Il-ħarsien tal-valuri tal-Artikolu2 tat-TFUE fl-UE
L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, kif previst fl-Artikolu2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Sabiex ikun żgurat li dawn il-valuri jiġu rispettati, l-Artikolu7 tat-TUE jipprevedi mekkaniżmu tal-UE li jiddetermina l-eżistenza ta’ ksur serju u persistenti tal-valuri tal-UE minn Stat Membru u possibilment jissanzjona tali ksur. S’issa ġie attivat biss fir-rigward tal-Polonja u l-Ungerija. L-UE hija wkoll marbuta bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tagħha u hija impenjata li taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Wara li tfaċċa theddid għall-valuri tal-UE f’xi Stati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE qed isaħħu l-għodod tagħhom biex jiġġieldu kontra r-rigress demokratiku u jipproteġu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza u l-minoranzi fl-Unjoni.
Mill-ħarsien ġudizzjarju tad-drittijiet fundamentali sal-kodifikazzjoni fit-Trattati
Il-Komunitajiet Ewropej (KE) (issa l-Unjoni Ewropea) oriġinarjament inħolqu bħala organizzazzjoni internazzjonali b’kamp ta’ azzjoni essenzjalment ekonomiku. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda ħtieġa perċepita ta’ regoli espliċiti dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, li għal żmien twil ma kinux imsemmija fit-Trattati, iżda xorta waħda kienu kkunsidrati garantiti mill- (KEDB) tal-1950, li l-Istati Membri kienu firmatarji tagħha.
Madankollu, ladarba l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) kienet affermat il-prinċipji tal-effett dirett u tas-supremazija tad-dritt Ewropew, iżda rrifjutat li tanalizza l-kompatibbiltà tad-ċżDzԾjiet mal-liġi nazzjonali u kostituzzjonali tal-Istati Membri (; ), ċerti qrati nazzjonali bdew jesprimu tħassib dwar l-effetti li ġurisprudenza bħal din jista’ jkollha fuq il-ħarsien ta’ valuri kostituzzjonali bħal pereżempju d-drittijiet fundamentali. Li kieku l-liġi Ewropea kellha tipprevali saħansitra fuq il-liġi kostituzzjonali nazzjonali, kieku jkun possibbli li din tikser id-drittijiet fundamentali. Biex jindirizzaw dan ir-riskju teoretiku, fl-1974 il-Qrati Kostituzzjonali tal-Ġermanja u tal-Italja adottaw ċżDzԾ li fiha ddikjaraw is-setgħa tagħhom li jagħmlu rieżami tal-liġi Ewropea bil-għan li jiżguraw il-konsistenza tagħha mad-drittijiet kostituzzjonali (SolangeI; Frontini). Dan wassal biex il-QĠUE affermat, permezz tal-ġurisprudenza tagħha, il-prinċipju ta’ rispett għad-drittijiet fundamentali, billi ddikjarat li d-drittijiet fundamentali huma minquxa fil-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja mħarsa mill-Qorti (). Dawn huma mnebbħa mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri () u mit-trattati internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem li l-Istati Membri huma partijiet għalihom (), li wieħed minnhom hi l-KEDB ().
Bl-espansjoni progressiva tal-kompetenzi tal-UE għal politiki li għandhom impatt dirett fuq id-drittijiet fundamentali - bħall-ġustizzja u l-affarijiet interni, li wara evolvew fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja sħiħ -, it-Trattati ġew mibdula biex l-UE ġiet ankrata fis-sod mal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali. It-Trattat ta’ Maastricht inkluda referenza għall-KEDB u għat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE, filwaqt li t-Trattat ta’ Amsterdam afferma l-“prinċipji” Ewropej li fuqhom hija msejsa l-UE (fit-Trattat ta’ Liżbona, il-“valuri” kif elenkati fl-Artikolu2 tat-TUE) u ħDZDZ proċedura sabiex jiġu sospiżi d-drittijiet previsti mit-Trattati f’każijiet ta’ ksur serju u persistenti tad-drittijiet fundamentali minn Stat Membru. L-abbozzar tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u d-dħul fis-seħħ tagħha flimkien mat-Trattat ta’ Liżbona huma l-aħħar żviluppi f’dan il-proċess ta’ kodifikazzjoni maħsub biex jiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-UE.
