Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Flimkien mal-Parlament, il-Kunsill huwa l-istituzzjoni li tadotta l-leġiżlazzjoni tal-UE permezz ta’ regolamenti u direttivi u tħejji deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti. Fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu, jieħu d-deċiżjonijiet permezz ta’ maġġoranza sempliċi, maġġoranza kwalifikata jew b’mod unanimu, skont il-bażi legali tal-att li jkun jirrikjedi l-approvazzjoni tiegħu.
Il-bażi legali
Fil-qafas istituzzjonali uniku tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu permezz tal-Artikolu16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli237 sa 243 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Ir-rwol
A. -ġżDzԾ
Abbażi tal-proposti ppreżentati mill-Kummissjoni, il-Kunsill jadotta l-leġiżlazzjoni tal-UE fil-forma ta’ regolamenti u direttivi, b’mod konġunt mal-Parlament skont l-Artikolu294 tat-TFUE (il-proċedura leġiżlattiva ordinarja) jew waħdu, wara konsultazzjoni mal-Parlament (1.2.3). Il-Kunsill jadotta wkoll deċiżjonijiet individwali u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti (l-Artikolu288 tat-TFUE) u joħroġ riżoluzzjonijiet. Il-Kunsill u l-Parlament jistabbilixxu r-regoli ġenerali li jirregolaw l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni jew riżervati għall-Kunsill stess ().
B. -ġ
Il-Kunsill huwa wieħed miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, l-oħra hi l-Parlament. Flimkien jadottaw il-baġit tal-Unjoni Ewropea (1.2.5). Il-Kunsill jadotta wkoll, skont proċedura leġiżlattiva speċjali u filwaqt li jaġixxi b’mod unanimu, deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet li japplikaw għas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE u l-qafas finanzjarju pluriennali (l-Artikoli311 u 312 tat-TFUE). Fil-każ tal-aħħar, il-Parlament jeħtieġ jagħti l-kunsens tiegħu permezz ta’ maġġoranza tal-Membri tiegħu. L-aħħar qafas finanzjarju pluriennali (2021-2027) ġie adottat mill-Parlament f’Novembru2020. Il-Kunsill jaqsam it-TaqsimaII tal-baġit tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill Ewropew (l-Artikolu46(b) tar-), minkejja l-fatt li dawn huma żewġ istituzzjonijiet separati.
C. Is-setgħat l-oħra
1. Il-ftehimiet internazzjonali
Il-Kunsill jikkonkludi l-ftehimiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea, li jiġu nnegozjati mill-Kummissjoni u fil-maġġoranza tal-każijiet jirrikjedu l-approvazzjoni tal-Parlament ().
2. -ħٰ
Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata (mit-Trattat ta’ Nizza ’lhawn), jaħtar lill-membri tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.
3. Il-politika ekonomika
Il-Kunsill jikkoordina l-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri (l-Artikolu121 tat-TFUE) u, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew, jieħu deċiżjonijiet politiċi fil-qasam monetarju.
Japplikaw regoli speċjali għall-membri tal-Grupp tal-Euro: L-Artikolu 137 tat-TFUE jistipula li “l-arranġamenti għal laqgħat bejn ministri ta’ dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu stabbiliti fil-Protokoll dwar il-Grupp tal-euro”. L-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 14) tat-TFUE jistabbilixxi li “[i]l-Ministri tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiltaqgħu informalment. Dawn il-laqgħat għandhom iseħħu, skont il-ħtieġa, sabiex ikunu diskussi kwistjonijiet marbuta mar-responsabbiltajiet speċifiċi li huma jaqsmu fejn tidħol il-munita unika. Il-Kummissjoni għandha tieħu sehem fil-laqgħat. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun mistieden jieħu sehem f’dawn il-laqgħat, li għandhom ikunu preparati mir-rappreżentanti tal-Ministri responsabbli għall-finanzi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u tal-Kummissjoni.” Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll, “[i]l-Ministri tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jeleġġu president għal sentejn u nofs, bil-maġġoranza ta’ dawk l-Istati Membri”. Normalment, il-ministri tal-finanzi tal-Grupp tal-Euro jiltaqgħu jum qabel il-laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.
Il-Kunsill iwettaq ukoll għadd ta’ funzjonijiet ta’ governanza ekonomika fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew. Fil-bidu taċ-ċiklu, fil-ħarifa, huwa jqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għaż-żona tal-euro abbażi tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir, imbagħad f’Ġunju u f’Lulju jadotta r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż wara li dawn ikunu ġew approvati mill-Kunsill Ewropew.
