MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIdwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-19ta'Novembru2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni
2.3.2022-()
Marie Toussaint
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Eric Andrieu, Maria Arena, Manon Aubry, Pernando Barrena Arza, Manuel Bompard, Marc Botenga, Pascal Canfin, Leila Chaibi, Clare Daly, Pascal Durand, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Cornelia Ernst, Claudia Gamon, Raphaël Glucksmann, Sylvie Guillaume, José Gusmão, Anja Hazekamp, Martin Hojsík, Sophia in ‘t Veld, Karin Karlsbro, Petros Kokkalis, Aurore Lalucq, Pierre Larrouturou, Chris MacManus, Marisa Matias, Nora Mebarek, Sirpa Pietikäinen, Sira Rego, Andreas Schieder, Michal Šimečka, Nikolaj Villumsen, Mick Wallace, Emma Wiesner, Michal Wiezik
9‑0137/2022
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-19ta'Novembru2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni
()
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2021)08409),
–wara li kkunsidra l-Artikolu290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'April2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru713/2009, (KE) Nru714/2009, u (KE) Nru715/2009[1], u b'mod partikolari l-Artikoli3(4) u 16(5) tiegħu,
–wara li kkunsidra l-Artikolu111(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A.billi l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri tal-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
B.billi l-ġurnalista investigattiva kontra l-korruzzjoni u blogger Maltija Daphne Caruana Galizia, sfat assassinata f'attakk b'karozza bomba fis-16ta'Ottubru2017;
C.billi l-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-29ta'April2021 dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta[2] laqa' t-tkomplija tal-inkjesta indipendenti pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, stieden lill-gvern u lill-awtoritajiet kompetenti ta' Malta jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha li jirriżultaw mill-inkjesta u nnota li l-investigazzjonijiet dwar il-qtil immexxija mill-awtoritajiet Maltin u assistiti mill-Europol wasslu għall-identifikazzjoni, l-inkriminazzjoni u l-ġuri li għaddej bħalissa ta' diversi suspettati u ta' moħħ potenzjal wara l-qtil, is-sid tal-kumpanija bbażata f'Dubai 17Black Ltd. u eks Membru tal-Bord tad-Diretturi ta' ElectroGas Malta Ltd;
D.billi l-Kummissjoni għandha tipprovdi garanziji assoluti li l-ebda fondi tal-Unjoni ma jmorru għall-kriminali;
E.billi l-listi preċedenti tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu3(4) tar-Regolament (UE) Nru347/2013 u l-5lista attwali tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni adottati permezz tal-att delegat li din ir-riżoluzzjoni tikkonċerna, jinkludu l-interkonnessjoni tal-pipeline tal-gass bejn Malta u l-Italja, il-Melita TransGas Pipeline ("MTGP");
F.billi l-proġetti ta' interess komuni huma eliġibbli għall-finanzjament mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa stabbilita bir-Regolament (UE)2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7ta'Lulju2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru1316/2013 u (UE) Nru283/2014[3],
G.billi l-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC)[4];
H.billi l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim tal-Uffiċjali Pubbliċi Barranin fit-Tranżazzjonijiet Kummerċjali Internazzjonali ġiet iffirmata fis-17ta'Diċembru1997, ir-Rakkomandazzjoni tal-OECD tal-Kunsill għall-Ġlieda Ulterjuri kontra t-Tixħim ġiet adottata fis-26ta'Novembru2009, ir-Rakkomandazzjoni tal-OECD tal-Kunsill dwar il-Possibbiltà ta' Tnaqqis tat-Taxxa tat-Tixħim għall-Uffiċjali Pubbliċi Barranin ġiet adottata fil-11ta'April1996,
I.billi l-Konvenzjoni mfassla skont l-ArtikoluK.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea daħlet fis-seħħ fit-28ta'Settembru2005;
J.billi l-Unjoni kkonkludiet il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("il-Ftehim ta' Pariġi") li jorbot lill-Partijiet biex iż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm sew taħt iż-2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali;
K.billi l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-fjuwils fossili huma l-akbar kontributur għat-tibdil fil-klima; billi l-infrastruttura ġdida għall-gass hija maħsuba biex iddum mill-anqas40 sa 50sena u f'xi każijiet saħansitra aktar fit-tul; billi l-kostruzzjoni ta' proġetti ġodda ta' infrastruttura tal-gass elenkati fil-5lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni toħloq intrappolament ġdid tal-fjuwils fossili inkompatibbli mal-impenji meħuda fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi; billi l-għadd ta' proġetti tal-elettriku naqas b'mod drammatiku bejn ir-4 u l-5lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni, b'67proġett tal-elettriku biss fil-5lista meta mqabbel ma'102 fir-4lista ta' proġetti ta' interess komuni;