L-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali
Billi l-KEDB hija l-istrument ewlieni għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-Ewropa, li l-Istati Membri kollha aderew għaliha, l-adeżjoni tal-KE għall-KEDB dehret bħala soluzzjoni loġika għall-ħtieġa li l-KE tintrabat mal-obbligi tad-drittijiet fundamentali. Il-Kummissjoni pproponiet diversi drabi (fl-1979, l-1990 u l-1993) l-adeżjoni tal-KE għall-KEDB. Fl-1996, meta ntalbet tagħti opinjoni dwar il-kwistjoni, il-QĠUE kkonstatat, fl- tagħha, li t-Trattat ma ppreveda l-ebda kompetenza għall-KE li tistabbilixxi regoli dwar id-drittijiet tal-bniedem jew li tikkonkludi konvenzjonijiet internazzjonali f’dan il-qasam, u b’hekk l-adeżjoni kienet legalment impossibbli. It-Trattat ta’ Liżbona rrimedja din is-sitwazzjoni billi introduċa l-Artikolu6(2), li għamel l-adeżjoni tal-UE mal-KEDB obbligatorja. Dan ifisser li l-UE (kif kien diġà l-każ għall-Istati Membri tagħha) kienet se tkun soġġetta, fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet fundamentali, għal rieżami minn entità legali esterna għaliha nnifisha, jiġifieri l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB). Insegwitu tal-adeżjoni, iċ-ċittadini tal-UE, kif ukoll iċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE preżenti fit-territorju tal-UE, ikunu jistgħu jikkontestaw atti ġuridiċi adottati mill-UE direttament quddiem il-QEDB abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-KEDB, bl-istess mod kif huma jistgħu jikkontestaw atti ġuridiċi adottati mill-Istati Membri tal-UE.
Fl-2010, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, l-UE bdiet negozjati mal-Kunsill tal-Ewropa dwar abbozz ta’ Ftehim ta’ Adeżjoni, li ġie ffinalizzat f’April2013. F’Lulju2013, il-Kummissjoni talbet lill-QĠUE tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta’ dan il-ftehim mat-Trattati. Fit-18 ta’ Diċembru 2014, il-QĠUE ħarġet opinjoni negattiva, li fiha qalet li l-abbozz tal-ftehim seta’ jolqot b’mod negattiv il-karatteristiċi speċifiċi u l-awtonomija tal-liġi tal-UE (l-). Wara perjodu ta’ riflessjoni u diskussjonijiet dwar kif setgħu jingħelbu l-kwistjonijiet imqajma mill-QĠUE, l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa reġgħu bdew in-negozjati fl-2019, u dawn għadhom għaddejjin.
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE
B’mod parallel mal-mekkaniżmu ta’ skrutinju “estern” previst mill-adeżjoni tal-KE għall-KEDB biex tiġi żgurata l-konformità tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki mad-drittijiet fundamentali, kien meħtieġ mekkaniżmu ta’ skrutinju “intern” fil-livell tal-KE sabiex ikun jista’ jsir kontroll ġudizzjarju preliminari u awtonomu mill-QĠUE. Biex isir dan, kienet meħtieġa karta ta’ drittijiet speċifika għall-UE, u fil-Kunsill Ewropew tal-1999 f’Cologne ġie deċiż li titlaqqa’ Konvenzjoni biex tabbozza Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
Il-Karta ġiet ipproklamata solennement mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni f’Nizza fis-sena2000. Wara li ġiet emendata, ġiet ipproklamata mill-ġdid fl-2007. Madankollu, kien biss bl-adozzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009 li l- daħlet fis-seħħ b’mod dirett, kif previst fl-Artikolu 6(1) tat-TUE, u b’hekk saret sors vinkolanti ta’ liġi primarja.