L-Artikolu136 tat-TFUE ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew2011/199/UE u daħal fis-seħħ fl-1ta’Mejju2013, wara r-ratifika mill-Istati Membri kollha. Issa jipprovdi l-bażi legali għall-mekkaniżmi ta’ stabbiltà bħal pereżempju l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (2.6.8).
4. Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni ((5.1.1) u (5.1.2)
It-Trattat ta’ Liżbona ta personalità ġuridika lill-Unjoni Ewropea, li ħadet post il-Komunità Ewropea. It-Trattat il-ġdid neħħa wkoll l-istruttura ta’ tliet pilastri. Il-Ġustizzja u l-Intern saru qasam ta’ politika tal-UE integrat bis-sħiħ, fejn il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tapplika kważi fil-każijiet kollha. Madankollu, rigward il-politika estera u ta’ sigurtà, il-Kunsill għadu jaġixxi skont regoli speċifiċi meta jadotta pożizzjoni komuni u azzjoni konġunta jew meta jfassal konvenzjoni.
Il-formula tat-Trojka preċedenti ġiet sostitwita b’sistema ġdida: il-Kunsill għall-Affarijiet Barranin, presedut fuq bażi permanenti mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, issa jikkollabora mill-qrib mal-Kummissjoni. Dan il-Kunsill huwa assistit mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
L-organizzazzjoni
A. -dzżDzԾ
1. Il-membri
Il-Kunsill huwa kompost minn rappreżentant ta’ kull Stat Membru, fuq livell ministerjali, “li jista’ jimpenja lill-gvern tal-Istat Membru li hu jirrappreżenta” (l-Artikolu16(2) tat-TUE).
2. Il-presidenza
Bl-eċċezzjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin, il-Kunsill huwa presedut mir-rappreżentant tal-Istat Membru li jkollu l-presidenza tal-Unjoni Ewropea: dan jinbidel kull sitt xhur, fl-ordni li l-Kunsill jiddeċiedi b’mod unanimu (l-Artikolu16(9) tat-TUE). Il-presidenza tal-formazzjonijiet kollha tal-Kunsill ħlief dik tal-affarijiet barranin issir minn gruppi stabbiliti minn qabel ta’ tliet Stati Membri għal perjodi ta’ 18-ilxahar, fejn kull membru jkollu l-presidenza tal-Kunsill għal sitt xhur.
L-ordni tal-presidenzi għall-ħames snin li ġejjin hija din: l-Iżvezja u Spanja fl-2023, il-Belġju u l-Ungerija fl-2024, il-Polonja u d-Danimarka fl-2025, Ċipru u l-Irlanda fl-2026 u l-Litwanja u l-Greċja fl-2027. Il-Kunsill Ewropew jista’ jibdel l-ordni (l-Artikolu236(b) tat-TFUE).
3. Il-korpi preparatorji
Kumitat magħmul mir-rappreżentanti permanenti tal-Istati Membri jħejji l-ħidma tal-Kunsill u jwettaq il-kompiti li l-Kunsill jassenjalu (l-Artikolu240 tat-TFUE). Dan il-kumitat, magħruf bħala l-Coreper, huwa ppresedut minn rappreżentant tal-Istat Membru li jkollu l-presidenza tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, jiġifieri l-presidenza b’rotazzjoni. Madankollu, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, li jissorvelja s-sitwazzjoni internazzjonali fl-oqsma koperti mill-politika estera u ta’ sigurtà komuni, huwa presedut minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
Il-Coreper jiltaqa’ kull ġimgħa biex iħejji l-ħidma tal-Kunsill u jikkoordina l-attivitajiet marbuta mal-kodeċiżjoni flimkien mal-Parlament. Il-Coreper huwa maqsum f’żewġ gruppi: il-CoreperI, li jikkonsisti minn viċi rappreżentanti permanenti, iħejji l-ħidma fl-oqsma l-aktar tekniċi, fosthom l-agrikoltura, l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-ambjent; il-CoreperII, li jittratta kwistjonijiet li jappartjenu iżjed għall-qasam ta’ “politika għolja”, b’mod partikolari l-affarijiet barranin, ekonomiċi u monetarji u l-ġustizzja u l-affarijiet interni. Il-Coreper huwa megħjun fil-ħidma ta’ tħejjija tiegħu minn madwar 10 kumitati u 100 grupp ta’ ħidma speċjalizzat.
