Il-Fond ta’ Solidarjetà
Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jippermetti lill-UE tagħti appoġġ finanzjarju lil Stat Membru, lil pajjiż involut fin-negozjati tal-adeżjoni jew lil reġjun f’każ ta’ diżastru naturali maġġuri.
Il-bażi legali
L-Artikolu175, it-tielet paragrafu, u l-Artikolu212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti (UE) Nru661/2014 u (UE)2020/461 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemendaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru2012/2002.
L-objettivi
Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jippermetti lill-UE tagħti appoġġ effettiv lil Stat Membru, jew lil pajjiż involut fin-negozjati tal-adeżjoni, fl-isforzi tiegħu biex jiffaċċja l-effetti ta’ diżastru naturali maġġuri jew emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika.
Il-Fond ta’ Solidarjetà mhuwiex għodda maħsuba biex tipprovdi reazzjonijiet malajr għal emerġenzi jew diżastri naturali speċifiċi. Dan huwa r-rwol tar-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza.
Il-Fond ta’ Solidarjetà huwa l-istrument ewlieni tal-UE għall-appoġġ tal-irkupru minn diżastri naturali u huwa espressjoni tas-solidarjetà tal-UE. Dan jippermetti lill-UE tagħti appoġġ effettiv lil Stat Membru tal-UE (jew lil pajjiż kandidat) biex tgħinu jindirizza l-effetti ta’ diżastru naturali maġġuri, bħal għargħar, nirien fil-foresti, terremot, maltempata jew nixfa. Mill-2020, il-Fond ta’ Solidarjetà kopra wkoll emerġenzi maġġuri tas-saħħa pubblika, bħall-pandemija tal-COVID-19. Minħabba ż-żieda fil-frekwenza u s-severità ta’ avvenimenti estremi tat-temp u diżastri naturali marbuta mat-tibdil fil-klima, l-importanza tal-Fond ta’ Solidarjetà dejjem qed tikber.
-ġ
Il-Fond ta’ Solidarjetà ġie stabbilit fl-2002 b’reazzjoni għall-għargħar diżastruż li laqat lill-Ewropa Ċentrali matul is-sajf ta’ dik is-sena. Minn dak iż-żmien, huwa pprovda appoġġ f’aktar minn 130okkażjoni. S’issa, 24Stat Membru (flimkien mar-Renju Unit) u tliet pajjiżi kandidati (l-Albanija, il-Montenegro u s-Serbja) irċevew appoġġ mill-Fond ta’ Solidarjetà, u b’kollox tħallsu aktar minn EUR8.2biljun.
Sa mill-2021, il-Fond ta’ Solidarjetà u r-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza ġew iffinanzjati bħala strument wieħed, imsejjaħ ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (SEAR). -ġ annwali massimu għas-SEAR huwa ta’ EUR1.2biljun (fi prezzijiet tal-2018).
Fi Frar2024, il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 ġie rivedut, u pprovda finanzjament addizzjonali biex jiġu indirizzati sfidi ġodda u emerġenti li qed tiffaċċja l-UE. Bħala parti minn din ir-reviżjoni, il-baġit annwali massimu għas-SEAR se jiżdied b’EUR 1.5 biljun. Din iż-żieda għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tindirizza kriżijiet u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
L-implimentazzjoni
L-assistenza mill-Fond ta’ Solidarjetà tieħu s-sura ta’ għotja biex tissupplimenta l-infiq pubbliku mill-Istat benefiċjarju u hija maħsuba biex tiffinanzja miżuri essenzjali ta’ emerġenza u rkupru intiżi biex itaffu l-ħsara li, fil-prinċipju, ma tistax tiġi koperta b’assigurazzjoni. Il-miżuri urġenti eliġibbli għall-finanzjament huma:
- ir-restawr immedjat tal-funzjonament tal-infrastruttura u l-faċilitajiet li jipprovdu l-enerġija, l-ilma tax-xorb, ir-rimi tad-dranaġġ, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni;
- il-provvediment ta’ akkomodazzjoni temporanja u l-finanzjament ta’ servizzi ta’ emerġenza, bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni milquta;
- il-konsolidazzjoni immedjata tal-infrastruttura preventiva u l-ħarsien tas-siti ta’ wirt kulturali;
- it-tindif taż-żoni milquta mid-diżastru, inklużi ż-żoni naturali;
- l-assistenza rapida, inkluża medika, lill-popolazzjoni affettwata minn emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri u l-protezzjoni tal-popolazzjoni mir-riskju li tiġi affettwata.
L-UE tista’ tagħti għajnuna finanzjarja lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż kandidat li jitlobha wara diżastru naturali maġġuri. Il-pajjiż milqut jeħtieġlu jissottometti l-applikazzjoni tiegħu fi żmien 12-ilġimgħa mid-diżastru. Il-Kummissjoni mbagħad tivvaluta l-applikazzjoni u tipproponi ammont ta’ għajnuna finanzjarja.
Il-proċedura għall-allokazzjoni ta’ għotja, segwita minn proċedura baġitarja (approvata mill-Parlament u mill-Kunsill), tista’ tieħu għadd ta’ xhur. Ladarba l-approprjazzjonijiet ikunu saru disponibbli, il-Kummissjoni tikkonkludi ftehim mal-Istat benefiċjarju u tipprovdi għotja.
Ir-riforma tal-2014 daħħlet il-possibbiltà li l-Istati Membri jitolbu ħlasijiet bil-quddiem, li l-għoti tagħhom jiġi deċiż mill-Kummissjoni, jekk ikunu disponibbli riżorsi biżżejjed. L-ammont massimu tal-ħlasijiet bil-quddiem huwa ta’ 25% tal-ammont totali antiċipat tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond ta’ Solidarjetà, u huwa limitat għal EUR100miljun.
