Ϸվ

Ի徱ċ
Testi adottati
Il-Ħamis, 18 ta' Ġunju 2020-Brussell
Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) ***
Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) (龱żDZܳDzԾ)
Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019 -2024) ***
Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Guinea-Bissau (2019-2024) (龱żDZܳDzԾ)
Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn is-São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea ***
Ftehim UE-Żvizzera dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO tal-Iżvizzera (Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994) dwar il-laħam imħawwar ***
Talba għal finanzjament għar-riċerka bijomedika dwar l-enċefalomijelite mijalġika
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: assistenza teknika fuq linizjattiva tal-Kummissjoni
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2020: Dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2019
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2020: proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, lil Spanja, lill-Italja u lill-Awstrija
Konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni UE - Moldova ***
Emendar tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova (l-adeżjoni tal-Kroazja) ***
Emenda tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn l-UE u l-Marokk (adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) ***
Konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni UE-Ġordan ***
Konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili UE-Ċina ***
Konklużjoni tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia ***
Konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni UE-Iżrael ***
Rakkomandazzjonijiet dwar in-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: appoġġ għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-inbid b'rabta mal-pandemija tal-COVID-19
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti
L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020
Regolamenti emendatorji (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward tal-aġġustamenti b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19 ***I
Politika tal-kompetizzjoni - rapport annwali 2019
It-twaqqif ta' sottokumitat għal kwistjonijiet fiskali
It-twaqqif ta' Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer, is-setgħat, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu
It-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu
It-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-intelliġenza artifiċjali f'era diġitali, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu

Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) ***
PDF122kWORD42k
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) (08662/1/2019 – C9-0004/2019 – )
P9_TA(2020)0134A9-0024/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08662/1/2019),

–wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) (08668/2019),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu43, l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), u l-Artikolu218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0004/2019),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u (4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0024/2020),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Cabo Verde.

(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0135.


Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) (龱żDZܳDzԾ)
PDF142kWORD47k
龱żDZܳDzԾ mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde (għall-2019 sal-2024) (08662/2019 – C9-0004/2019 – )
P9_TA(2020)0135A9-0023/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08662/2019),

–wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde (mill-2019 sal-2024) (08668/2019),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu43(2), l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v) u l-Artikolu218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C9-0004/2019),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2020(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–wara li kkunsidra l-Artikolu31(4) tar-Regolament (UE) Nru1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11ta'Diċembru2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS)(2),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12ta'April2016 dwar regoli komuni fid-dawl tal-applikazzjoni tad-dimensjoni esterna tal-PKS, inklużi l-ftehimiet dwar is-sajd(3),

–wara li kkunsidra r-rapport finali ta' Frar2018 bit-titlu "Ex-post and Ex-ante evaluation study of the Sustainable Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Republic of Cabo Verde" (Studju ta' evalwazzjoni ex-post u ex-ante tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde),

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0023/2020),

A.billi l-Kummissjoni u l-Gvern ta' Cabo Verde nnegozjaw ftehim ta' sħubija ġdid dwar is-sajd sostenibbli (SFPA bejn l-UE u Cabo Verde), flimkien mal-protokoll ta' implimentazzjoni għal perjodu ta' ħames snin;

B.billi l-għan ġenerali tal-SFPA bejn l-UE u Cabo Verde huwa li jżid il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd bejn l-UE u Cabo Verde, fl-interess taż-żewġ partijiet, billi jippromwovi politika tas-sajd sostenibbli u sfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona ekonomika esklużiva (ŻEE) ta' Cabo Verde;

C.billi l-użu tal-opportunitajiet tas-sajd taħt l-SFPA bejn l-UE u Cabo Verde preċedenti varja minn 58% sa 68%, b'użu tajjeb għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun u użu moderat għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u bastimenti bil-bastun u x-xlief;

D.billi l-klieb il-baħar jikkostitwixxu 20% tal-qbid, iżda n-nuqqas ta' data xjentifika jfisser li ċ-ċifra totali tista' ma tkunx preċiża u tista' tkun ferm ogħla;

E.billi l-SFPA bejn l-UE u Cabo Verde għandu jippromwovi żvilupp sostenibbli aktar effettiv tal-komunitajiet tas-sajd ta' Cabo Verde u tal-industriji u l-attivitajiet relatati, inkluża x-xjenza fil-qasam tas-sajd; billi l-appoġġ li għandu jiġi pprovdut taħt il-Protokoll għandu jkun konsistenti mal-pjanijiet nazzjonali ta' żvilupp u mal-Pjan ta' Azzjoni dwar it-Tkabbir Blu għall-iżvilupp fil-limiti ekoloġiċi, imfassal man-Nazzjonijiet Uniti biex iżid il-produzzjoni u l-professjonalità tas-settur sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni lokali għall-ikel u l-impjieg;

F.billi l-impenji meħuda mill-UE fil-qafas tal-ftehimiet internazzjonali għandhom jiġu appoġġati wkoll fil-qafas tal-SFPA, b'mod partikolari l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti, speċjalment l-SDG14, u billi l-azzjonijiet kollha tal-UE, inkluż l-SFPA, iridu jikkontribwixxu għal dawk l-objettivi;

G.billi l-UE, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, qed tikkontribwixxi baġit pluriennali ta' EUR55miljun lil Cabo Verde, li jiffoka fuq settur wieħed ewlieni, jiġifieri l-Kuntratt ta' Governanza Tajba u Żvilupp (GGDC);

H.billi l-SFPA għandu jikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd ta' Cabo Verde u billi l-infrastruttura bażika, bħalma huma l-portijiet, is-siti ta' żbark, il-faċilitajiet ta' ħżin u l-impjanti tal-ipproċessar, jeħtieġ li tinbena jew tiġi rinnovata;

I.billi l-Parlament għandu jiġi infurmat immedjatament u bis-sħiħ, fl-istadji kollha, dwar il-proċeduri relatati mal-Protokoll u mat-tiġdid tiegħu;

1.Huwa tal-fehma li l-SFPA bejn l-UE u Cabo Verde għandu jkollu żewġ għanijiet ta' importanza ugwali: (1) li jipprovdi opportunitajiet tas-sajd għal bastimenti tal-UE fiż-ŻEE ta' Cabo Verde, abbażi tal-aħjar għarfien u pariri xjentifiċi disponibbli u mingħajr ma jinterferixxi ma' miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni mill-organizzazzjonijiet reġjonali li għalihom tappartjeni Cabo Verde – b'mod partikolari l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) – jew mingħajr ma jaqbeż l-eċċess disponibbli; u (2) li jippromwovi l-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika ulterjuri bejn l-UE u Cabo Verde fil-qasam tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta' Cabo Verde, filwaqt li fl-istess ħin ma jikkompromettix l-għażliet u l-istrateġiji sovrani ta' Cabo Verde relatati mal-iżvilupp tiegħu stess; iqis, fl-istess ħin u fid-dawl tal-valur għoli tal-bijoloġija tal-baħar fl-ilmijiet ta' Cabo Verde, li l-ftehim għandu jiggarantixxi l-adozzjoni ta' miżuri li jnaqqsu s-sajd inċidentali minn bastimenti tal-UE fiż-ŻEE ta' Cabo Verde;

2.Huwa tal-fehma li għandhom jittieħdu miżuri biex jiggarantixxu li t-tunnellaġġ ta' referenza stipulat fil-ftehim ma jinqabiżx;

3.Jiġbed l-attenzjoni għall-konstazzjonijiet tal-valutazzjonijiet retrospettivi u prospettivi tal-Protokoll tal-SFPA bejn l-UE u Cabo Verde2014-2018, magħmula f'Mejju2018, li ddikjaraw li l-Protokoll b'mod ġenerali kien wera li kien effikaċi, effiċjenti u xieraq għall-interessi involuti, u kien konsistenti mal-politika settorjali ta' Cabo Verde, b'kisba ta' grad għoli ta' aċċettabbiltà min-naħa tal-partijiet ikkonċernati, u li rrakkomandaw il-possibbiltà li jiġi konkluż protokoll ġdid; jenfasizza li hemm lok għal progress aktar effettiv f'termini ta' kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd bejn l-UE u Cabo Verde u jqis li l-protokoll il-ġdid għandu għalhekk imur lil hinn mill-protokolli preċedenti fl-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim, b'mod partikolari fir-rigward tal-appoġġ għall-iżvilupp għas-settur tas-sajd ta' Cabo Verde;

4.Jappoġġa l-ħtieġa li jsir progress sinifikanti fl-iżvilupp tas-settur tas-sajd ta' Cabo Verde, inkluża l-industrija tas-sajd u l-attivitajiet relatati, u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa, inkluża l-possibbiltà ta' reviżjoni u t-tisħiħ tal-komponent ta' appoġġ settorjali tal-ftehim, flimkien mal-ħolqien ta' kundizzjonijiet li jippermettu ż-żieda tar-rata ta' assorbiment ta' dan l-appoġġ;

5.Iqis li l-SFPA bejn l-UE u Cabo Verde mhux se jilħaq l-objettivi tiegħu jekk ma jgħinx biex iżid il-valur miżjud f'Cabo Verde bħala riżultat tal-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd tiegħu;