Il-Karta, għalkemm hija msejsa fuq il-KEDB u strumenti Ewropej u internazzjonali oħra, kienet innovattiva f’diversi modi, b’mod partikolari billi tinkludi, fost kwistjonijiet oħra, id-diżabbiltà, l-età u l-orjentazzjoni sesswali bħala motivi ta’ diskriminazzjoni pprojbiti, u tistabbilixxi l-aċċess għad-dokumenti, il-protezzjoni tad-data u l-amministrazzjoni tajba fost id-drittijiet fundamentali li tafferma.
Filwaqt li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta huwa, minn naħa waħda, potenzjalment wiesa’ ħafna, billi l-parti l-kbira tad-drittijiet li tirrikonoxxi huma mogħtija lil “kulħadd”, irrispettivament min-nazzjonalità jew status, min-naħa l-oħra l-Artikolu51 jillimita l-applikazzjoni tagħha għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u, għall-Istati Membri, meta dawn jaġixxu biex jimplimentaw il-liġi tal-UE.
L-Artikolu7 tat-TUE, il-qafas u l-mekkaniżmu tal-istat tad-dritt tal-Kummissjoni
Permezz tat-Trattat ta’ Amsterdam, inħDZDZ mekkaniżmu ġdid ta’ sanzjonijiet biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali, kif ukoll prinċipji u valuri Ewropej oħra bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza u l-ħarsien tal-minoranzi, jiġu rrispettati mill-Istati Membri tal-UE, lil hinn mil-limiti legali imposti mill-kompetenzi tal-UE. Dan ifisser li l-UE ngħatat is-setgħa li tintervjeni f’oqsma li jitħallew fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, f’sitwazzjonijiet ta’ “ksur serju u persistenti” ta’ dawn il-valuri. Mekkaniżmu simili kien ġie propost mill-Parlament għall-ewwel darba fl-abbozz tat-test tat- tiegħu. It-Trattat ta’ Nizza żied fażi preventiva, f’każijiet ta’ “riskju ċar ta’ ksur serju” tal-valuri tal-UE fi Stat Membru. Din il-proċedura kellha l-għan li tiżgura li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-minoranzi, kif inklużi fil-kriterji ta’ Copenhagen għall-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda, jibqa’ validu wkoll wara l-adeżjoni u għall-Istati Membri kollha bl-istess mod.
Il-paragrafu1 tal-Artikolu7 tat-TUE jipprevedi “fażi preventiva”, li tagħti s-setgħa lil terz tal-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni jibdew proċedura li permezz tagħha l-Kunsill jista’ jikkonstata, b’maġġoranza ta’ 4 minn kull 5, l-eżistenza ta’ “riskju ċar ta’ ksur serju” fi Stat Membru tal-valuri tal-UE proklamati fl-Artikolu2 tat-TUE, li jinkludu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-dinjità tal-bniedem, għal-libertà u għall-ugwaljanza u d-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi. Qabel jipproċedi b’din il-konstatazzjoni, l-Istat Membru inkwistjoni jeħtieġlu jinstema’ u jistgħu jsirulu rakkomandazzjonijiet, filwaqt li l-Parlament jeħtieġlu jagħti l-approvazzjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa u b’maġġoranza assoluta tal-membri komponenti tiegħu (l-Artikolu354(4) tat-TFUE). Din il-proċedura preventiva ġiet attivata għall-ewwel darba fl-20 ta’ Diċembru 2017 mill-Kummissjoni fir-rigward tal-Polonja, u fit-12 ta’ Settembru 2018 mill-Parlament fir-rigward tal-Ungerija, iżda għadha mblukkata fil-Kunsill, fejn saru għadd ta’ seduti ta’ smigħ iżda la ġew adottati rakkomandazzjonijiet - u wisq anqas konstatazzjonijiet -. Barra minn hekk, il-Parlament ġie mċaħħad mid-dritt li jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu fis-seduti ta’ smigħ tal-Kunsill, inkluż dwar l-Ungerija, minkejja r-rwol tal-Parlament bħala inizjatur tal-proċedura. Fis-6 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni pproponiet li tagħlaq il-proċedura tal-Artikolu 7(1) kontra l-Polonja.
