | 153390 | 155113 | 1074300 |
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA’ PAGAMENT | 156557 | 154822 | 149936 | 149936 | 149936 | 149936 | 149936 | 1061058 |
Il-Parlament irnexxielu jiggarantixxi b’mod partikolari:
- Ammont addizzjonali ta’ EUR15-ilbiljun meta mqabbel mal-proposta ta’ Lulju 2020, għall-programmi ewlenin: Orizzont Ewropa, Erasmus +, EU4Health, InvestEU, l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI-Ewropa Globali), l-Għajnuna Umanitarja, id-Drittijiet u l-Valuri, u Ewropa Kreattiva;
- pjan direzzjonali legalment vinkolanti għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda tal-UE;
- żieda progressiva tal-limitu massimu kumplessiv għall-QFP 2021-2027 minn EUR1074.3biljun għal EUR1085.3biljun fi prezzijiet tal-2018 (spjegazzjoni hawn isfel);
- ammont addizzjonali ta’ EUR1biljun għall-Istrument ta’ Flessibbiltà;
- pass proċedurali ġdid (il-“proċedura ta’ skrutinju baġitarju”) għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmi futuri għal kriżi bbażati fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE, b’implikazzjonijiet baġitarji potenzjalment sinifikanti;
- L-involviment tal-Parlament fl-użu tad-dħul assenjat estern (EAR) tan-NGEU, rivalutazzjoni ġenerali tal-EAR u l-għoti u t-teħid b’self fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju, u tal-arranġamenti għall-kooperazzjoni fin-negozjati futuri tal-QFP;
- Metodoloġija mtejba li tittraċċa l-klima biex tintlaħaq il-mira ta’ mill-inqas 30% tan-nefqa tal-QFP/tan-NGEU biex jiġu appoġġjati l-objettivi klimatiċi[1];
- mira annwali ġdida tal-bijodiversità (7.5% fl-2024 u 10% fl-2026 u fl-2027) u t-tfassil ta’ metodoloġija biex titkejjel in-nefqa relevanti għall-ġeneru;
- riforma tal-ġbir, il-kwalità u l-komparabbiltà tad-data dwar il-benefiċjarji sabiex il-baġit tal-UE jiġi protett aħjar, inkluża n-nefqa tan-NGEU.
Komponenti oħra tal-QFP 2021-2027 li jikkorrispondu għall-prijoritajiet tal-Parlament jinkludu:
- l-integrazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-UE;
- il-livelli globali ta’ finanzjament għall-agrikoltura u l-koeżjoni ta’ daqs komparabbli għall-2014-2020;
- il-ħolqien tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.
Il-15-il biljun addizzjonali jinkludi żieda progressiva ta’ EUR11-ilbiljun, li s-sors prinċipali ta’ liema jiġi minn mekkaniżmu ġdid marbut mal-multi miġbura mill-UE, li jirriżulta f’allokazzjonijiet addizzjonali awtomatiċi għall-programmi kkonċernati fl-2022-2027. Il-limitu massimu globali ta’ seba’ snin tal-QFP għalhekk se jilħaq EUR1085.3biljun fi prezzijiet tal-2018 b’mod inkrementali, jiġifieri EUR2biljun ogħla f’termini reali mil-limitu ekwivalenti tal-QFP 2014-2020 (EUR1083.3biljun fi prezzijiet tal-2018 mingħajr ir-Renju Unit, u bil-FEŻ). Sorsi komplementari jinkludu: marġini li baqgħu mhux allokati fil-limiti massimi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew (EUR 2.5 biljun); rimborżi mill-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP (FEŻ), għall-benefiċċju tal-NDICI-Ewropa Globali (EUR biljun); u approprjazzjonijiet diżimpenjati fil-qasam tar-riċerka għall-benefiċċju ta’ Orizzont Ewropa (EUR 0.5 biljun)[2].
Skont il-FII, fl-2020 intlaħaq qbil li l-ħlasijiet lura u l-interessi tal-irkupru tad-dejn għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-perjodu 2021-2027, “inkluż permezz ta’ dħul suffiċjenti minn riżorsi proprji ġodda introdotti wara l-2021”, mingħajr preġudizzju dwar kif din il-kwistjoni se tiġi indirizzata fil-QFP futuri mill-2028 ’il quddiem. L-għan espliċitu kien li jiġu ppreservati l-programmi u l-fondi tal-UE. Fit-22 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni pproponiet riżorsi proprji ġodda u emenda mmirata tar-Regolament QFP (sussegwentement irtirata) intiża, fost affarijiet oħra, biex jiġi introdott mekkaniżmu ġdid li jippermetti li l-limiti massimi jiżdiedu b’mod awtomatiku mill-2025 sabiex jakkomodaw kwalunkwe dħul addizzjonali li jirriżulta minn riżorsi proprji ġodda għall-ħlas lura bikri tad-dejn ta’ NGEU. Il-Parlament adotta riżoluzzjoni interim dwar din l-emenda fit-.
Il-Kummissjoni ddikjarat li sal-1 ta’ Jannar 2024 se tippreżenta rieżami tal-funzjonament tal-QFP u, jekk ikun il-każ, tressaq proposti ta’ reviżjoni. Fil-, hija rrikonoxxiet li “dawn il-ħtiġijiet mhux previsti maħluqa mill-gwerra fl-Ewropa jmorru lil hinn mill-mezzi disponibbli fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali”. Fid-, il-Parlament talab għalhekk “proposta leġiżlattiva għal reviżjoni komprensiva tal-QFP mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-ewwel trimestru tal-2023”.