6.Isostni li l-SFPA bejn l-UE u Cabo Verde u l-Protokoll tiegħu għandhom jiġu allinjati mal-pjanijiet nazzjonali ta' żvilupp u mal-Pjan dwar it-Tkabbir Blu għall-iżvilupp fil-limiti ekoloġiċi tas-settur tas-sajd ta' Cabo Verde, li huma oqsma ta' prijorità għall-appoġġ tal-UE u li għalihom l-assistenza teknika u finanzjarja neċessarja għandha tiġi mobilizzata, u b'mod speċifiku għandhom:

isaħħu l-kapaċità istituzzjonali u jtejbu l-governanza: l-abbozzar ta' leġiżlazzjoni, l-ibbażar fuq pjanijiet ta' ġestjoni u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' tali leġiżlazzjoni u pjanijiet ta' ġestjoni;
isaħħu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza fiż-ŻEE ta' Cabo Verde u ż-żoni ta' madwar;
isaħħu l-miżuri biex jiġu miġġielda l-attivitajiet ta' sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (IUU), inkluż fl-ilmijiet interni;
isaħħu s-sħubiji ma' pajjiżi oħra interessati fl-attività tas-sajd fiż-ŻEE ta' Cabo Verde, jiġifieri permezz ta' ftehimiet tas-sajd, u jiżguraw it-trasparenza billi jippubblikaw kwalunkwe kontenut tagħhom, u billi jistabbilixxu programm reġjonali għat-taħriġ u l-użu tal-osservaturi;
jappoġġaw l-istabbiliment u t-titjib ta' programm ta' ġbir ta' data li jippermetti lill-awtoritajiet ta' Cabo Verde jifhmu r-riżorsi disponibbli u jappoġġaw il-valutazzjoni xjentifika tar-riżorsi, u li jirriżulta f'proċess deċiżjonali bbażat fuq l-aħjar għarfien xjentifiku disponibbli;
jippermettu l-kostruzzjoni u/jew ir-rinnovazzjoni ta' infrastruttura ewlenija għas-sajd u attivitajiet relatati, bħal mollijiet għall-ħatt l-art u portijiet (kemm industrijali kif ukoll artiġjanali, pereżempju fil-port ta' Mindelo fil-gżira ta' São Vicente), siti għall-ħżin u l-ipproċessar tal-ħut, swieq, infrastruttura tad-distribuzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, u laboratorji għall-analiżi tal-kwalità;
jappoġġaw u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema kollha, b'mod partikolari għan-nisa fl-attivitajiet kollha relatati mas-sajd, mhux biss għal dak li jikkonċerna l-kummerċjalizzazzjoni iżda wkoll it-trasformazzjoni, il-ġestjoni tas-sajd u x-xjenza;
jappoġġaw l-għarfien xjentifiku meħtieġ għall-istabbiliment ta' żoni tal-baħar protetti, inkluż l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll tagħhom;
jillimitaw il-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet sensittivi, bħall-fkieren tal-baħar;
jippermettu t-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-irġiel u lin-nisa fl-industrija tas-sajd, speċjalment dawk involuti fis-sajd artiġjanali fuq skala żgħira, u b'hekk jgħinu biex jissaħħu l-kapaċitajiet tekniċi, ta' ġestjoni u ta' negozjar;
iservu biex jiġu stabbiliti u/jew jiġu mmodernizzati ċentri ta' taħriġ bażiku u vokazzjonali, biex b'hekk jgħollu l-livelli tal-ħiliet tas-sajjieda, il-baħħara u n-nisa attivi fis-settur tas-sajd u f'attivitajiet oħra marbuta mal-ekonomija blu;
isaħħu l-miżuri intiżi sabiex jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom fis-sajd;
isaħħu l-kapaċitajiet ta' riċerka xjentifika u l-abbiltà li jiġu mmonitorjati r-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar;
itejbu s-sostenibbiltà tar-riżorsi tal-baħar b'mod ġenerali;

7.Jilqa' l-fatt li l-ftehim ma jikkonċernax ħut pelaġiku żgħir li huwa ta' importanza kbira għall-popolazzjoni lokali u li għalih m'hemmx eċċess;

8.Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-impatt potenzjalment negattiv tal-attivitajiet relatati mas-sajd fuq il-popolazzjoni tal-klieb il-baħar fiż-ŻEE ta' Cabo Verde;

9.Iqis li hija meħtieġa evalwazzjoni aktar dettaljata tal-benefiċċji li l-implimentazzjoni tal-Protokoll se ġġib għall-ekonomiji lokali (impjiegi, infrastruttura, titjib soċjali);

10.Iqis li huwa mixtieq li jittejbu l-kwantità u l-preċiżjoni tad-data dwar il-qabdiet kollha (speċijiet fil-mira u qabdiet aċċessorji), dwar l-istatus ta' konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u dwar l-impatt tal-attività tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, u li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-appoġġ settorjali sabiex ikun hemm valutazzjoni aktar preċiża tal-impatt tal-ftehim fuq l-ekosistema tal-baħar, ir-riżorsi tas-sajd u l-komunitajiet lokali, inkluż l-impatt soċjali u ekonomiku tiegħu;

11.Iqis li, fid-dawl tal-possibbiltà tal-għeluq jew tal-limitazzjoni tal-attività tas-sajd, il-ħtiġijiet tas-sajd lokali għandhom jiġu indirizzati l-ewwel, fuq il-bażi ta' parir xjentifiku tajjeb, sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi jkunu sostenibbli;

12.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet ta' Cabo Verde biex itejbu l-ġbir tad-data fuq l-istokkijiet u l-monitoraġġ tagħhom fil-kuntest tas-sajd żejjed, b'enfasi partikolari fuq il-klieb il-baħar;

13.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fil-politiki ta' kooperazzjoni u ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp li jiffokaw fuq Cabo Verde, iżommu f'moħħhom li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-appoġġ settorjali stabbilit f'dan l-SFPA għandhom jikkomplementaw lil xulxin sabiex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-settur lokali tas-sajd u jiżguraw li l-pajjiż ikollu sovranità sħiħa fuq ir-riżorsi tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u strumenti rilevanti oħra, il-passi meħtieġa għall-provvista ta' infrastruttura li, minħabba l-iskala u l-ispiża tagħha, ma tistax tinbena biss permezz ta' appoġġ settorjali fil-qafas tal-SFPA, pereżempju l-portijiet tas-sajd (kemm industrijali kif ukoll artiġjanali);

14.Jappoġġa l-ħtieġa li jiżdied il-kontribut tal-SFPA għall-ħolqien, fil-livell lokali, ta' impjiegi diretti u indiretti, kemm fuq il-bastimenti li joperaw fil-qafas tal-SFPA kif ukoll fl-attivitajiet relatati mas-sajd, kemm upstream kif ukoll downstream; iqis li l-Istati Membri jista' jkollhom rwol ewlieni u jipparteċipaw b'mod attiv fil-bini tal-kapaċità u fl-isforzi ta' taħriġ għal dan l-għan;

15.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu aktar il-kooperazzjoni tagħhom ma' Cabo Verde, jevalwaw il-possibbiltajiet għat-titjib tal-assistenza għall-iżvilupp futur, prinċipalment fl-ambitu tal-Istrument il-ġdid ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) propost bħala parti mill-baġit tal-UE għall-2021-2027, u b'mod partikolari billi jqisu l-użu tajjeb tal-fondi tal-UE f'Cabo Verde u l-istabbiltà politika tal-pajjiż f'kuntest ġeopolitiku kumpless, li jrid jiġi appoġġat u ppremjat;

16.Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lir-Repubblika ta' Cabo Verde tuża l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-Protokoll biex issaħħaħ l-industrija nazzjonali tas-sajd tagħha fit-tul, tinkoraġġixxi d-domanda għal investiment lokali u proġetti industrijali, u tħeġġeġ it-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli, biex b'hekk toħloq impjiegi lokali u tagħmel mod li l-attivitajiet relatati mas-sajd ikunu aktar interessanti għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ;

17.Jistieden lill-Kummissjoni tibgħat lill-Parlament u tagħmel pubblikament disponibbli l-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu9 tal-ftehim u l-eżiti tal-evalwazzjonijiet annwali; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-attendenza tar-rappreżentanti tal-Parlament, bħala osservaturi, fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet tas-sajd ta' Cabo Verde l-partijiet ikkonċernati assoċjati;

18.Iqis li għandha tinġabar informazzjoni dwar il-benefiċċji li l-implimentazzjoni tal-Protokoll iġġib għall-ekonomiji lokali (impjiegi, infrastruttura, titjib soċjali);

19.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tas-setgħat tagħhom, biex iżommu lill-Parlament infurmat minnufih u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċeduri marbuta mal-Protokoll u, jekk applikabbli, tat-tiġdid tiegħu, skont l-Artikolu13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu218(10) tat-TFUE;

20.Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni, u b'mod partikolari tal-Kunsill, għall-fatt li l-persistenza li l-applikazzjoni proviżorja ta' ftehimiet internazzjonali tipproċedi qabel ma l-Parlament ikun ta l-approvazzjoni tiegħu mhijiex kompatibbli mal-prinċipji gwida tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, li din il-prattika tnaqqas bil-kbir l-istatus tal-Parlament bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament b'mod demokratiku, u wkoll li tagħmel ħsara lill-kredenzjali demokratiċi tal-UE kollha kemm hi;

21.Jistieden lill-Kummissjoni tintegra aħjar ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-SFPA bejn l-UE u Cabo Verte u tieħu kont tagħhom, pereżempju, fil-proċeduri għat-tiġdid tal-Protokoll;

22.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika ta' Cabo Verde.

(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0134.
(2) ĠU L354, 28.12.2013, p.22.
(3) ĠU C58, 15.2.2018, p.93.


Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019 -2024) ***
PDF121kWORD42k
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019-2024) (08928/2019 – C9-0011/2019 – )
P9_TA(2020)0136A9-0012/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08928/2019),

–wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (08894/2019),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu43, l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), u l-Artikolu218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0011/2019),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2020(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u (4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0012/2020),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0137.


Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Guinea-Bissau (2019-2024) (龱żDZܳDzԾ)
PDF148kWORD49k
龱żDZܳDzԾ mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (mill-2019 sal-2024) (08928/2019 – C9-0011/2019 – )
P9_TA(2020)0137A9-0013/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill (08928/2019),

–wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (08894/2019) ("il-Protokoll"),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu43, l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), u l-Artikolu218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0011/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu31(4) tar-Regolament (UE) Nru1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11ta'Diċembru2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru1954/2003 u (KE) Nru1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru2371/2002 u (KE) Nru639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill2004/585/KE (Politika Komuni tas-Sajd)(1),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12ta'April2016 dwar regoli komuni fid-dawl tal-applikazzjoni tad-dimensjoni esterna tal-PKS, inklużi l-Ftehimiet dwar is-Sajd(2),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2020(3) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni,

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0013/2020),

A.billi l-objettiv ġenerali tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Guinea-Bissau huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd bejn l-UE u l-Guinea-Bissau, fl-interess taż-żewġ partijiet, permezz tal-promozzjoni ta' politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament san u sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau, flimkien mal-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Guinea-Bissau u tal-ekonomija blu tagħha;

B.billi, b'mod ġenerali, l-użu tal-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli preċedenti jitqies bħala wieħed sodisfaċenti;

C.billi l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Guinea-Bissau huwa importanti ferm fil-kuntest tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli konklużi min-naħa tal-UE ma' pajjiżi terzi, u bħalissa huwa t-tielet Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli l-aktar importanti f'dawk li huma fondi involuti, u joffri l-vantaġġ miżjud li hu wieħed minn tliet ftehimiet biss li jippermettu l-aċċess għas-sajd imħallat;

D.billi l-kontribut tas-sajd tal-Guinea-Bissau għar-rikkezza tal-pajjiż huwa baxx ħafna (3,5% tal-PDG fl-2015), għad li l-fondi li se jirċievi l-pajjiż permezz tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess għar-riżorsi se jagħmel kontribut sinifikanti għall-finanzi pubbliċi nazzjonali tiegħu;

E.billi, meta mqabbel mal-Protokoll preċedenti, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE żdiedet minn EUR9miljun għal EUR11,6-ilmiljun fis-sena fir-rigward tal-ammont annwali għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd u minn EUR3miljun għal EUR4miljun fis-sena fir-rigward tal-appoġġ tal-UE għall-politika settorjali tas-sajd tal-Guinea-Bissau;

F.billi tul il-perjodu kopert mill-Protokoll, l-opportunitajiet tas-sajd se jiġu definiti b'żewġ modi differenti: matul l-ewwel sentejn, l-isforz tas-sajd (imkejjel f'termini ta’ tunnellaġġ gross reġistrat (TGR)), u matul l-aħħar tlietsnin, il-qabdiet totali permissibbli (f'tunnellati); billi din it-tranżizzjoni għandha tkun akkumpanjata, matul l-ewwel sentejn tal-Protokoll, mill-implimentazzjoni ta' sistema elettronika ta' rappurtar (SER) tal-qabdiet u l-ipproċessar tad-data tal-qabdiet;

G.billi matul l-ewwel perjodu kopert mill-Protokoll, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-flotot tal-UE huma dawn li ġejjin: 3700TGR għall-bastimenti tat-tkarkir mgħammar bi friża għas-sajd tal-gambli, 3500TGR għall-bastimenti tat-tkarkir mgħammar bi friża għas-sajd tal-ħut bil-pinen u ċ-ċefalopodi u 15000TGR għall-bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi żgħar, 28bastiment bit-tartarun u bil-konz mgħammar bi friża għas-sajd tat-tonn, u 13-ilbastiment bil-bastun u x-xlief għas-sajd għat-tonn; billi, matul it-tieni perjodu, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-flotot tal-UE huma dawn li ġejjin: 2500tunnellata għall-bastimenti tat-tkarkir mgħammar bi friża għas-sajd tal-gambli, 11000għall-bastimenti tat-tkarkir mgħammar bi friża għas-sajd tal-ħut bil-pinen, 1500tunnellata għall-bastimenti tat-tkarkir mgħammar bi friża għas-sajd taċ-ċefalopodi u 18000tunnellata għall-bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi żgħar, 28bastiment bit-tartarun u bil-konz mgħammar bi friża għas-sajd tat-tonn, u 13-ilbastimenti tas-sajd għat-tonn bil-bastun u x-xlief;

H.billi l-ewwel ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Guinea-Bissau kien imur lura għall-1980; billi l-protokoll preċedenti tal-Ftehim skada fit-23ta'Novembru2017; billi l-prestazzjoni tal-komponent tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' dawn il-ftehimiet (jiġifieri l-appoġġ settorjali) ma kinitx globalment sodisfaċenti; billi, minkejja dan, ġie rreġistrat progress fil-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd u fil-kapaċità tal-ispezzjoni sanitarja, bħalma ġie rreġistrat progress ukoll fil-parteċipazzjoni tal-Guinea-Bissau fil-korpi reġjonali tas-sajd; billi l-kooperazzjoni settorjali hemm bżonn li tissaħħaħ sabiex jiġi promoss aħjar l-iżvilupp tas-settur tas-sajd lokali u l-industriji u l-attivitajiet relatati ħalli jiġi żgurat li proporzjon akbar tal-valur miżjud maħluq mill-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-pajjiż jibqa' fil-Guinea-Bissau;

I.billi, sabiex is-settur tas-sajd tal-Guinea-Bissau jiżviluppa, jeħtieġ li tiġi installata infrastruttura bażika, bħal portijiet, siti ta' ħatt l-art, faċilitajiet għall-ħżin u impjanti għall-ipproċessar, li għadhom jonqsu, bi sforz biex jiġi attirat il-ħatt l-art tal-ħut li jinqabad fl-ilmijiet tal-Guinea-Bissau;

J.billi s-sena2021 se tara l-bidu tad-Deċennju tan-Nazzjonijiet Uniti tax-Xjenza dwar l-Oċeani għall-Iżvilupp Sostenibbli (2021-2030); billi l-pajjiżi terzi għandhom jiġu inkoraġġiti jwettqu rwol ewlieni fil-kisba tal-għarfien;

K.billi l-kummerċ tal-prodotti tas-sajd mill-Guinea-Bissau kien ġie pprojbit min-naħa tal-UE għal bosta snin minħabba li l-pajjiż ma kienx kapaċi jikkonforma mal-miżuri sanitarji mitluba mill-UE; billi d-dewmien fil-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-laboratorju analitiku (CIPA) huwa l-ostaklu ewlieni għall-esportazzjoni tal-prodotti tas-sajd mill-Guinea-Bissau lejn l-UE; billi l-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau u l-Kummissjoni qed jaħdmu flimkien fil-proċess ta' ċertifikazzjoni sabiex ineħħu l-projbizzjoni;

L.billi hemm bżonn li jiġi żgurat li proporzjon akbar tal-valur miżjud iġġenerat mill-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau jibqa' fil-pajjiż;

M.billi l-impjieg dirett fis-settur tas-sajd fil-Guinea-Bissau kien limitat, anke f'dak li jirrigwarda l-impjieg ta' membri tal-ekwipaġġ lokali abbord il-bastimenti (attwalment, l-għadd ta' dawk li qed jaħdmu fuq dawn il-bastimenti huwa iktar baxx minn meta ġie konkluż il-Protokoll preċedenti) jew in-nisa, li l-għajxien u l-impjiegi tagħhom jiddependu mis-settur tas-sajd;

N.billi meta mqabbel mal-Protokoll preċedenti, l-għadd ta' baħrin li għandhom jitħaddmu abbord fil-flotta tal-UE żdied b'mod sinifikanti; billi s-sidien tal-bastimenti tal-UE għandhom jagħmlu ħilithom biex iħaddmu abbord baħrin mill-Guinea-Bissau addizzjonali; billi l-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista indikattiva tal-baħrin ikkwalifikati li huma kandidati li jitħaddmu abbord mill-bastimenti tal-UE;

O.billi saru avvanzi fil-ġlieda kontra s-sajd IUU (illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat) fl-ilmijiet territorjali tal-Guinea-Bissau, bis-saħħa tal-metodi mtejba ta' superviżjoni taż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tal-Guinea-Bissau, jiġifieri dawk allokati lill-FISCAP (Spezzjoni u Kontroll tal-Attivitajiet tas-Sajd), li tinkludi korp ta' osservaturi u bastimenti tal-għassa veloċi; billi għadhom jeżistu difetti u nuqqasijiet li jridu jingħelbu, li jinkludu kwistjonijiet relatati tas-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti (Vessel Monitoring System -VMS);

P.billi saru avvanzi f'dak li jikkonċerna t-tfassil tal-profili tal-istokkijiet demersali fiż-ŻEE tal-Guinea-Bissau, u b'mod partikolari r-"rapport tal-kampanja għall-valutazzjoni tal-istokkijiet demersali fiż-ŻEE tal-Guinea-Bissau" ta' Jannar2019;

Q.billi l-Guinea-Bissau hija waħda mit-13-ilpajjiż li jaqgħu taħt l-ambitu tal-proġett "Improved regional fisheries governance in western Africa (PESCAO)" (Governanza reġjonali tas-sajd imtejba fl-Afrika tal-Punent (PESCAO)) adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)2951 tat-28ta'April2017, li, fost objettivi oħra, għandu l-għan li jsaħħaħ il-prevenzjoni tas-sajdIUU u t-tweġibiet għalih billi jtejjeb il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza fil-livell nazzjonali u f'dak reġjonali;

R.billi l-integrazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru qabel min-naħa tal-Parlament fil-Protokoll attwali ma kinitx għalkollox sodisfaċenti;

S.billi l-Parlament għandu jiġi infurmat kif dovut fi żmien utli u fl-istadji kollha bil-proċeduri li jkollhom x'jaqsmu mal-Protokoll jew mat-tiġdid tiegħu.