L-Artikoli 7(2) u 7(3) tat-TUE jipprevedu, fil-każ ta’ “eżistenza ta’ ksur serju u persistenti” tal-valuri tal-UE, “mekkaniżmu ta’ sanzjoni” li jista’ jiġi skattat mill-Kummissjoni jew minn terz tal-Istati Membri (mhux mill-Parlament), wara li l-Istat Membru kkonċernat ikun ġie mistieden iressaq l-osservazzjonijiet tiegħu. Il-Kunsill Ewropew jiddetermina l-eżistenza tal-ksur b’unanimità, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament bl-istess maġġoranza bħal fil-każ tal-mekkaniżmu ta’ prevenzjoni. Il-Kunsill, li f’dan il-każ jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jissospendi wħud mid-drittijiet tas-sħubija tal-Istat Membru kkonċernat, inkluż id-dritt tal-vot fil-Kunsill. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jbiddel jew iħassar is-sanzjonijiet, ukoll permezz ta’ maġġoranza kwalifikata. L-Istat Membru kkonċernat ma jiħux sehem fil-votazzjonijiet fil-Kunsill jew fil-Kunsill Ewropew. Id-determinazzjoni u l-adozzjoni tas-sanzjonijiet jibqgħu diffiċli biex jinkisbu, minħabba r-rekwiżit tal-unanimità, kif muri mill-fatt li l-Gvern tal-Ungerija u dak tal-Polonja kienu ħabbru li se jagħmlu veto għal kwalunkwe ċżDzԾ bħal din li tikkonċerna l-Istat Membru l-ieħor.
Fl-2014, sabiex timla l-lakuna bejn l-attivazzjoni, li politikament hija diffiċli, tal-proċeduri tal-Artikolu7 tat-TUE (li tintuża biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet barra mill-ambitu tal-liġi tal-UE) u l-proċeduri ta’ ksur b’effett limitat (li jintużaw f’sitwazzjonijiet speċifiċi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-UE), il-Kummissjoni varat . Dan il-qafas kellu l-għan li jipprova jiżgura ħarsien effettiv u koerenti tal-istat tad-dritt, bħala prerekwiżit għall-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet fundamentali u d-demokrazija f’sitwazzjonijiet ta’ theddid sistemiku. Il-qafas huwa maħsub biex jippreċedi u jikkomplementa l-Artikolu7 tat-TUE, u jipprevedi tliet fażijiet: valutazzjoni tal-Kummissjoni, jiġifieri djalogu strutturat bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru, segwit, jekk ikun meħtieġ, b’opinjoni dwar l-istat tad-dritt; rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt; u segwitu għar-rakkomandazzjoni mill-Istat Membru. Dan il-qafas tal-istat tad-dritt ġie applikat għall-Polonja fl-2016 u ġie segwit, minħabba nuqqas ta’ suċċess, mid- tal-Kummissjoni li tvara proċedura tal-Artikolu7 fl-20 ta’ Diċembru 2017.