L-Istat benefiċjarju huwa responsabbli mill-użu tal-għotja kif ukoll mill-awditjar ta’ kif tintefaq. Il-miżuri ta’ urġenza jistgħu jiġu ffinanzjati b’mod retrospettiv biex ikopru operazzjonijiet mill-ewwel jum tad-diżastru.
Mhuwiex possibbli li l-miżuri jiġu ffinanzjati darbtejn, u hija r-responsabbiltà tal-Istat benefiċjarju li jiżgura li l-ispejjeż koperti mill-Fond ta’ Solidarjetà ma jkunux koperti minn strumenti finanzjarji oħra tal-UE (b’mod partikolari minn strumenti ta’ politika ta’ koeżjoni, agrikola jew tas-sajd).
L-għotja trid tintuża fi żmien 18-ilxahar mid-data li fiha tkun ġiet allokata. L-Istat benefiċjarju jeħtieġlu jħallas lura kwalunkwe parti mill-għotja li ma tkunx intużat. Sitt xhur wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ 18-ilxahar, jeħtieġlu jressaq lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni. Dan id-dokument irid jipprovdi dettalji tal-ispiża eliġibbli għall-Fond ta’ Solidarjetà kif ukoll ta’ kull għajn oħra ta’ finanzjament li jkun intlaqa’, inklużi r-rimborżi ta’ assigurazzjonijiet u l-kumpens ottenut minn partijiet terzi. Irid jistabbilixxi wkoll miżuri preventivi meħuda jew proposti, inkluż l-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għal dan il-għan; l-esperjenza miksuba mid-diżastru jew l-emerġenza, l-istat ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri; u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar il-miżuri ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni meħuda.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Fir-, il-Parlament enfasizza l-importanza tal-Fond ta’ Solidarjetà bħala strument prinċipali li jippermetti lill-UE tirreaġixxi għal diżastri serji. Fl-istess waqt, huwa kkritika t-tul inaċċettabbli taż-żmien li jittieħed biex tingħata l-għajnuna lir-reġjuni jew lill-Istati Membri milquta, u talab biex dan id-dewmien jitnaqqas billi l-proċeduri involuti jiġu ssimplifikati u jiġi permess li jsiru ħlasijiet bil-quddiem, elementi li ġew ittrattati fil-proposta leġiżlattiva l-ġdida ta’ Lulju2013. Il-proposta tal-Kummissjoni inkorporat ukoll suġġerimenti oħra mill-Parlament, bħalma huma d-definizzjoni aktar ċara u preċiża tal-kunċett ta’ diżastri u tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-intervent.
Fil- tiegħu, il-Parlament enfasizza “l-importanza tar-reviżjoni tal-2014, li rnexxielha tegħleb l-istaġnar fil-Kunsill, u rrappreżentat ir-reazzjoni tardiva lejn it-talbiet ripetuti tal-Parlament biex jitjiebu r-reazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna, sabiex tiġi żgurata reazzjoni rapida u trasparenti b’appoġġ għal persuni affettwati minn diżastri naturali”.
Fil- tiegħu, il-Parlament stieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ riforma fil-futur:
- tkompli l-ħidma tagħha biex tissimplifika u tħaffef il-proċedura ta’ applikazzjoni għall-Istati Membri, biex jiġi żgurat rispons aktar rapidu għad-diżastri u l-emerġenzi;
- tqis aħjar id-diżastri fuq skala reġjonali;
- tivvaluta l-impatti speċifiċi tan-nixfiet u tindirizzahom fir-regolament futur;
- tiffoka, kemm jista’ jkun, fuq ir-reġjuni li huma l-aktar f’riskju ta’ diżastri naturali maġġuri jew reġjonali jew emerġenzi tas-saħħa pubblika maġġuri, b’mod partikolari r-reġjuni ultraperiferiċi, il-gżejjer, ir-reġjuni muntanjużi, u r-reġjuni li huma suxxettibbli għal attività sismika jew vulkanika intensa jew kriżijiet futuri tas-saħħa pubblika;
- issaħħaħ u tissimplifika s-sinerġiji bejn il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni Ewropea, kif ukoll il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (għodda li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u grupp ta’ 10 pajjiżi mhux tal-UE dwar il-protezzjoni ċivili biex jittejbu l-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri);
- tqis aħjar il-prinċipji l-aktar reċenti ta’ prevenzjoni tar-riskju meta tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà tal-proġetti u li jiġi integrat l-prinċipju “Bini Mill-Ġdid Aħjar” fir-regolament;
- tobbliga lill-Istati benefiċjarji jinfurmaw liċ-ċittadini dwar l-appoġġ finanzjarju tal-UE.
Il-Parlament jemmen li fil-futur tista’ tkun meħtieġa valutazzjoni mill-ġdid tal-baġit tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, ħalli jiġi żgurat li l-baġit ikun kbir biżżejjed biex jindirizza b’mod effettiv id-diżastri naturali maġġuri u reġjonali u l-emerġenzi maġġuri tas-saħħa pubblika.
Il-ħtieġa ta’ riforma tal-Fond ta’ Solidarjetà hija riflessa wkoll fir-. Il-Parlament jitlob rispons aħjar għall-isfidi li jiffaċċjaw il-gżejjer tal-UE u jenfasizza l-ħtieġa li l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE jittejjeb biex jiġi adattat għal theddid bħal diżastri naturali jew l-effetti tat-tibdil fil-klima.
Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, jekk jogħġbok ara s-sit web tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali.
Kelly Schwarz