1.Jinnota l-importanza tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Guinea-Bissau, kemm għall-flotot tal-Guinea-Bissau kif ukoll għal dawk tal-UE li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau; jenfasizza li hemm lok għal progress aktar effettiv f'dik li hi kooperazzjoni tas-sajd bejn l-UE u l-Guinea-Bissau u jtenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tieħu kull pass meħtieġ biex tmur lil hinn mill-protokolli preċedenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim biex jiġi żgurat li dan il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jwassal għal livelli sodisfaċenti ta' żvilupp tas-settur tas-sajd lokali f'termini globali, u għandu jkun konsistenti mal-objettivi msemmija fl-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG)14 tan-NU li l-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar jiġu konservati u użati b'mod sostenibbli għal żvilupp sostenibbli;

2.Iqis li l-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Guinea-Bissau kellhom livelli differenti ta' suċċess: filwaqt li l-ftehim offra u jipprovdi opportunitajiet tas-sajd konsiderevoli għall-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u s-sidien tal-bastimenti Ewropej għamlu użu konsiderevoli minn dawn l-opportunitajiet, is-settur tas-sajd lokali, b'mod ġenerali, ma żviluppax biżżejjed jew b'mod sodisfaċenti;

3.Jenfasizza li, fl-Artikolu3 tiegħu, il-Protokoll jinkludi klawżola ta' nondiskriminazzjoni li permezz tagħha l-Guinea-Bissau tintrabat li ma tagħtix kundizzjonijiet tekniċi aktar favorevoli lil flotot barranin oħra li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau li għandhom l-istess karatteristiċi u li jimmiraw li jaqbdu l-istess speċijiet; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib il-ftehimiet tas-sajd li l-UE għandha mal-pajjiżi terzi li jinsabu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau;

4.Jilqa' l-kontribut tal-bastimenti tal-UE għas-sigurtà tal-ikel fil-Guinea-Bissau permezz tal-ħatt l-art dirett, kif speċifikat fil-Kapitolu5 tal-Anness tal-Protokoll, għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali u għall-promozzjoni tal-kummerċ u l-konsum intern tal-ħut;

5.Iqis li tranżizzjoni fil-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd (minn ġestjoni tal-isforz tas-sajd għal ġestjoni tal-qabdiet totali permissibbli) tikkostitwixxi sfida għal dan il-Protokoll; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Guinea-Bissau jippromwovu, mingħajr dewmien, tranżizzjoni xierqa u effikaċi, li tissalvagwardja l-affidabbiltà u l-effikaċja meħtieġa tas-SER u tal-ipproċessar tad-data tal-qabdiet;

6.Jappoġġa l-ħtieġa li jsir progress sinifikanti fl-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Guinea-Bissau, inkluża l-industrija tas-sajd u l-attivitajiet relatati, u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa – inkluża l-possibbiltà ta' reviżjoni u t-tisħiħ tal-komponent ta' appoġġ settorjali tal-ftehim, flimkien ma' miżuri biex tiżdied ir-rata ta' assorbiment tal-kontribuzzjoni finanzjarja – bil-għan li dan l-objettiv jintlaħaq;

7.Iqis li l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Guinea-Bissau mhux se jilħaq l-objettivi tiegħu jekk ma jgħinx biex tiġi stabbilita sistema ta' ġestjoni għall-isfruttament fit-tul u sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tagħha; iqis li huwa tal-akbar importanza li d-dispożizzjonijiet spjegati fil-Protokoll dwar l-appoġġ settorjali jiġu rispettati sabiex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija nazzjonali għas-sajd u għall-ekonomija blu; jidentifika, f'dan ir-rigward, bħala oqsma ta' prijorità għall-appoġġ tal-UE, il-mobilizzazzjoni tal-assistenza teknika u finanzjarja meħtieġa sabiex:

a. tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali, b'mod partikolari l-istrateġiji ta' governanza reġjonali u globali tas-sajd, sabiex jitqiesu l-impatti kumulattivi tal-ftehimiet differenti dwar is-sajd tal-pajjiżi fir-reġjun;
b. jingħata appoġġ għat-tisħiħ taż-żoni tal-baħar protetti sabiex isir progress lejn ġestjoni integrata tar-riżorsi tas-sajd;
c. tiġi żviluppata infrastruttura ewlenija għas-sajd u għall-attivitajiet relatati, bħal portijiet (kemm industrijali kif ukoll artiġjanali), siti ta' ħatt l-art, ħżin u pproċessar tal-ħut, strutturi għad-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni u laboratorji għall-analiżi tal-kwalità, bil-ħsieb li jiġi attirat il-ħatt l-art tal-ħut li jinqabad fl-ilmijiet tal-Guinea-Bissau;
d. tissaħħaħ il-kapaċità tal-operaturi lokali fis-settur tas-sajd billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-sajjieda;
e. jiġu mħarrġa l-professjonisti fis-settur tas-sajd;
f. jingħata appoġġ għas-sajd fuq skala żgħira,
g. jingħata kontribut għall-kondizzjoni ekoloġika tajba tal-ambjent tal-baħar, b'mod partikolari billi jingħata appoġġ lill-ġbir tal-iskart u tal-irkaptu tas-sajd li jsir mill-atturi lokali;
h. jiġi rikonoxxut u msaħħaħ ir-rwol tan-nisa u taż-żgħażagħ fis-sajd, u tittejjeb l-organizzazzjoni tar-rwoli tagħhom billi jingħata appoġġ lill-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan il-għan;

8.Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fil-politiki ta' kooperazzjoni u ta' assistenza uffiċjali għall-iżvilupp tagħhom, iqisu l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u l-appoġġ settorjali previst fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Guinea-Bissau għandhom jikkomplementaw lil xulxin u jkunu għalkollox ikkoordinati, bil-għan li is-settur tas-sajd lokali jissaħħaħ;

9.Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd dejjem jikber ta' impjanti tal-ħut mitħun u taż-żejt tal-ħuta fuq il-kosta tal-Afrika tal-Punent, li huma fornuti wkoll b'ħut mill-ilmijiet tal-Guinea-Bissau; jissottolinja l-fatt li s-sajd għall-ħut żgħir tal-għalf imur kontra l-prinċipju tas-sostenibbiltà u tal-forniment ta' riżorsi ta' proteini prezzjużi għall-komunità lokali; jilqa' l-espansjoni tal-faċilitajiet portwarji u ta' ħatt l-art fil-Guinea-Bissau, iżda fl-istess ħin jesprimi t-tħassib tiegħu li dan jista' jiġi segwit bil-kostruzzjoni ta' impjanti ġodda tal-ħut mitħun;

10.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti tas-sajd mill-Guinea-Bissau lejn l-UE, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-verifika tal-kundizzjonijiet sanitarji meħtieġa u ċ-ċertifikazzjoni tal-laboratorju analitiku (CIPA), ħalli tiġi megħluba l-projbizzjoni attwali, tingħata spinta lill-iżvilupp tas-settur tas-sajd lokali u, konsegwentement, isir progress biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli;

11.Jappoġġa l-ħtieġa li jissaħħaħ il-kontribut tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli għall-ħolqien, fil-livell lokali, ta' impjiegi diretti u indiretti, kemm fuq il-bastimenti li joperaw taħt il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli kif ukoll fl-attivitajiet tas-sajd, kemm upstream kif ukoll downstream; iqis li l-Istati Membri jista' jkollhom rwol ewlieni u jkunu parti attiva fil-bini tal-kapaċitajiet u fl-isforzi ta' taħriġ biex dan jirnexxi;

12.Ifakkar fin-natura unika tal-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta tal-Guinea-Bissau, bħalma huma l-foresti tal-mangrovji, li jaġixxu bħala ħabitats ta' trawwim għar-riżorsi tas-sajd, u li jeħtieġu azzjoni mmirata għall-protezzjoni u l-irkupru tal-bijodiversità;

13.Iqis li għandha tinġabar informazzjoni dwar il-benefiċċji li l-implimentazzjoni tal-Protokoll iġġib għall-ekonomiji lokali (pereżempju impjiegi, infrastruttura, titjibiet soċjali);

14.Iqis li hemm il-bżonn li jsir titjib fil-kwantità u l-kwalità tad-data dwar il-qabdiet kollha (il-qabdiet fil-mira u dawk inċidentali), dwar l-istatus ta' konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u, b'mod ġenerali, dwar l-impatt li għandu l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli fuq l-ekosistemi, u jqis ukoll li għandu jsir sforz biex tiġi żviluppata l-kapaċità tal-Guinea-Bissau li tikseb tali data; jistieden lill-Kummissjoni tgħin biex jiġi żgurat li l-korpi responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli, jiġifieri l-Kumitat Konġunt u l-Kumitat Xjentifiku Konġunt, ikunu jistgħu joperaw mingħajr xkiel, bl-involviment tal-assoċjazzjonijiet tas-sajjieda artiġjanali, l-assoċjazzjonijiet tan-nisa li jaħdmu fis-settur tas-sajd, it-trejdjunjins, ir-rappreżentanti tal-komunitajiet tal-kosta u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Guinea-Bissau;