F’Lulju 2019, il-Kummissjoni għamlet pass ieħor ’il quddiem fil-komunikazzjoni tagħha bit-titolu “” u varat mekkaniżmu tal-istat tad-dritt, li jikkonsisti f’ċiklu ta’ rieżami annwali msejjes fuq rapport dwar l-istat tad-dritt li jimmonitorja s-sitwazzjoni fl-Istati Membri, li jifforma l-bażi ta’ djalogu interistituzzjonali. L-ewwel ta’ dan it-tip ġie ppubblikat f’Settembru 2020, u kien akkumpanjat minn 27 kapitolu tal-pajjiżi, li jkopru s-sistema ġudizzjarja (u b’mod partikolari l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza tagħha), il-qafas kontra l-korruzzjoni (l-istruttura ġuridika u istituzzjonali, il-prevenzjoni, il-miżuri repressivi), il-pluraliżmu tal-media (il-korpi regolatorji, it-trasparenza tas-sjieda u l-indħil mill-gvern, il-protezzjoni tal-ġurnalisti) u kwistjonijiet istituzzjonali oħra relatati mal-kontrolli u l-bilanċi (il-proċess leġiżlattiv, awtoritajiet indipendenti, l-aċċessibbiltà, l-istħarriġ ġudizzjarju, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili). Ir-rapport isaħħaħ il-monitoraġġ tal-UE b’mod sostanzjali billi jinkludi, meta mqabbel mat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE u strumenti oħra ta’ monitoraġġ u rappurtar, mhux biss il-ġustizzja ċivili iżda wkoll dik kriminali u amministrattiva, l-indirizzar tal-indipendenza ġudizzjarja, il-korruzzjoni, il-pluraliżmu tal-media, is-separazzjoni tas-setgħat u l-ispazju tas-soċjetà ċivili. Ġie stabbilit network ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali biex tinġabar informazzjoni u jiġi żgurat djalogu mal-Istati Membri, u jinżamm djalogu mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-entitajiet tal-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, networks ġudizzjarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi. , ippubblikat f’Lulju 2022, kien fih ukoll sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet indirizzati lil kull Stat Membru, li s-segwitu tagħhom għandu jiġi eżaminat f’rapporti annwali sussegwenti dwar l-istat tad-dritt. Ippubblikat f’Lulju 2023, evalwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-sena preċedenti u għamel rakkomandazzjonijiet ulterjuri.
Strumenti oħra għall-ħarsien tal-valuri tal-UE
L-UE għandha strumenti oħra għad-dispożizzjoni tagħha li għandhom l-għan li jħarsu l-valuri tal-UE.
Meta tipproponi inizjattiva leġiżlattiva ġdida, il-Kummissjoni tindirizza l-kompatibbiltà mad-drittijiet fundamentali permezz ta’ valutazzjoni tal-impatt, aspett li sussegwentement jiġi eżaminat ukoll mill-Kunsill u mill-Parlament.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tippubblika , li jiġi analizzat u diskuss mill-Kunsill, li jadotta konklużjonijiet dwaru, u mill-Parlament, fil-qafas tar-rapport annwali tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE. F’Diċembru 2020, il-Kummissjoni varat , inkluż fir-rigward tal-fondi tal-UE permezz tal-“kundizzjoni abilitanti” speċifika għall-Karta li ġiet introdotta fir-. Inizjalment, il-fondi ta’ koeżjoni għall-Polonja u l-Ungerija ma kinux żborżati fuq din il-bażi. Fit-13 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni qieset li l-Ungerija kienet issodisfat il-kundizzjoni abilitanti orizzontali, li tippermettilha titlob sa EUR10.2biljun f’fondi li qabel kienu mblukkati. Fi Frar 2024, il-Kummissjoni qieset ukoll li l-Polonja kienet issodisfat l-obbligi tagħha, u dan ippermettielha titlob ir-rilaxx sa EUR76.5biljun fil-fondi ta’ koeżjoni 2021-2027.
Sa mill-2014, il-Kunsill kellu wkoll djalogu annwali bejn l-Istati Membri kollha fi ħdan il-Kunsill biex jippromwovi u jissalvagwardja l-istat tad-dritt, filwaqt li jiffoka fuq suġġett differenti kull sena. Mit-tieni semestru tal-2020, il-Kunsill iddeċieda li jiffoka fuq l-eżami tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’ħames Stati Membri kull semestru, abbażi tar-rapport dwar l-istat tad-dritt tal-Kummissjoni.
Barra minn hekk, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-kwistjonijiet marbuta mal-valuri tal-UE jiġu mmonitorjati u jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. L-oqsma kkonċernati jinkludu s-sistemi ġudizzjarji (abbażi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja), kif ukoll id-diżabbiltà, id-drittijiet soċjali u d-drittijiet taċ-ċittadini (fir-rigward tal-ħarsien mill-kriminalità organizzata u mill-korruzzjoni).