B. Il-funzjonament
Skont il-qasam ikkonċernat, il-Kunsill jieħu d-deċiżjoni tiegħu permezz ta’ maġġoranza sempliċi, maġġoranza kwalifikata jew b’mod unanimu (1.2.3) u (1.2.4). Meta l-Kunsill jaġixxi f’kapaċità leġiżlattiva, il-laqgħat tiegħu jkunu miftuħin għall-pubbliku (l-Artikolu16(8) tat-TUE). Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jinħatar mill-Kunsill skont l-Artikolu240 tat-TFUE. Il-laqgħat tal-Kunsill isiru fi Brussell, iżda anki fil-Lussemburgu (is-sessjonijiet ta’ April, ta’ Ġunju u ta’ Ottubru). Attwalment hemm għaxar formazzjonijiet tal-Kunsill, li tlieta minnhom jiltaqgħu regolarment (Affarijiet Ġenerali, Affarijiet Barranin, u Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECOFIN)).
1. Il-maġġoranza sempliċi
Din tfisser li deċiżjoni jitqies li tkun ittieħdet meta jkun hemm aktar voti favur milli kontra. Kull membru tal-Kunsill għandu vot wieħed. Għalhekk, il-maġġoranza sempliċi tintlaħaq jekk 14-ilmembru tal-Kunsill jivvutaw favur. Ir-regola tal-maġġoranza sempliċi hija applikabbli meta t-Trattat ma jipprevedix mod ieħor (l-Artikolu238(1) tat-TFUE). Għalhekk din hija l-proċess awtomatiku ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Fil-prattika, madankollu, ir-regola tapplika biss għal numru żgħir ta’ deċiżjonijiet: ir-regoli interni tal-Kunsill, l-organizzazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u r-regoli li jirregolaw il-kumitati previsti fit-Trattat.
2. Il-maġġoranza kwalifikata
a. -첹Ծż
Ir-regola tal-maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill tinsab fit-Trattat ta’ Liżbona, fl-Artikolu16(4), l-ewwel paragrafu, tat-TUE. Skont dan l-Artikolu, tali maġġoranza kwalifikata teħtieġ l-appoġġ ta’ mill-inqas 55% tal-membri tal-Kunsill li jkunu jirrappreżentaw mill-inqas 65% tal-popolazzjoni tal-UE. Fil-prattika, dan ifisser l-appoġġ ta’ mill-inqas 15-ilStat Membru minn 27. F’każijiet meta l-proposta ma tkunx ġejja mill-Kummissjoni jew mir-Rappreżentant Għoli, tapplika r-regola ta’ “maġġoranza kwalifikata msaħħa”, li skontha l-perċentwal meħtieġ ta’ membri tal-Kunsill li jivvutaw favur huwa 72% (inklużi mill-inqas 20Stat Membru minn 27), li għal darb’oħra jkunu jirrappreżentaw mill-inqas 65% tal-popolazzjoni tal-UE.
b. Il-kamp ta’ applikazzjoni
It-Trattat ta’ Liżbona reġa’ estenda l-kamp ta’ applikazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet b’votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata (VMK). Dan introduċa jew estenda l-VMK għal 68bażi legali, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet b’mod konġunt mal-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (inklużi ħafna oqsma li kienu jaqgħu taħt it-tielet pilastru). Il-VMK tapplika wkoll għall-ħatra tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni u l-membri tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (1.2.3 u 1.2.4).
3. -ܲԲԾà
-ܲԲԾà hija meħtieġa biss mit-Trattat għal deċiżjonijiet fi ftit oqsma, bħalma huma t-tassazzjoni u l-politika soċjali. Din is-sitwazzjoni nżammet mit-Trattat ta’ Liżbona. L-Artikolu48(7) tat-TUE jipprevedi klawżola passerelle ġenerali applikabbli għall-politiki kollha tal-UE li, skont ċerti kundizzjonijiet, tagħti l-possibbiltà ta’ deroga mill-proċeduri leġiżlattivi inizjalment previsti mit-Trattati. Konsegwentement, dan jippermetti lill-Kunsill jadotta deċiżjonijiet dwar ċerti kwistjonijiet b’maġġoranza kwalifikata minflok b’unanimità: il-klawżoli passerelle jippermettu bidla mill-proċedura leġiżlattiva speċjali għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja u mill-votazzjoni b’unanimità għall-VMK. Madankollu, klawżola passerelle xorta tista’ tiġi attivata biss jekk deċiżjoni tiġi adottata unanimament mill-Kunsill jew mill-Kunsill Ewropew. Konsegwentement, l-Istati Membri kollha jridu jaqblu qabel ma tkun tista’ tiġi attivata tali klawżola.
Fid-, il-President Juncker ħabbar rieżami komprensiv tal-klawżoli passerelle. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni sal-lum ippubblikat erba’ komunikazzjonijiet, dwar (ٳٱ2018), (ԲԲ2019), (April2019) u (2019).