15.Iqis li hemm il-bżonn assolut li l-ġbir tad-data dwar il-qabdiet fil-Guinea-Bissau jittejjeb; jitlob, barra minn hekk, li jsir titjib fit-trażmissjoni tad-data ġġenerata mis-sistemi tal-VMS tal-bastimenti tal-UE permezz tal-istat tal-bandiera lill-awtoritajiet Afrikani; jitlob li jkun hemm interoperabbiltà aħjar tas-sistema tad-data;

16.Iħeġġeġ il-pubblikazzjoni ta' rapporti dwar l-azzjonijiet li ġew appoġġati mill-appoġġ settorjali għal aktar trasparenza;

17.Iqis li, jekk jiġri li s-sajd jingħalaq jew jiġu introdotti restrizzjonijiet fuq is-sajd, bil-għan li jiġi żgurat li r-riżorsi jkunu sostenibbli, kif hemm stabbilit fil-Protokoll, il-ħtiġijiet tas-sajd lokali għandhom jiġu indirizzati l-ewwel abbażi ta' parir xjentifiku sod;

18.Jenfasizza l-importanza tar-rekwiżit ta' bilanċ pożittiv għall-bastimenti tal-Unjoni li jistadu fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi;

19.Jappoġġa l-ħtieġa - bil-ħsieb li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-attivitajiet tas-sajd - li jittejbu l-governanza, il-kontroll u s-sorveljanza taż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u li jiġi miġġieled is-sajd IUU, inter alia, billi jiġi intensifikat il-monitoraġġ tal-bastimenti (permezz tas-sistema ta' monitoraġġ tal-basimenti, VMS);

20.Iħeġġeġ l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza, li jkunu jinvolvu l-pubblikazzjoni tal-ftehimiet kollha konklużi ma' stati jew entitajiet privati li jkunu taw lil bastimenti barranin aċċess għaż-ŻEE tal-Guinea-Bissau;

21.Jenfasizza kemm hu importanti li l-opportunitajiet tas-sajd ipprovduti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jiġu allokati abbażi tal-prinċipji tal-ekwità, tal-bilanċ u tat-trasparenza;

22.Jenfasizza kemm hu importanti li l-ħatt l-art tal-ħut fil-portijiet tal-Guinea-Bissau jikkontribwixxi għall-attivitajiet tal-ipproċessar lokali u għas-sigurtà tal-ikel, kemm f'dawk li huma speċijiet kif ukoll f'dik li hi kwalità;

23.Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, il-programm settorjali pluriennali msemmi fl-Artikolu5 tal-Protokoll u r-riżultati tal-evalwazzjonijiet annwali tagħha, informazzjoni dwar il-koordinament ta' dan il-programm mal-pjan strateġiku għall-iżvilupp tas-sajd tal-Guinea-Bissau (2015-2020), il-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt, kif ukoll informazzjoni dwar is-sajdIUU fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau, l-integrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tal-UE fis-settur tas-sajd tal-Guinea-Bissau (l-Artikolu10 tal-Protokoll) u l-verifika tal-konformità mal-obbligi tas-sidien tal-bastimenti (eż. fir-rigward tal-kontribuzzjoni in natura prevista mill-KapitoluV tal-Anness tal-Protokoll); jistieden lill-Kummissjoni biex, fi żmien l-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, tressaq quddiem il-Parlament rapport sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

24.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata dwar l-iżvilupp tal-attivitajiet assoċjati mas-sajd għall-ħut żgħir tal-għalf fir-reġjun;

25.Jistieden lill-Kummissjoni tintegra aħjar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fil-ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-UE u l-Guinea-Bissau u tieħu kont tagħhom fil-proċeduri għat-tiġdid tal-Protokoll;

26.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Guinea-Bissau.

(1) ĠU L354, 28.12.2013, p.22.
(2) ĠU C58, 15.2.2018, p.93.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0136.


Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn is-São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea ***
PDF122kWORD42k
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea (12199/2019 – C9-0001/2020 – )
P9_TA(2020)0138A9-0001/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12199/2019),

–wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea (12202/2019),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu43, l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), u l-Artikolu218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0001/2020),

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u (4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0001/2020),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe.


Ftehim UE-Żvizzera dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO tal-Iżvizzera (Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994) dwar il-laħam imħawwar ***
PDF125kWORD42k
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta' negozjati skont l-ArtikoluXXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta' laħam imħawwar (12482/2019 – C9-0194/2019 – )
P9_TA(2020)0139A9-0092/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12482/2019),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta' negozjati skont l-ArtikoluXXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta' laħam imħawwar (12483/2019),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0194/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u(4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-ܳċ Internazzjonali (A9-0092/2020),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera.


Talba għal finanzjament għar-riċerka bijomedika dwar l-enċefalomijelite mijalġika
PDF133kWORD45k
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar finanzjament addizzjonali għar-riċerka bijomedika dwar l-enċefalomijelite mijalġika ()
P9_TA(2020)0140B9-0186/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-Artikoli168 u 179 sa 181 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–wara li kkunsidra l-Artikolu35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-mistoqsija bil-miktub lill-Kummissjoni tat-2ta'Settembru2019 rigward "Ir-riċerka dwar l-enċefalomijelite mijalġika (ME)" (E-002599/2019) u t-tweġiba tal-Kummissjoni tat-28ta'Ottubru2019,

–wara li kkunsidra l-mistoqsija bil-miktub lill-Kummissjoni tal-4ta'Diċembru2018 dwar "Is-sindromu tal-għeja kronika" (E-006124/2018) u t-tweġiba tal-Kummissjoni tat-30ta'Jannar2019,

–wara li kkunsidra l-mistoqsija bil-miktub lill-Kummissjoni tat-28ta'Awwissu2018 dwar "L-enċefalomijelite mijalġika: rikonoxximent mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u appoġġ tal-Kummissjoni għar-riċerka u t-taħriġ" (E-004360/2018) u t-tweġiba tal-Kummissjoni tal-1ta'Novembru2018,

–wara li kkunsidra l-mistoqsija bil-miktub lill-Kummissjoni tad-9ta'Novembru2017 dwar "Il-finanzjament tar-riċerka dwar l-enċefalomijelite mijalġika/is-sindromu tal-għeja kronika" (E-006901/2017) u t-tweġiba tal-Kummissjoni tat-18ta'Diċembru2017,

–wara li kkunsidra l-Artikolu227(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva diversi petizzjonijiet li jqajmu tħassib dwar in-nuqqas ta' trattamenti u n-nuqqas ta' fondi tar-riċerka bijomedika dwar l-enċefalomijelite mijalġika/is-sindromu tal-għeja kronika (ME/CFS) fl-UE;

B.billi skont l-Artikolu35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kull persuna għandha "d-dritt li tgawdi minn kura medika skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali", filwaqt li strumenti internazzjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, jirrikonoxxu jew jirreferu għad-dritt għas-saħħa jew għal elementi tiegħu, bħad-dritt għall-kura medika;

C.billi l-azzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandhom ikunu diretti lejn it-titjib tas-saħħa pubblika; billi dan l-objettiv għandu jintlaħaq permezz tal-appoġġ tal-Unjoni lill-Istati Membri, billi titrawwem il-kooperazzjoni u titħeġġeġ ir-riċerka dwar il-kawżi, it-trażmissjoni u l-prevenzjoni tal-mard;

D.billi l-ME/CFS hija marda multisistemika kronika debilitanti li l-etjoloġija tagħha mhijiex magħrufa, u li s-sintomi, is-severità u l-progressjoni tagħha huma estremament varjabbli;

E.billi l-ME/CFS hija kklassifikata bħala diżordni tas-sistema nervuża mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa skont il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD-11) taħt il-kodiċi 8E49 (Sindromu tal-għeja postvirali);

F.billi l-ME/CFS hija marda kumplessa u ferm invalidanti, peress li l-għeja estrema u sintomi fiżiċi oħra jistgħu jagħmluha impossibbli li persuni affettwati jwettqu attivitajiet ta' kuljum; billi l-kwalità tal-ħajja tista' tiġi affettwata b'mod sever u l-pazjenti affettwati mill-ME/CFS jistgħu jispiċċaw kostretti jibqgħu fis-sodda jew id-dar bi tbatija serja, b'effetti negattivi fuq ir-relazzjonijiet soċjali u dawk bejn membri tal-familja u bi spejjeż sinifikanti għas-soċjetà f'termini ta' telf tal-kapaċità ta' xogħol;

G.billi jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lir-riskju għoli ta' esklużjoni soċjali tal-persuni affettwati mill-ME/CFS; billi f'dan is-sens, għall-persuni impjegati li jbatu bil-marda, huwa kruċjali li dawn ikunu jistgħu jibqgħu fil-post ta' impjieg tagħhom sabiex ma jispiċċawx iżolati;

H.billi għandhom jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jiġu aġġustati l-kundizzjonijiet u l-ambjent tax-xogħol tal-persuni impjegati li jbatu bl-ME/CFS; billi għandhom ikunu intitolati wkoll għall-adattament tal-post fejn jaħdmu u tal-ħin tax-xogħol;

I.billi għad m'hemm l-ebda testijiet bijomediċi ta' dijanjosi stabbiliti għall-ME/CFS, u lanqas m'hemm xi trattament approvat mill-UE/EMA;

J.billi l-inċidenza u l-prevalenza tal-ME/CFS fl-UE mhumiex magħrufa u l-istess jgħodd għall-piż soċjali u ekonomiku ġenerali li jirriżulta minn din il-marda, minħabba n-nuqqas ta' ġbir ta' data kkoordinat u komprensiv fil-livell tal-UE;