Il-Bulgarija u r-Rumanija kienu wkoll soġġetti għall-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, li għalaq fil-15 ta’ Settembru 2023 u ġie sostitwit bil-mekkaniżmu tal-Istat tad-Dritt.
Il-proċedimenti ta’ ksur huma strument importanti biex jiġi ssanzjonat il-ksur tal-valuri tal-UE fl-Unjoni, u l-QĠUE qed tiżviluppa l-ġurisprudenza tagħha dwar il-kwistjoni. Il-proċedimenti ta’ ksur jistgħu jiġu varati f’każijiet ta’ nonkonformità tal-liġi nazzjonali mal-liġi tal-UE u mal-valuri tal-UE f’każijiet individwali u speċifiċi (filwaqt li l-Artikolu7 japplika wkoll għal sitwazzjonijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-UE u li fihom il-ksur tad-drittijiet fundamentali ikun sistematiku u persistenti) u l-QĠUE tista’ timponi penali finanzjarji għan-nuqqas ta’ konformità ma’ digrieti jew sentenzi.
L-, li ġiet stabbilita fl-2007 fi Vjenna, taqdi rwol importanti fil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE. Il-FRA għandha l-kompitu li tiġbor, tanalizza, ixxerred u tevalwa l-informazzjoni u d-data relatati mad-drittijiet fundamentali. Twettaq ukoll riċerka u stħarriġ xjentifiku, u tippubblika rapporti annwali u tematiċi dwar id-drittijiet fundamentali.
Il-Kummissjoni qed issaħħaħ ukoll l-ugwaljanza u l-protezzjoni tal-minoranzi – tnejn mill-pilastri tal-Artikolu 2 tat-TUE – permezz ta’ strateġiji, proposti u azzjoni speċifiċi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-ġlieda kontra l-vjolenza fil-konfront tan-nisa u l-vjolenza domestika, ir-razziżmu, id-diskors ta’ mibegħda, ir-reati ta’ mibegħda u l-anti-Semitiżmu, kif ukoll għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ, ir-Rom, il-persuni b’diżabbiltà u t-tfal, taħt il-kunċett ġenerali ta’ “Unjoni ta’ Ugwaljanza”. Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Parlament u ta’ 15-il Stat Membru, irreferiet l-Ungerija lill-QĠUE dwar il- tagħha għal raġunijiet ta’ ksur, fost l-oħrajn, tal-Artikolu 2 tat-TUE. Ipproponiet ukoll direttivi biex issaħħaħ il- permezz ta’ standards komuni, li ġew approvati dan l-aħħar.
Wara mblokk ikkawżat mill-veto tal-Gvern tal-Ungerija u l-Gvern tal-Polonja, finalment intlaħaq qbil fil-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2020 dwar . Ir-regolament jagħmel possibbli l-protezzjoni tal-baġit tal-UE fejn jiġi stabbilit li ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jolqot, jew jissogra serjament li jolqot, il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE b’mod suffiċjentement dirett. Azzjoni mressqa mill-Gvern Ungeriż u dak Pollakk kontra r-regolament ġiet , u dan fetaħ it-triq biex il-Kummissjoni u l-Kunsill jiskattaw il-mekkaniżmu kontra l-, li wassal għas-sospensjoni ta’ EUR6.3biljun fi programmi ta’ politika ta’ koeżjoni.
Il-Kummissjoni bħalissa qed tiddiskuti l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ma’ għadd ta’ gvernijiet tal-Istati Membri u qed timmonitorja jekk humiex qed jilħqu l-istadji importanti u l-miri miftiehma, li huma prerekwiżit għall-iżborż tal-fondi. Dawn għandhom l-għan li jindirizzaw l-isfidi identifikati fir- tas- adottati mill-Kunsill, u fir-rapporti dwar l-istat tad-dritt u r-rakkomandazzjonijiet relatati maħruġa mill-Kummissjoni, kif ukoll fil-proċeduri tal-Artikolu 7 kontra l-Polonja u l-Ungerija. Fit-13 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni qieset li l-Ungerija ma kinitx indirizzat il-ksur li kienet wettqet fir-rigward tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, billi . Fis-6 ta’ Mejju 2024, hija pproponiet ukoll li .
