Etika u trasparenza
Elett direttament, il-Parlament jiżgura li jkun hemm firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ trasparenza kemm fir-rigward tal-Membri kif ukoll fir-rigward tal-ħidma parlamentari u l-amministrazzjoni, biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu d-dibattiti u d-deċiżjonijiet tiegħu.
Il-Parlament Ewropew jagħti importanza kbira lill-integrità, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-attivitajiet politiċi tal-Membri tiegħu. Għal dan il-għan, il-Parlament stabbilixxa għadd konsiderevoli ta’ regoli u miżuri, li fl-2023 jinsabu fil-fażi li jissaħħu aktar bħala parti minn proċess komprensiv ta’ reviżjoni.
Ħarsa ġenerali lejn ir-regoli fis-seħħ hija disponibbli f’dan l-indirizz: /meps/mt/about/meps#fourthanchor
Fl-ewwel xhur tal-2023 ġiet adottata sensiela ta’ riformi b’firxa wiesgħa mmirati li jsaħħu l-integrità, l-indipendenza u r-responsabbiltà tal-Parlament, filwaqt li jipproteġu l-mandat liberu tal-Membri tal-PE.
Ħarsa ġenerali lejn dawn il-miżuri hija disponibbli f’din il-paġna web iddedikata tal-PE: /news/mt/headlines/eu-affairs/20230713STO02832/il-parlament-isahhah-l-integrita-l-indipendenza-u-r-responsabbilta
ġٰ Konġunt tat-Trasparenza tal-UE
Ir-ġٰ tat-Trasparenza huwa miftuħ għar-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess kollha li jippruvaw jinfluwenzaw il-proċess leġiżlattiv u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-istituzzjonijiet tal-UE. Ir-reġistru juri x’interessi jkunu qed jiġu segwiti, minn min u f’isem min, u r-riżorsi ddedikati għal dawn l-attivitajiet. B’dan il-mod, ir-reġistru jippermetti skrutinju pubbliku u jagħti liċ-ċittadini u lill-gruppi ta’ interess il-possibbiltà li jsegwu l-attivitajiet ta’ kull tip ta’ lobbisti.
Ir-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess rreġistrati jistgħu jitolbu u huma biss jistgħu jintervjenu fis-seduti ta’ smigħ pubbliku tal-kumitati, jappoġġjaw l-attivitajiet tal-intergruppi tal-Membri tal-Parlament Ewropew u jipparteċipaw fihom, jirċievu notifiki bl-email dwar l-attivitajiet tal-kumitati, jorganizzaw b’mod konġunt avvenimenti u jitolbu l-patroċinju tal-President. Huma għandhom l-obbligu li jirrispettaw il-.
Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill qablu li jintroduċu regoli biex isiru aktar trasparenti l-attivitajiet tar-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess fil-livell tal-UE. Il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid għandu wkoll l-għan li l-Kunsill jiġi inkluż fl-ambitu ta’ applikazzjoni tar-reġistru tal-lobbies. Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni biħsiebhom jaġixxu flimkien biex ir-reġistrazzjoni ssir de facto obbligatorja, bħala prekundizzjoni għal ċerti attivitajiet
ta’ lobbying.
Għal aktar informazzjoni dwar ir-regoli maqbula: Ϸվ approves new rules for a common mandatory Transparency Register | ħᾱ | Il-Parlament Ewropew (europa.eu)
Trasparenza dwar il-kuntatti tal-Membri tal-Parlament Ewropew mar-rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew jgħidu li r-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati għandhom, għal kull rapport, jippubblikaw informazzjoni online dwar il-laqgħat li jkollhom skedati ma’ rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess li jidħlu fl-ambitu tal-ftehim interistituzzjonali dwar ir-reġistru tat-trasparenza. Il-Membri l-oħrajn kollha huma mistiedna jagħmlu dan fuq bażi volontarja. L-informazzjoni dwar il-laqgħat tiġi ppubblikata fil-paġni tal-profil tal-Membri.
Il-Membri tal-PE li jabbozzaw rapporti jew opinjonijiet jistgħu jagħżlu li jehmżu impronta leġiżlattiva mar-rapporti tagħhom. Lista bħal din tista’ turi l-varjetà ta’ għarfien espert u opinjonijiet esterni miġbura mir-rapporteur. Imbagħad din tiġi ppubblikata flimkien mar-rapport wara l-adozzjoni tiegħu fil-kumitat.
Kodiċi ta’ kondotta għall-Membri tal-PE/dikjarazzjoni ta’ interessi finanzjarji
Il-Membri tal-Parlament Ewropew huma soġġetti għal Kodiċi ta’ Kondotta, li jobbligahom jippreżentaw dikjarazzjoni dettaljata tal-interessi finanzjarji tagħhom, jiġifieri kwalunkwe appoġġ (f’termini ta’ riżorsi finanzjarji, umani u materjali) ipprovdut b’rabta mal-attivitajiet politiċi tagħhom. Il-Membri għandhom jiddikjaraw ukoll l-attendenza tagħhom f’avvenimenti organizzati minn partijiet terzi meta r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u ta’ sussistenza tal-Membri, jew il-ħlas dirett ta’ dawn l-ispejjeż, ikun kopert minn terzi.
Barra minn hekk, kemm il-Kodiċi ta’ Kondotta kif ukoll ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament jgħidu li l-Membri m’għandhomx jidħlu f’attività professjonali ta’ lobbying bi ħlas marbuta direttament mal-proċess deċiżjonali tal-UE. L-informazzjoni mogħtija mill-Membri fid-dikjarazzjonijiet tagħhom tkun ippubblikata fil-paġni tal-profil individwali tagħhom.
ċċ pubbliku għad-dokumenti
ċ-ċٳٲ徱Ծ u r-residenti tal-Unjoni Ewropea għandhom dritt jitolbu aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea). Id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti huwa komponent essenzjali tal-politika ta’ trasparenza li qed tiġi implimentata mill-istituzzjonijiet Ewropej.
Is-sit tar-ġٰ Pubbliku tal-Parlament Ewropew jinkludi referenzi għad-dokumenti li l-istituzzjoni pproduċiet jew irċeviet mit-3 ta’ Diċembru 2001 ’l hawn. Il-maġġoranza l-kbira ta’ dawn id-dokumenti jistgħu jiġu kkonsultati u jitniżżlu direttament mis-sit, mingħajr ħlas.
Tista’ ssir talba għad-dokumenti li ma jistgħux jiġu kkonsultati direttament fuq ir-reġistru.
Talbiet taċ-ċittadini
ċ-ċٳٲ徱Ծ jistgħu jikkuntattjaw lill-Parlament Ewropew (Ask EP) biex jiksbu informazzjoni dwar il-Parlament u dwar il-pożizzjonijiet u l-attivitajiet, l-organizzazzjoni u r-regoli, is-setgħat u l-proċeduri tiegħu. L-unità ma tistax tagħti pariri legali jew tadotta pożizzjonijiet politiċi.