K.billi skont it-tweġiba tal-Kummissjoni tat-30ta'Awwissu2019 għall-Petizzjoni Nru0204/2019, il-marda ME/CFS hija dijanjostikata għal madwar 24miljun persuna fid-dinja iżda huwa meqjus li din iċ-ċifra tikkorrispondi biss għal 10% tan-numru effettiv ta' persuni affettwati mill-ME/CFS;

L.billi l-American Myalgic Encephalomyelitis and Chronic Fatigue Syndrome Society (Is-Soċjetà Amerikana tal-Enċefalomijelite Mijalġika u s-Sindromu tal-Għeja Kronika) tistma bejn 17-ilmiljun u 24miljun ruħ fid-dinja jbatu bl-ME/CFS;

M.billi jitqies li madwar żewġ miljun ruħ fl-UE, irrispettivament mill-etniċità, l-età jew is-sess, huma milquta mill-ME/CFS; billi fost l-adulti, in-nisa huma dawk l-aktar milquta;

N.billi sal-lum ma tantx nafu dwar il-marda tal-ME/CFS u, konsegwentement, ma ġietx dijanjostikata biżżejjed, minħabba li ma kienx hemm biżżejjed għarfien dwar din il-marda fost il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, jew inkella minħabba d-diffikultajiet fl-identifikazzjoni tas-sintomi u fin-nuqqas ta' testijiet dijanjostiċi xierqa; billi n-nuqqas ta' fehim tal-ME/CFS jista' jxekkel b'mod konsiderevoli r-rikonoxximent ta' diżabbiltà okkupazzjonali tal-pazjenti;

O.billi l-komunità tal-pazjenti tħossha mċaħħda u injorata mill-awtoritajiet pubbliċi u mis-soċjetà kollha kemm hi, u titlob b'mod leġittimu li jkun hemm aktar għarfien u finanzjament addizzjonali biex jiġi appoġġat il-progress fir-riċerka; billi l-pazjenti jilmentaw li jħossuhom stigmatizzati minħabba in-nuqqas ta' għarfien dwar din il-marda; billi l-istigma fir-rigward tad-drittijiet tal-persuni li jbatu bl-ME/CFS u t-tbatija psikoloġika marbuta magħha, li għandha impatt drammatiku fuq l-individwi, il-familji u s-soċjetà u fuq kull aspett tal-ħajja taċ-ċittadini, hija ta' spiss mhux rikonoxxuta b'mod xieraq;

P.billi hemm ir-riskju li jkun hemm ostakli għall-aċċess għall-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ milquta mill-ME/CFS;

Q.billi l-ħtieġa ta' rikonoxximent aħjar ta' dan it-tip ta' mard fil-livell tal-Istati Membri hija evidenti; billi għandu jiġi pprovdut taħriġ immirat speċifikament għas-sensibilizzazzjoni fost l-awtoritajiet pubbliċi, il-fornituri tal-kura tas-saħħa u l-uffiċjali pubbliċi inġenerali;

R.billi l-Petizzjoni0204/2019 irċeviet u għadha tirċievi numru sinifikanti ta' firem ta' appoġġ, minn pazjenti u mill-familji tagħhom kif ukoll mill-komunità xjentifika, u din tappella għal aktar riżorsi li għandhom jiġu investiti fir-riċerka bijomedika dwar l-ME/CFS u l-appoġġ lill-pazjent;

S.billi matul is-snin, diversi Membri tal-Parlament Ewropew ressqu mistoqsijiet lill-Kummissjoni dwar id-disponibbiltà ta' finanzjament tal-UE għar-riċerka dwar l-ME/CFS;

T.billi l-isforzi ta' riċerka dwar l-ME/CFS jibqgħu pjuttost ifframmentati u hemm nuqqas ta' koordinazzjoni tar-riċerka fil-livell tal-UE; billi, minkejja l-appoġġ mogħti minn Orizzont2020, il-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), għal għadd ta' proġetti ta' riċerka dwar disturbi newroloġiċi ta' etjoloġiji differenti kif ukoll riċerka dwar l-uġigħ (bħal Help4Me, GLORIA u l-RTCure), il-Kummissjoni ammettiet, fit-tweġiba tagħha tat-30ta'Jannar2019 għall-Mistoqsija bil-Miktub E-006124/2018, li "s'issa l-ebda proġett speċifiku dwar id-dijanjosi jew it-trattament tal-ME/CFS ma ġie appoġġat mill-Programmi Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni";

1.Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-inċidenza għolja tal-ME/CFS fl-UE, hekk kif madwar 2miljun ċittadin huma affettwati mill-marda;

2.Jilqa' l-appoġġ tal-Kummissjoni għall-organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija (COST), li reċentement ħolqot network integrat ta' riċerkaturi li jaħdmu fil-qasam tal-ME/CFS (Euromene); jemmen li l-Euromene jista' "jżid valur" lil attivitajiet li ma jkunux daqshekk effettivi jekk jitwettqu fil-livell nazzjonali biss;

3.Jilqa' l-ħidma li qed titwettaq bħalissa min-network Euromene bil-għan li jiġi stabbilit approċċ komuni għall-Ewropa kollha biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet serji fl-għarfien ta' din il-marda kumplessa u biex titwassal informazzjoni dwar il-piż tal-marda fl-Ewropa u dwar id-dijanjosi klinika u t-trattamenti potenzjali għall-fornituri tal-kura tas-saħħa, il-pazjenti u partijiet ikkonċernati oħra;

4.Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li għamlet fit-tweġiba tagħha tat-28ta'Ottubru2019 għall-Mistoqsija bil-Miktub E-002599/2019 biex tipprovdi aktar opportunitajiet għal riċerka dwar il-ME/CFS permezz tal-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni li jmiss li se jissostitwixxi Orizzont2020, jiġifieri Orizzont Ewropa;

5.Jiddispjaċih, madankollu, li l-inizjattivi ta' finanzjament adottati s'issa mill-Kummissjoni mhumiex biżżejjed; huwa mħasseb dwar in-nuqqas attwali ta' fondi tar-riċerka dwar l-ME/CFS, li hija kundizzjoni li tista' titqies bħala problema tas-saħħa pubblika moħbija fl-UE; jissottolinja l-ħtieġa dejjem aktar urġenti li jiġu indirizzati l-konsegwenzi umani u soċjoekonomiċi tal-għadd dejjem akbar ta' individwi li jgħixu u jaħdmu b'dawn il-kundizzjonijiet invalidanti u kroniċi fit-tul li jaffettwaw is-sostenibbiltà u l-kontinwità tax-xogħol u l-impjieg tagħhom;

6.Jistieden lill-Kummissjoni talloka fondi addizzjonali u tipprijoritizza sejħiet għal proġetti ffokati speċifikament fuq ir-riċerka bijomedika dwar l-ME/CFS, bil-għan li jiġu żviluppati u vvalidati test bijomediku ta' dijanjosi u trattamenti bijomediċi effettivi li jistgħu jfejqu l-marda jew itaffu l-effetti tagħha;

7.Jemmen li n-nuqqas attwali ta' fondi għar-riċerka bijomedika dwar l-ME/CFS mhuwiex ġustifikat meta wieħed iqis l-għadd kbir stmat ta' pazjenti u l-impatt ekonomiku u soċjali konsegwenti ta' din il-marda;

8.Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati proġetti innovattivi li jistgħu jiżguraw ġbir ta' data koordinat u komprensiv dwar din il-marda fl-Istati Membri, u jitlob li jkun hemm rappurtar obbligatorju fl-Istati Membri kollha affettwati mill-ME/CFS;

9.Jistieden lill-Istati Membri kollha jadottaw b'mod determinat il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ir-rikonoxximent xieraq tal-ME/CFS;

10.Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri fir-rigward tal-metodi ta' skrinjar, id-dijanjosi u t-trattament, u biex toħloq reġistru Ewropew tal-prevalenza ta' pazjenti affettwati mill-ME/CFS;

11.Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi finanzjament biex jiġu żgurati edukazzjoni u taħriġ mediċi xierqa u mtejba għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u tal-kura soċjali li jaħdmu ma' pazjenti milquta mill-ME/CFS; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tistudja l-fattibbiltà ta' fond tal-UE għall-prevenzjoni u t-trattament tal-ME/CFS;

12.Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-finanzjament tal-appoġġ loġistiku neċessarju għar-riċerkaturi bil-ħsieb li tippromwovi l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka f'dan il-qasam fl-UE, sabiex jiġu identifikati l-kumplessità tad-dijanjostika tal-ME/CFS u l-isfidi tal-kura tal-pazjenti u biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-aċċess għad-data dwar l-innovazzjoni u s-saħħa miġbura permezz tal-kontribut tal-esperti u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha, ħalli tingħata prijorità lill-politika t-tajba;

13.Jappella għal aktar kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka dwar l-ME/CFS, bil-ħsieb li jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta' standards dijanjostiċi oġġettivi u forom effettivi ta' trattament;

14.Jistieden lill-Kummissjoni tikkummissjona studju li jivvaluta l-ispejjeż soċjali u ekonomiċi globali attribwibbli għall-ME/CFS fl-UE;

15.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jniedu kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni fost il-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-pubbliku sabiex jiġbdu l-attenzjoni dwar l-eżistenza u s-sintomi tal-ME/CFS;

16.Jistieden lill-Kunsill, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE li jmiss, biex jaċċetta t-talba tal-Parlament għal żieda fil-baġit għal Orizzont Ewropa u l-adozzjoni rapida ta' dak il-baġit sabiex ix-xogħol ikun jista' jibda fil-ħin biex tiġi żgurata r-riċerka dwar il-ME/CFS;

