It-tkabbir: il-pajjiżi kif jissieħbu fl-UE?
Skopri kif jaħdem it-tkabbir u kif il-pajjiżi jistgħu jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.
It-tkabbir tal-UE huwa mod kif jitrawmu l-paċi u l-istabbiltà fl-Ewropa, tiżdied il-prosperità għall-Ewropej u jinħolqu opportunitajiet għall-kumpaniji.
Il-pajjiżi li qed iħejju biex jingħaqdu jibbenefikaw minn rabtiet aktar mill-qrib mal-UE, appoġġ aktar b’saħħtu għad-drittijiet fundamentali kif ukoll minn finanzjament u għarfien espert mill-UE biex jagħmlu l-proċess aktar faċli.
’Diċembru 2023, il-mexxejja tal-UE ħabbru li l-UE se tirrikonoxxi lill-Georgia bħala pajjiż kandidat u se tibda taħditiet dwar l-adeżjoni mal-Ukrajna u l-Moldova. It-taħditiet dwar l-adeżjoni mal-Ukrajna u l-Moldova bdew formalment fil-25 ta’ Ġunju 2024. ’Marzu 2024, il-mexxejja tal-UE qablu wkoll li jniedu taħditiet ta’ adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina.
Liema pajjiżi jridu jissieħbu fl-UE?
L-UE rrikonoxxiet lill-Albanija, lill-Bożnija-Ħerzegovina, lill-Georgia, lill-Moldova, lill-Montenegro, lill-Maċedonja ta’ Fuq, lis-Serbja, lill-Ukrajna u lit-Turkija bħala pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-UE, għalkemm in-negozjati tal-adeżjoni mat-Turkija ilhom iffriżati mill-2018. Din hija xi ħaġa li l-Membri tal-PE talbu f’diversi okkażjonijiet minħabba tħassib dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija, inkluż l-istat tad-dritt u l-libertà tal-media.
Il-Kosovo huwa kandidat potenzjali.
Min jista’ jissieħeb fl-UE? X’inhuma r-rekwiżiti għas-sħubija fl-UE?
Sabiex japplika għas-sħubija fl-UE, pajjiż irid ikun Ewropew u jirrispetta l-valuri demokratiċi tal-UE. Jeħtieġ ukoll istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija u l-istat tad-dritt; ekonomija tas-suq li tiffunzjona; u l-kapaċità li jassumi u jwettaq l-obbligi tas-sħubija fl-UE.
X’appoġġ jibbenefikaw minnu l-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali?
Il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali jibbenefikaw minn finanzjament tal-UE, pariri dettaljati dwar il-politika, kif ukoll Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, li jagħtu aċċess wiesa’ għas-suq intern tal-UE.
Kif jaħdem il-proċess tat-tkabbir?
Pajjiż jista’ jsir kandidat uffiċjali ladarba jissodisfa kriterji bażiċi politiċi, ekonomiċi u ta’ riforma. Imbagħad ikun jista’ jibda negozjati formali dwar li jkopru ħafna oqsma ta’ politika differenti mal-UE.
Ladarba jitlestew in-negozjati u r-riformi, jiġi ffinalizzat Trattat ta’ Adeżjoni, li jeħtieġ li jiġi ratifikat mill-Istati Membri kollha eżistenti tal-UE u mill-pajjiż innifsu qabel ma l-pajjiż ikun jista’ jissieħeb fl-UE.
X’inhi l-istorja tat-tkabbir tal-UE?
L-UE bdiet fl-1952 bħala l-Komunitajiet Ewropej b’sitt membri fundaturi: Il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u n-Netherlands. L-ewwel tkabbir sar fl-1973 meta ssieħbu d-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit.
Fis-snin tmenin, il-Greċja ssieħbet fl-1981, segwita minn Spanja u l-Portugall ħames snin wara li ħarġet minn dittatorjati fis-snin sebgħin. Fl-1985, Greenland, li hija parti awtonoma tad-Danimarka b’gvern lokali responsabbli għall-affarijiet ġudizzjarji, il-pulizija u r-riżorsi naturali, saret l-ewwel territorju li ħareġ mill-UE.
Il-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin u l-kollass sussegwenti tal-Unjoni Sovjetika reġgħu bidlu kollox. Fl-1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja ssieħbu fl-UE. Dan kien segwit minn żewġ mewġiet ta’ pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant li ssieħbu. Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja kif ukoll Ċipru u Malta ssieħbu fl-2004. Fl-2007, kien imiss il-Bulgarija u r-Rumanija.
Il-Kroazja saret l-aktar pajjiż riċenti li ssieħbet fl-UE fl-2013. Sadanittant, ir-Renju Unit ħareġ mill-UE fl-2020.
X’inhi s-sitwazzjoni attwali għat-tkabbir tal-UE?
L-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna mir-Russja fl-2022 wasslet biex il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna ppreżentaw applikazzjonijiet għal sħubija fl-UE. L-UE nediet formalment taħditiet ta’ adeżjoni mal-Moldova u mal-Ukrajna f’Ġunju 2024, filwaqt li l-Georgia ġiet rikonoxxuta bħala pajjiż kandidat f’Diċembru 2023.
L-UE hija ħerqana wkoll li tagħti lill-, triq ċara lejn is-sħubija biex tgħin l-istabbilizzazzjoni fir-reġjun u l-promozzjoni ta’ riformi fundamentali u relazzjonijiet tajbin mal-ġirien.
X’inhu r-rwol tal-Parlament?
Il-Membri tal-PE jiddibattu u jivvotaw dwar ir-rapporti ta’ progress annwali għal kull pajjiż, li hija opportunità biex jiġu identifikati oqsma ta’ tħassib.
L-approvazzjoni tal-Parlament hija meħtieġa wkoll qabel ma pajjiż ikun jista’ jissieħeb fl-UE.
Il-Parlament baqa’ jappoġġja l-proċess ta’ tkabbir. Il-President Roberta Metsola sejħilha l-aktar għodda ġeopolitika b’saħħitha tal-UE f’diskors lill-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2023. “Huwa għalhekk li l-Parlament Ewropew kien talab li l-Ukrajna u l-Moldova jirċievu l-istatus ta’ kandidat tal-UE,” qalet. “Dan l-istatus jagħti perspettiva Ewropea ċara lil dawn in-nazzjonijiet u jservi bħala impetu qawwi għall-avvanz tar-riformi demokratiċi. Ħarsa lura lejn dawn l-aħħar 20 sena tista’ turi s-saħħa trasformattiva tat-tkabbir. Huwa għalhekk li rridu nagħmlu l-pass li jmiss sal-aħħar tas-sena jekk dawk il-pajjiżi jkunu lesti.”
’diversi okkażjonijiet il-Parlament talab li jinfetħu l-bibien tal-UE għall-Ukrajna u l-Moldova. ’Lulju 2022 il-Membri tal-PE laqgħu d-deċiżjoni tal-Kunsill li jibda l-proċess ta’ adeżjoni maż-żewġ pajjiżi.
Il-Parlament ikompli jappoġġa l-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-UE. ’riżoluzzjoni adottata f’Ġunju 2020, il-Membri tal-PE jappellaw lill-UE biex tagħmel aktar biex il-proċess ta’ tkabbir għal dawn il-pajjiżi jkun suċċess.
’riżoluzzjoni adottata f’Diċembru 2023, il-Parlament stieden lill-UE tiftaħ taħditiet ta’ adeżjoni mal-Moldova u l-Ukrajna u biex il-Georgia tiġi rikonoxxuta bħala pajjiż kandidat.