Bħala l-ewwel pass, emenda l-QFP f’Diċembru 2022 bħala parti minn pakkett adottat mill-Parlament fl-, skont proċedura ta’ urġenza. Dan estenda l-kopertura baġitarja, li s’issa kien applikabbli għas-self lill-Istati Membri, għas-self ta’ assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna, għas-snin 2023 u 2024: f’każ ta’ inadempjenza, l-ammonti meħtieġa jiġu mmobilizzati mill-“marġni ta’ manuvra” lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, sal-limiti tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji.
Biex jistabbilixxi l-aġenda għal reviżjoni ħafna aktar komprensiva, fil-15 ta’ Diċembru 2022, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar “”, li tiddefinixxi t-talbiet ewlenin tiegħu.
Fl-20 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni pproponiet li tkopri l-biċċa l-kbira ta’ dawn it-talbiet (sitt xhur qabel ma inizjalment kien ippjanat ir-rieżami tagħha):
- riżerva ta’ EUR 50 biljun biex tiġi ffaċċjata l-gwerra fl-Ukrajna u l-konsegwenzi umanitarji, ekonomiċi u baġitarji tagħha (għotjiet, self u garanziji);
- finanzjament addizzjonali għall-migrazzjoni, l-isfidi globali u d-diżastri naturali — bil-limiti massimi tal-Intestaturi 4 u 6 jiżdiedu b’EUR 2 biljun u EUR 10.5 biljun rispettivament, u r-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza tiżdied b’EUR 2.5 biljun;
- strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) ġdid lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, sabiex tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-ħlas lura tad-dejn tal-EURI f’kuntest ta’ aċċellerazzjoni qawwija tal-inflazzjoni u r-rati tal-imgħax;
- pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) biex tiżdied l-awtonomija strateġika tal-Ewropa wara tfixkil fil-katina tal-provvista globali — bil-limiti massimi tal-Intestaturi 1, 3 u 5 jiżdiedu b’EUR 3.5 biljun, EUR 5 biljun u EUR 1.5 biljun rispettivament, u d-diżimpenji tar-riċerka li għandhom jintużaw ulterjorment fl-Intestatura 1;
- żieda ta’ EUR 3 biljun f’finanzjament għall-Istrument ta’ Flessibbiltà biex jinħoloq aktar spazju baġitarju għar-reazzjoni għal ċirkostanzi mhux previsti;
- finanzjament addizzjonali għall-amministrazzjoni (EUR 1.9 biljun), li jgħolli l-limitu massimu tal-Intestatura 7 kif xieraq.
Fit-3 ta’ Ottubru 2023, il-Parlament adotta tiegħu li jenfasizza li l-QFP rivedut irid ikun fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2024. Madankollu, il-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2023 spiċċa f’sitwazzjoni ta’ staġnar.
Ladarba finalment intlaħaq ftehim politiku, ġiet ippubblikata fid-29 ta’ Frar 2024. Din tinkludi tnaqqis għal Orizzont Ewropa (ikkumpensat biss parzjalment bl-użu mill-ġdid tal-aħħar diżimpenji tar-riċerka tal-QFP), EU4Health (mitigat mill-mekkaniżmu tal-Artikolu 5 tal-QFP) u l-ġestjoni diretta tal-politika agrikola komuni u l-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll flus ġodda limitati għal STEP.
Madankollu, din hija l-ewwel darba li rieżami tal-QFP ta’ nofs it-terminu wassal għal żieda netta fil-limiti massimi tal-infiq. Ir-riżultati pożittivi ewlenin jinkludu: EUR 50 biljun għall-Ukrajna għall-2024–2027, żieda fil-finanzjament għall-migrazzjoni u l-azzjoni esterna u għall-Fond Ewropew għad-Difiża (taħt STEP), żieda fil-finanzjament għall-istrumenti speċjali (l-Istrument ta’ Flessibbiltà u r-Riżerva ta’ Solidarjetà tal-UE għar-rikostruzzjoni wara avvenimenti estremi tat-temp u diżastri naturali, issa separati mir-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza għall-assistenza ta’ emerġenza lil pajjiżi mhux tal-UE), u l-istabbiliment ta’ strument speċjali tal-EURI mingħajr limitu li jipproteġi l-programmi minn tnaqqis sinifikanti. Uħud mill-ispejjeż tas-self konġunt tal-UE għandhom jiġu koperti fil-proċedura baġitarja annwali (il-Kunsill Ewropew stabbilixxa punt ta’ riferiment mhux vinkolanti ta’ 50%). Sabiex l-istrument speċjali tal-EURI jintuża għal dawn il-finijiet, madwar nofs il-kostijiet iridu jkunu koperti minn strumenti speċjali jew riallokazzjonijiet mill-programmi. Dan tal-aħħar jopera f’żewġ stadji: l-ewwel wieħed huwa l-mobilizzazzjoni ta’ riżorsi ekwivalenti għall-ammont ta’ fondi diżimpenjati u t-tieni huwa mekkaniżmu “tal-aħħar istanza” ta’ kontribuzzjonijiet nazzjonali addizzjonali.
Aktar dettalji jinstabu .
Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, żur is-sit web tal-Kumitat għall-Baġits.
Alix Delasnerie