17.Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isfidi speċjali li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-riċerkaturi li jaħdmu fuq mard li l-kawża tiegħu ma tkunx magħrufa, bħall-ME/CFS, u biex tiżgura li, minkejja dawn id-diffikultajiet, ir-riċerka bijomedika dwar tali mard tingħata aċċess ekwu għall-finanzjament ipprovdut minn Orizzont Ewropa;

18.Jenfasizza l-importanza tas-sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjoni billi jiġu promossi aktar l-attivitajiet fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri fl-ambitu tal-"Jum tal-Mard Rari" imfakkar fl-aħħar jum ta' Frar ta' kull sena;

19.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: assistenza teknika fuq linizjattiva tal-Kummissjoni
PDF149kWORD49k
龱żDZܳDzԾ
Anness
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni minn EGF/2020/000 TA 2020 - Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) ( – C9-0112/2020 – )
P9_TA(2020)0141A9-0109/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( – C9-0112/2020),

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'Diċembru2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru1927/2006(1),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru1311/2013 tat-2ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu12 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt13 tiegħu,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18ta'Settembru2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2019/000 TA2019 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)(4),

—wara li kkunsidra l-ewwel qari tiegħu dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG)(5),

—wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0109/2020]),

A.billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid neċessarja u fil-pront tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.billi l-għajnuna tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17ta'Lulju2008, u bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG);

C.billi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru1309/2013 tirrifletti l-qbil li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiddaħħal mill-ġdid il-kriterju dwar il-mobilizzazzjoni f'każ ta' kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60% tal-ispiża totali stmata tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza fit-trattament tal-applikazzjonijiet tal-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għal valutazzjoni u approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli billi jiġu introdotti dawk li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ u biex jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' negozji tagħhom stess;

D.billi l-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG huwa EUR150miljun fi prezzijiet tal-2011 u billi l-Artikolu11(1) tar-Regolament (UE) Nru1309/2013 jiddikjara li sa 0,5% ta' dak l-ammont, jiġifieri EUR179264000 fi prezzijiet tal-2020, jista' jsir disponibbli għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex jiġu ffinanzjati l-preparazzjoni, il-monitoraġġ, il-ġbir ta' data u l-ħolqien ta' bażi ta' għarfien, l-appoġġ amministrattiv u tekniku, l-attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet ta' awditjar, kontroll u evalwazzjoni meħtieġa biex jiġi implimentat ir-Regolament (UE) Nru1309/2013;

E.billi l-ammont propost ta' EUR345000 jikkorrispondi għal madwar 0,19% tal-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2020;

1.Jaqbel mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni li jridu jiġu ffinanzjati bħala għajnuna teknika skont l-Artikolu11(1) u(4) u l-Artikolu12(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru1309/2013;

2.Jirrikonoxxi l-importanza tal-monitoraġġ u l-ġbir ta' data; ifakkar fl-importanza ta' sensiela ta' statistika robusta miġbura fil-forma xierqa li tkun faċilment aċċessibbli u komprensibbli; itenni l-ħtieġa għal riċerka aġġornata dwar l-isfidi attwali ppreżentati mill-COVID-19 fis-suq globali u għal analiżi dwar dawn l-isfidi;

3.Itenni l-ħtieġa għal sit web apposta, aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, li jkun fih informazzjoni dettaljata dwar il-FEG;

4.Jilqa' l-ħidma kontinwa fuq proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet tal-FEG u l-ġestjoni li jużaw il-funzjonalitajiet tas-sistema ta' skambju elettroniku ta' data (SFC), li tippermetti s-simplifikazzjoni u l-ipproċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet kif ukoll rappurtar aħjar;

5.Jieħu nota li l-Kummissjoni se tuża l-baġit disponibbli biex torganizza żewġ laqgħat tal-Grupp ta' Esperti tal-Persuni ta' Kuntatt tal-FEG (membru wieħed minn kull Stat Membru) u, probabbilment fl-istess ħin, żewġ seminars bil-parteċipazzjoni tal-korpi ta' implimentazzjoni tal-FEG u s-sħab soċjali sabiex jiġi promoss in-netwerking fost l-Istati Membri;

6.Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tistieden b'mod sistematiku lill-Parlament għal dawn il-laqgħat u s-seminars skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni;

7.Jissottolinja l-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni bejn dawk kollha involuti fl-applikazzjonijiet tal-FEG, inklużi, b'mod partikolari, is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati fil-livell reġjonali u f'dak lokali, sabiex jinħoloq l-akbar għadd ta' sinerġiji possibbli; jisħaq fuq il-fatt li l-interazzjoni bejn il-Persuna ta' Kuntatt Nazzjonali u s-sħab responsabbli mill-ġestjoni tal-każijiet fil-livell reġjonali jew lokali għandha tissaħħaħ u li kemm l-arranġamenti ta' komunikazzjoni u ta' appoġġ kif ukoll il-flussi ta' informazzjoni (id-diviżjonijiet, il-kompiti u r-responsabbiltajiet interni) għandhom ikunu espliċiti u maqbula bejn is-sħab kollha kkonċernati;

8.Ifakkar lill-Istati Membri applikanti fir-rwol ewlieni tagħhom li jippubbliċizzaw b'mod wiesa' l-azzjonijiet iffinanzjati mill-FEG lill-benefiċjarji fil-mira, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lis-sħab soċjali, lill-midja u lill-pubbliku ġenerali, kif stabbilit fl-Artikolu12 tar-Regolament (UE) Nru1309/2013;

9.Ifakkar li skont ir-regoli attwali, il-FEG jista' jiġi mobilizzat biex jappoġġja b'mod permanenti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja u lil dawk li jaħdmu għal rashom fil-kuntest tal-kriżi globali kkawżata mill-COVID-19 mingħajr ma jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru1309/2013;

10.Għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni tassisti, bi kwalunkwe mod possibbli, lill-Istati Membri li biħsiebhom jippreparaw applikazzjoni fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin;

11.Barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha biex turi flessibbiltà u tqassar il-perjodu ta' valutazzjoni sa fejn hu possibbli meta tivvaluta kwalunkwe konformità ta' applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja;

12.Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

13.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

14.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2020/000 TA 2020 -Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2020/986.)

(1) ĠU L347, 20.12.2013, p.855.
(2) ĠU L347, 20.12.2013, p.884.
(3) ĠU C373, 20.12.2013, p.1.
(4) Testi adottati, P9_TA(2019)0015.
(5) Testi adottati, P8_TA(2019)0019.


Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija
PDF137kWORD42k
龱żDZܳDzԾ
Anness
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija ( – C9-0127/2020 – )
P9_TA(2020)0142A9-0105/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( – C9-0127/2020),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11ta'Novembru2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru1311/2013 tat-2ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu10 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt11 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0105/2020),

1.Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni u tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali;

2.Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tingħata assistenza finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") lir-reġjuni fl-Unjoni milquta minn diżastri naturali fl-2019;

3.Iqis li l-assistenza finanzjarja mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri għandha tkun suġġetta għal distribuzzjoni ġusta lir-reġjuni u liż-żoni l-aktar milquta;

4.Jirrimarka li, minħabba t-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali se jsiru aktar u aktar vjolenti u aktar u aktar frekwenti; jitlob li ssir riforma tal-Fond fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss sabiex jitqiesu l-konsegwenzi futuri tat-tibdil fil-klima, filwaqt li jisħaq fuq il-fatt li l-Fond huwa biss strument kurattiv u li t-tibdil fil-klima jirrikjedi prinċipalment politika ta' prevenzjoni f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-Patt Ekoloġiku;

5.Ifakkar li, skont l-Artikoli174 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea għandha timmira li twettaq l-azzjonijiet li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali tagħha filwaqt li tqis il-karatteristiċi u r-restrizzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi; jirrimarka li l-istess diżastru naturali f'reġjun ultraperiferiku għandu impatt soċjali u ekonomiku akbar milli fi kwalunkwe reġjun Ewropew ieħor u konsegwentement l-irkupru huwa aktar dgħajjef; jemmen, għaldaqstant, li r-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jibbenefikaw minn żieda fil-finanzjament fl-ambitu tal-Fond;

6.Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2020/1076.)

(1) ĠU L311, 14.11.2002, p.3.
(2) ĠU L347, 20.12.2013, p.884.
(3) ĠU C373, 20.12.2013, p.1.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2020: Dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2019
PDF130kWORD43k
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru3/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2020: Dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja2019 (07764/2020 – C9-0131/2020 – )
P9_TA(2020)0143A9-0104/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-Artikolu314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-Deċiżjoni Nru541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu44 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2020, adottat b'mod definittiv fis-27ta'Novembru2019(2),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru1311/2013 tat-2ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill2014/335/UE, Euratom tas-26ta'Mejju2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru3/2020 adottat mill-Kummissjoni fil-15ta'April2020 (),

–wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru3/2020, adottata mill-Kunsill fis-6ta'Mejju2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew l-għada (07764/2020 – C9-0131/2020),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17ta'April2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha(6),

–wara li kkunsidra l-Artikoli94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0104/2020),

A.billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru3/2020 jimmira li jdaħħal fil-baġit2020 is-surplus mis-sena finanzjarja2019, li jammonta għal EUR3218,4miljun;

B.billi l-komponenti ewlenin ta' dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta' EUR2414,8miljun, u sottoinfiq fin-nefqa ta' EUR803,6miljun;

C.billi fuq in-naħa tad-dħul, l-ikbar differenza tirriżulta minn imgħax ta' inadempjenza u multi (EUR2510,5miljun), bl-eżitu tal-baġit kompost minn multi tal-kompetizzjoni u mgħax ta' inadempjenza, pagamenti ta' penali oħra u mgħax marbuta ma' multi u pagamenti ta' penali;