L.billi l-Unjoni adottat ir-Regolament (UE)2021/1119 tat-30ta'Ġunju2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru401/2009 u (UE)2018/1999[5] ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima"), li jistabbilixxi obbligu għall-Kummissjoni li tivvaluta l-konsistenza ta' kwalunkwe abbozz ta' miżura jew proposta leġiżlattiva, inklużi l-proposti baġitarji, mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu2(1) u l-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u għall-2040 qabel l-adozzjoni, u li tagħmel ir-riżultat ta' dik il-valutazzjoni disponibbli għall-pubbliku fiż-żmien tal-adozzjoni;
M.billi l-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28ta'Novembru2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali[6];
N.billi l-Kummissjoni adottat il-komunikazzjoni tagħha fil-11ta'Diċembru2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew li stabbiliet strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u għanja, b'ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, fejn l-objettiv ta' newtralità klimatika jintlaħaq sa mhux aktar tard mill-2050, u billi l-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni tiegħu fil-15ta'Jannar2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew[7];
O.billi l-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12ta'Diċembru2019 approva l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika fl-UE sal-2050;
P.billi l-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni tiegħu fil-21ta'Ottubru2021 dwar il-Konferenza tan-NU tal-2021 dwar it-Tibdil fil-Klima fi Glasgow, ir-Renju Unit (COP26)[8];;
Q.billi huwa kruċjali li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni ta' sigurtà tal-provvista u indipendenza enerġetika iżda fejn stimi eċċessivi, kapaċità żejda u installazzjonijiet inattivi jwasslu biss għal tariffi ogħla li jimminaw il-kompetittività tal-industriji u jgħollu l-kontijiet tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi, li diġà jinsabu taħt pressjoni fil-kriżi attwali tal-prezzijiet tal-enerġija;
R.billi l-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21ta'Ottubru2021 dwar strateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan[9] innota li, kważi 20% tal-emissjonijiet tal-metan tal-UE ġejjin mis-settur tal-enerġija, inkluż l-estrazzjoni, il-produzzjoni, l-ipproċessar, it-trasport, il-ħżin, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni taż-żejt u tal-gass, u talab li jitwaqqaf l-appoġġ tal-UE għall-espansjoni tal-infrastruttura tal-fjuwils fossili;
S.billi, skont l-aħħar rapport tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija dwar l-ilħuq tal-objettiv ta' emissjonijiet żero netti sal-2050, ma hemm bżonn tal-ebda investiment fi provvisti ġodda ta' fjuwils fossili skont il-perkors tagħha lejn emissjonijiet żero netti, li hija konklużjoni kondiviża mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal regolament li jemenda l-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea;
T.billi hemm il-ħtieġa li jinħarġu linji gwida dwar l-infiq fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kif ukoll għall-għażla riveduta ta' proġetti għall-ħames lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni f'konformità mal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-Ftehim ta' Pariġi u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima[10];
1.Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u tinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;
3.Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta att delegat ġdid malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn Ġunju ta' din is-sena fi proċedura aċċellerata, akkumpanjat mill-valutazzjoni tal-konsistenza kif meħtieġ skont l-Artikolu2(1) u l-Artikolu6 tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, u li tiġi evitata l-kostruzzjoni ta' kwalunkwe infrastruttura ġdida tal-fjuwils fossili b'konsegwenzi potenzjali ta' intrappolament sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-Ftehim ta' Pariġi;
4.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
- [1] .
- [2] Testi adottati, P9_TA(2021)0148
- [3] ĠUL249, 14.7.2021, p.38.
- [4] ĠUL287, 29.10.2008, p.1.
- [5] ĠUL243, 9.7.2021, p.1.
- [6] Testi adottati, P9_TA(2019)0078.
- [7] Testi adottati, P9_TA(2020)005.
- [8] Testi adottati, P9_TA(2021)0437.
- [9] Testi adottati, P9_TA(2021)0436.
- [10] ĠUL243, 9.7.2021, p.1.