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Il-Parlament minn dejjem appoġġa t-tisħiħ tar-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-UE u l-ħarsien tagħhom. Fl-1977, il-Parlament, flimkien mal-Kunsill u l-Kummissjoni, kien diġà adotta , li fiha t-tliet istituzzjonijiet impenjaw ruħhom li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom. Fl-1979, il-Parlament adotta riżoluzzjoni b’appell biex il-Komunità Ewropea taderixxi għall-KEDB.
L-, propost mill-Parlament, speċifika li l-Unjoni jeħtiġilha tħares id-dinjità tal-individwu u tirrikonoxxi fil-konfront ta’ kull persuna li taqa’ fil-ġuriżdizzjoni tagħha, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali li joħorġu mill-prinċipji komuni tal-kostituzzjonijiet nazzjonali u tal-KEDB. L-abbozz ta’ trattat ippreveda wkoll l-adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB. F’riżoluzzjoni tat-12 ta’ April 1989, il-Parlament ipproklama li huwa adotta d-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali.
Fl-1993 u kull sena wara, il-Parlament organizza dibattitu u adotta riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE, abbażi ta’ rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu. Barra minn hekk, adotta għadd dejjem jikber ta’ riżoluzzjonijiet li jittrattaw kwistjonijiet speċifiċi marbuta mal-ħarsien tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu2 tat-TUE fl-Istati Membri.
Il-Parlament dejjem appoġġja lill-UE f’dak li jirrigwarda l-adozzjoni ta’ karta tad-drittijiet tagħha stess, u talab li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tkun vinkolanti. Dan seħħ finalment fl-2009 permezz tat-Trattat ta’ Liżbona.
Aktar reċentement, il-Parlament esprima kemm-il darba tħassib serju dwar l-erożjoni gradwali tal-istandards previsti fl-Artikolu2 tat-TUE f’xi Stati Membri. Biex jindirizza din il-problema, il-Parlament għamel għadd ta’ suġġerimenti għat-tisħiħ tal-protezzjoni fl-UE mhux biss tad-drittijiet fundamentali, iżda wkoll tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, u b’mod usa’, tal-valuri kollha tal-UE koperti mill-Artikolu2 tat-TUE, billi ppropona mekkaniżmi u proċeduri ġodda biex jimtlew il-lakuni eżistenti. F’riżoluzzjonijiet varji sa mill-2012, il-Parlament talab il-ħolqien ta’ “Kummissjoni ta’ Copenhagen”, kif ukoll ta’ ċiklu ta’ politika Ewropea dwar id-drittijiet fundamentali, mekkaniżmu ta’ twissija bikrija, proċedura ta’ ffriżar u t-tisħiħ tal-FRA.