B’mod ġenerali, il-Kunsill jipprova jikseb l-unanimità anke meta ma jkunx hemm bżonn. Din il-preferenza tmur lura għall-Kompromess tal-Lussemburgu tal-1966, li temm tilwima bejn Franza u l-Istati Membri l-oħra meta Franza rrifjutat it-tranżizzjoni mill-unanimità għall-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal ċerti oqsma. It-test tal-kompromess jgħid: “Meta, fil-każ ta’ deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu b’votazzjoni b’maġġoranza dwar proposta mill-Kummissjoni, ikun hemm l-interessi ta’ sieħeb wieħed jew iktar fin-nofs, il-Membri tal-Kunsill għandhom jistinkaw, biex fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli, jaslu għal soluzzjonijiet li jkunu jistgħu jiġu adottati mill-Membri kollha tal-Kunsill u fl-istess ħin li jirrispettaw l-interessi reċiproċi tagħhom u dawk tal-Komunità”.
Soluzzjoni simili nstabet fl-1994 fil-Kompromess ta’ Ioannina sabiex jiġu protetti dawk l-Istati Membri li jkunu waslu biex jikkostitwixxu minoranza li timblokka. Skont dan l-arranġament, jekk il-pajjiżi inkwistjoni jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jopponu t-teħid ta’ xi deċiżjoni mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill jagħmel dak kollu fis-setgħa tiegħu, fi spazju ta’ żmien raġonevoli, biex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għal maġġoranza kbira ta’ Stati Membri.
Skont l-Artikolu48 tat-TUE, kwalunkwe reviżjoni tat-trattati fundaturi teħtieġ unanimità, u dan ġie kkunsidrat bħala restrizzjoni kbira fir-riforma tal-Unjoni ta’ 27Stat Membru. Biex jingħeleb ir-rekwiżit tal-unanimità, l-Istati Membri kkonkludew ftehimiet internazzjonali barra mill-ordni legali tal-UE. Dan seħħ għall-ewwel darba b’riżultat tal-kriżi tal-euro, bl-adozzjoni, fl-2012, tat- u t-, kif ukoll, fl-2014, il- Skont l-Artikolu14(3) tal-patt fiskali, dan se japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu biss għal dawk l-istati li jkunu rratifikawh. Peress li jirrikjedi ratifika minn 12-ilpajjiż taż-żona tal-euro biss, il-patt stabbilixxa approvazzjoni minn minoranza ta’ Stati Membri bħala kundizzjoni għad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u l-pandemija tal-COVID-19, il-Parlament, fir-, ippropona “setgħat akbar lill-Unjoni fil-każ ta’ theddid transfruntier għas-saħħa” u talab “li tiġi attivata l-klawżola passerelle ġenerali biex tħaffef il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-kwistjonijiet kollha li jistgħu jgħinu l-indirizzar tal-isfidi tal-kriżi tas-saħħa attwali”. Fir-, il-Parlament issottometta proposti għal emendi tat-trattati lill-Kunsill fl-ambitu tal-proċedura ta’ reviżjoni ordinarja stabbilita fl-Artikolu48 tat-TUE. L-emendi ssuġġeriti jippermettu li d-deċiżjonijiet fil-Kunsill isiru b’votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata minflok b’unanimità f’oqsma rilevanti, bħall-adozzjoni ta’ sanzjonijiet u f’każ ta’ emerġenza.
Fid-diskors tagħha fid-9ta’Mejju2022, il-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, affermat mill-ġdid ir-rieda tal-Kummissjoni li timplimenta l-proposti taċ-ċittadini adottati dwar li negħlbu l-imblokk tal-votazzjoni b’unanimità. Skont il-Kummissjoni, “issa sta għalina li nagħżlu l-aktar mod dirett biex naslu, jew billi nużaw il-limiti sħaħ ta’ dak li nistgħu nagħmlu fi ħdan it-Trattati, jew, iva, billi nbiddlu t-Trattati jekk ikun hemm bżonn”. Fil-11 ta’ Lulju 2023, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-klawżoli “passerelle” fit-Trattati tal-UE, li jipproponi li l-klawżoli passerelle jiġu attivati f’xi oqsma ta’ politika prijoritarji, b’mod partikolari l-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-politika tal-enerġija u l-kwistjonijiet ta’ tassazzjoni b’dimensjoni ambjentali.
F’Diċembru 2023, il-President tal-Kummissjoni l-impenn tal-Kabinett tagħha għar-riforma tat-Trattati. Madankollu, f’ tal-20 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni rattbet din il-pożizzjoni billi ddikjarat li l-governanza tal-UE tista’ “tittejjeb malajr billi jintuża l-potenzjal sħiħ tat-Trattati attwali”, b’referenza għall-ostakli għall-bidla fit-trattati maħluqa mir-rekwiżit tal-unanimità.
Eeva Pavy / Alexandru-George Moș