Kif tipproteġi ruħek miċ-ċiberkriminalità: seba’ suġġerimenti biex inkunu sikuri online
Iċ-ċiberkriminalità hija problema li qed tikber f'dinja dejjem aktar konnessa. Kompli aqra għal pariri dwar kif tipproteġi ruħek.
It-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà qed toħloq opportunitajiet u sfidi, u huwa għalhekk li ċ-ċibersigurtà qed issir dejjem aktar importanti fil-livell soċjetali u personali.
Minn liema theddid ċibernetiku għandi nipproteġi ruħi?
Iċ-ċiberkriminali jużaw il-phishing, il-malware u prattiki malizzjużi oħra biex jisirqu d-data u jaċċessaw l-apparati, li jippermettulhom jagħmlu minn kollox, mill-aċċess għall-kontijiet bankarji sal-bażijiet tad-data tal-organizzazzjonijiet u agħar.
Iċ-ċiberkriminali qed jużaw dejjem aktar l-intelliġenza artifiċjali (IA) sabiex l-attakki tagħhom ikunu aktar sofistikati u effettivi. L-IA tippermetti l-ħolqien ta' deepfakes konvinċenti ħafna, kampanji awtomatizzati ta' phishing u malware adattiv li kapaċi jevadi l-miżuri ta' sigurtà tradizzjonali.
-徱żԴڴǰDzԾ hija theddida ċibernetika oħra li qed tikber, hekk kif informazzjoni falza jew qarrieqa tinxtered apposta biex tqarraq bl-individwi, timmanipula l-opinjoni pubblika, jew tikkawża ħsara. Iċ-ċiberkriminali u l-atturi malizzjużi jużaw il-media soċjali, is-siti web tal-aħbarijiet foloz, u l-kontenut iġġenerat mill-IA biex jisfruttaw il-fiduċja u joħolqu konfużjoni.
Kif nista' nipproteġi ruħi miċ-ċiberkriminalità?
L-UE qed taħdem biex iżżid iċ-ċibersigurtà, iżda jekk insegwu l-pariri ta’ hawn taħt nistgħu nibqgħu sikuri waqt li nużaw l-internet u waqt it-telework:
1) Attenti minn emails, messaġġi u telefonati mhux mitluba
Għandna nkunu partikolarment kawti jekk xi ħadd jipprova juża kriżi biex jagħmlilna pressjoni biex nevitaw il-proċeduri tas-sigurtà tas-soltu. L-attakkanti jafu li ħafna drabi huwa aktar faċli li tqarraq bil-bnedmin milli tagħmel hacking f'sistema kumplessa. Ftakar li l-uffiċjali pubbliċi, il-banek jew organizzazzjonijiet oħra qatt mhuma se jitolbuk tikxef il-passwords.
2) Nitgħallmu niskopru l-kontenut iġġenerat mill-AI
Biex tirrikonoxxi l-kontenut iġġenerat mill-IA, fittex inkonsistenzi jew anomaliji. Il-filmati spiss ikollhom distorsjonijiet strambi, bħal teptip jew movimenti tal-wiċċ mhux naturali, u l-vuċijiet iġġenerati mill-IA jista’ jkollhom intonazzjonijiet strambi jew pawżi mhux naturali.
3) Tgħallem kif tidentifika u tipproteġi lilek innifsek kontra d-diżinformazzjoni
Ara dawn is-sitt tattiċi ta’ diżinformazzjoni użati biex iqarqu bik. Ivverifika s-sorsi, agħmel kontroverifika tal-informazzjoni u kun kawt dwar it-tixrid ta’ dikjarazzjonijiet mhux ivverifikati.
4) Is-sigurtà tan-network tad-dar tiegħek
Ibdel il-password default għan-network Wi-Fi tiegħek għal waħda b'saħħitha. Illimita n-numru ta’ apparati konnessi man-network Wi-Fi tiegħek u ippermetti biss dawk fdati.
5) Saħħaħ il-passwords tiegħek
Uża passwords twal u kumplessi li jinkludu numri, ittri u karattri speċjali.
6) Ipproteġi t-tagħmir tiegħek
Ara li taġġorna s-sistemi u l-applikazzjonijiet kollha tiegħek u li tinstalla software antivirus u żżommu aġġornat.
7) Il-ġestjoni tal-aċċess tal-membri tal-familja u l-mistednin
Uliedek u membri oħra tal-familja jistgħu aċċidentalment iħassru jew jimmodifikaw l-informazzjoni, jew saħansitra agħar, jinfettaw l-apparat tiegħek aċċidentalment, għalhekk tħallihomx jużaw l-apparati li tuża għax-xogħol.
X'qed tagħmel l-UE biex iżżommna sikuri online?
L-istituzzjonijiet tal-UE, bħall-Kummissjoni Ewropea, , , u isegwu attivitajiet malizzjużi, iqajmu kuxjenza u jipproteġu liċ-ċittadini u lin-negozji.
Il-Parlament Ewropew ilu jappoġġa , peress li l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistemi u s-servizzi tan-networks u tal-informazzjoni għandhom rwol vitali fis-soċjetà.
Fl-2024, il-Parlament approva , sett komprensiv ta’ regoli biex jiġi żgurat li l-prodotti b’karatteristiċi diġitali jkunu sikuri biex jintużaw