Fl-2016, f’riżoluzzjoni storika dwar dan is-suġġett, il-Parlament ikkonsolida l-proposti preċedenti tiegħu u talab li l-Kummissjoni tressaq ftehim interistituzzjonali għall-istabbiliment ta’ , li jkun ibbażat fuq Patt tal-Unjoni mal-Kummissjoni u mal-Kunsill. Dan ikun jinkludi ċiklu ta’ politika annwali bbażat fuq rapport li jimmonitorja r-rispett tal-valuri tal-UE fl-Unjoni, abbozzat mill-Kummissjoni u minn bord ta’ esperti, segwit minn dibattitu parlamentari u akkumpanjat minn arranġamenti biex jiġu indirizzati r-riskji jew il-ksur. Il-Kummissjoni adottat ħafna mis-suġġerimenti tal-Parlament fil-komunikazzjoni tagħha tal-2019 (l-istabbiliment ta’ ċiklu interistituzzjonali, b’rapport annwali, li jimmonitorja l-Istati Membri dwar l-istat tad-dritt u kwistjonijiet relatati), filwaqt li ħarġet rakkomandazzjonijiet speċifiċi lill-Istati Membri, iżda mhux dawk relatati mal-Artikolu 2 sħiħ tat-TUE (mhux biss l-istat tad-dritt, iżda wkoll id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza u l-minoranzi), bit-twaqqif ta’ kumitat ta’ esperti indipendenti u ftehim interistituzzjonali dwar iċ-ċiklu, u l-bidu mill-ġdid tal-pubblikazzjoni ta’ rapporti kontra l-korruzzjoni. Il-Parlament talab ukoll abbozz ta’ ftehim ġdid għall-adeżjoni tal-UE għall-KEDB, u tibdiliet fit-Trattat bħall-eliminazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-konverżjoni tagħha f’Karta tad-Drittijiet tal-Unjoni, u t-tneħħija tar-rekwiżit ta’ unanimità fir-rigward tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni. F’riżoluzzjoni tal-2020, il-Parlament ippropona t-test għal ftehim interistituzzjonali dwar it-tisħiħ tal-valuri tal-UE, li fih żviluppa l-proposti preċedenti u żied possibbiltà għal rapporti urġenti u l-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma interistituzzjonali. F’riżoluzzjoni tal-2021, il-Parlament stieden ukoll lill-Kummissjoni biex twessa’ r-rapport annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt biex ikopri l-valuri kollha tal-Artikolu2 tat-TUE u jinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż.
Fl-2018, il-Parlament adotta riżoluzzjoni li laqgħet id-ċżDzԾ tal-Kummissjoni li jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE fir-rigward tal-, kif ukoll riżoluzzjoni dwar il-varar tal-proċedura tal-Artikolu 7(1) tat-TUE fir-rigward tal-, permezz tat-tressiq ta’ proposta motivata lill-Kunsill li tistiednu jiddetermina jekk setax kien hemm riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE, u biex jindirizza rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Ungerija f’dan ir-rigward[1]. Fl-2020 u l-2022, il-Parlament adotta wkoll riżoluzzjonijiet dwar il-Polonja u l-Ungerija rispettivament, li jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tħassib li għandu jiġi eżaminat fil-proċedura tal-Artikolu 7(1) tat-TUE. Huwa stieden ukoll lill-Kummissjoni tuża l-għodod kollha disponibbli, inkluż ir-regolament dwar il-kondizzjonalità tal-istat tad-dritt, biex tindirizza l-ksur tal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE mill-Ungerija u l-Polonja. Fid-29 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni ppermettiet lill- taċċessa sa EUR137biljun f’finanzjament tal-UE, wara t-tnedija ta’ pjan ta’ azzjoni biex jerġa’ jiġi stabbilit l-istat tad-dritt b’riformi biex tissaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja. Fl-14 ta’ Marzu 2024, il-Parlament iddeċieda li jressaq kawża kontra l-Kummissjoni dwar id-ċżDzԾ tagħha li tirrilaxxa EUR10.2biljun f’fondi ffriżati lill-Ungerija, mogħtija bi skambju għat-tneħħija tal-veto tagħha fuq l-Ukrajna. Adotta riżoluzzjoni dwar l-Artikolu 7(1) tat-TUE rigward l-Ungerija biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt u l-implikazzjonijiet baġitarji tiegħu.
Wara l-qtil tal-ġurnalisti Daphne Caruana Galizia f’Malta u Ján Kuciak u l-għarusa tiegħu fis-Slovakkja, u fi sforz biex jissaħħu l-monitoraġġ u l-azzjoni tal-Parlament fir-rigward tal-valuri tal-Artikolu2 tat-TUE, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ħDZDZ Grupp ta’ Monitoraġġ dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali. Il-grupp għandu l-kompitu li jindirizza t-theddid għall-valuri tal-UE li jitfaċċaw madwar l-Unjoni u li joħroġ proposti għal azzjoni lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern.
Ottavio Marzocchi