D.billi fuq in-naħa tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni tilħaq EUR592,3miljun għall-2019 (li minnhom EUR351,5miljun mir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u EUR94,5miljun f'riżerva taħt l-intestatura3 "Sigurtà u Ċittadinanza") u EUR86,3miljun għar-riporti tal-2018, u sottoimplimentazzjoni mill-istituzzjonijiet l-oħra ta' EUR82,4miljun għall-2019 u EUR39miljun għar-riporti tal-2017;

1.Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru3/2020 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tas-surplus tal-2019, għal ammont ta' EUR3218,4miljun, skont l-Artikolu18 tar-Regolament Finanzjarju, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-mezzi disponibbli kollha u l-flus mhux użati fil-baġit tal-Unjoni, inkluż is-surplus, jintużaw biex l-assistenza finanzjarja titqassam b'ħeffa lir-reġjuni u n-negozji li ntlaqtu l-iktar mill-pandemija tal-COVID-19; jitlob, f'dak il-kuntest, lill-Istati Membri jindirizzaw kompletament it-tnaqqis mistenni fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING tagħhom li jirriżultaw mis-surplus2019 għall-ibbaġitjar ta' azzjonijiet b'rabta mal-COVID-19, preferibbilment fil-livell tal-Unjoni, biex tiġi garantita allokazzjoni ottimali tal-fondi;

3.Josserva li, skont il-Kummissjoni, il-multi tal-kompetizzjoni fl-2019 ammontaw għal EUR2510,5miljun; iqis għal darb'oħra li għandu jkun possibli għall-baġit tal-Unjoni li jerġa' juża kwalunkwe dħul li jirriżulta minn multi jew marbut ma' pagamenti tard mingħajr tnaqqis korrispondenti tal-kontribuzzjonijiet tal-ING; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu favur iż-żieda tar-riżerva proposta tal-Unjoni (Marġni Globali għall-Impenji) fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss b'ammont ekwivalenti għad-dħul li jirriżulta minn multi u penali;

4.Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru3/2020;

5.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru3/2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L193, 30.7.2018, p.1.
(2) ĠU L57, 27.2.2020.
(3) ĠU L347, 20.12.2013, p.884.
(4) ĠU C373, 20.12.2013, p.1.
(5) ĠU L168, 7.6.2014, p.105.
(6) Testi adottati, P9_TA(2020)0054.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2020: proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, lil Spanja, lill-Italja u lill-Awstrija
PDF130kWORD42k
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru4/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2020 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, lil Spanja, lill-Italja u lill-Awstrija (08097/2020 – C9-0146/2020 – )
P9_TA(2020)0144A9-0106/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-Artikolu314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-Deċiżjoni Nru541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu44 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2020, adottat b'mod definittiv fis-27ta'Novembru2019(2),

–wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru1311/2013 tat-2ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-‘Regolament dwar il-QFP’),

–wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill2014/335/UE, Euratom tas-26ta'Mejju2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru4/2020 adottat mill-Kummissjoni fit-30ta'April2020 (),

–wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru4/2020, adottata mill-Kunsill fil-25ta'Mejju2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-istess jum (08097/2020 – C9-0146/2020),

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija (),

–wara li kkunsidra l-Artikoli94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0106/2020),

A.billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru4/2020 jkopri l-proposta ta' mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija wara diżastri naturali li seħħew f'dawk l-Istati Membri matul l-2019;

B.billi għaldaqstant il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li temenda l-baġit2020 u li żżid il-linja baġitarja 130601 "Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija" b'EUR272498208, kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn u kemm f'approprjazzjonijiet ta' pagament;

C.billi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huwa strument speċjali skont id-definizzjoni fir-Regolament dwar il-QFP u l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament korrispondenti se jiġu bbaġitjati oltre l-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali;

1.Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru4/2020;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru4/2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L193, 30.7.2018, p.1.
(2) ĠU L57, 27.2.2020.
(3) ĠU L347, 20.12.2013, p.884.
(4) ĠU C373, 20.12.2013, p.1.
(5) ĠU L168, 7.6.2014, p.105.


Konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni UE - Moldova ***
PDF119kWORD42k
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova (14205/2019 – C9-0192/2019 – )
P9_TA(2020)0145A9-0084/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14205/2019),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova (08185/2012),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu100(2) u l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), u l-Artikolu218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0192/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u (4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0084/2020),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Moldova.


Emendar tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova (l-adeżjoni tal-Kroazja) ***
PDF121kWORD41k
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE (07048/2015 – C9-0195/2019 – )
P9_TA(2020)0146A9-0083/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07048/2015),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (07047/2015),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu100(2) u l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0195/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u (4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0083/2020);

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Moldova.


Emenda tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn l-UE u l-Marokk (adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) ***
PDF125kWORD43k
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (06198/2013 – C9-0006/2019 – )
P9_TA(2020)0147A9-0005/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06198/2013),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija(1),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu100(2) u l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0006/2019),

–wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija(2),

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u (4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0005/2020),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.

(1) ĠU L 200, 27.7.2012, p. 25.
(2) ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 259.


Konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni UE-Ġordan ***
PDF120kWORD42k
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (14209/2019 – C9-0193/2019 – )
P9_TA(2020)0148A9-0086/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14209/2019),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (14366/2010),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu100(2) u l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), u l-Artikolu218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0193/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u(4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0086/2020),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.


Konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili UE-Ċina ***
PDF119kWORD41k
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (14185/2019 – C9-0191/2019 – )
P9_TA(2020)0149A9-0087/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14185/2019),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (09702/2018),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu100(2) u l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), u l-Artikolu218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0191/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u (4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0087/2020),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.


Konklużjoni tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia ***
PDF120kWORD42k
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (09556/2019 – C9-0013/2019 – )
P9_TA(2020)0150A9-0082/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09556/2019),

–wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Georgia (14370/2010),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu100(2) u l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), u l-Artikolu218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0013/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u (4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0082/2020),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Georgia.


Konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni UE-Iżrael ***
PDF119kWORD41k
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tal-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra (14207/2019 – C9-0196/2019 – )
P9_TA(2020)0151A9-0085/2020

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14207/2019),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tal-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra (16828/2012),

–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu100(2) u l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), u l-Artikolu218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0196/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u (4), u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0085/2020),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta' Iżrael.


Rakkomandazzjonijiet dwar in-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
PDF275kWORD85k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar in-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ()
P9_TA(2020)0152A9-0117/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikolu218 tat-TFUE,

–wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom)2020/266 tal-25ta'Frar2020 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għal ftehim ta' sħubija ġdid(1) u d-direttivi li jinsabu fl-addendum tagħha dwar in-negozjar ta' sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, li saru pubbliċi,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5ta'April2017 dwar in-negozjati mar-Renju Unit wara n-notifika tiegħu li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea(2), tat-3ta'Ottubru2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit(3), tat-13ta'Diċembru2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit(4), tal-14ta'Marzu2018 dwar il-qafas tar-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit(5), tat-18ta'Settembru2019 dwar il-qagħda kurrenti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea(6), tal-15ta'Jannar2020 dwar l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tad-dispożizzjonijiet rigward id-drittijiet taċ-ċittadini fil-Ftehim dwar il-Ħruġ(7) u tat-12ta'Frar2020 dwar il-mandat propost għan-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq(8),

–wara li kkunsidra l-abbozz tat-test tal-Ftehim dwar is-Sħubija l-Ġdida mar-Renju Unit, tat-18ta'Marzu2020(9);

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tad-29ta'Jannar2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika(10),

–wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika(11) (il-"Ftehim dwar il-Ħruġ"), u d-Dikjarazzjoni politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit(12), li takkumpanja l-Ftehim dwar il-Ħruġ (id-"Dikjarazzjoni Politika"),

–wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għas-Sajd, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

–wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–wara li kkunsidra l-Artikolu114(4) u l-Artikolu54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-ܳċ Internazzjonali skont l-Artikolu58 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-ܳċ Internazzjonali (A9-0117/2020),

A.billi d-Dikjarazzjoni Politika hija l-bażi li fuqha jiġu analizzati n-negozjati u tistabbilixxi l-parametri ta' sħubija ambizzjuża, mifruxa, approfondita u flessibbli fir-rigward tal-kummerċ u tal-kooperazzjoni ekonomika bi Ftehim ta' ܳċ Ħieles komprensiv u bbilanċjat fil-qalba tagħha, l-infurzar tal-liġi u l-ġustizzja kriminali, il-politika barranija, is-sigurtà u d-difiża u l-oqsma usa' ta' kooperazzjoni; billi l-mandat tal-Unjoni Ewropea (UE), adottat fil-25ta'Frar2020 fuq dik il-bażi, jikkostitwixxi l-qafas ta' negozjar li jipprevedi sħubija b'saħħitha u komprensiva bejn l-UE u r-Renju Unit, li tifforma struttura koerenti u qafas ta' governanza ġenerali; billi l-UE mhix se taċċetta l-approċċ frammentarju tar-Renju Unit, li jfittex li jiġu nnegozjati sensiela ta' ftehimiet separati u awtonomi minn xulxin;

B.billi l-mandat tal-UE huwa bbażat fuq il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew tat-23ta'Marzu2018 u fuq id-Dikjarazzjoni Politika;

C.billi n-negozjati dwar is-sħubija futura mar-Renju Unit jistgħu jkunu bbażati biss fuq il-premessa ta' implimentazzjoni effettiva u sħiħa tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u tat-tliet Protokolli tiegħu;

D.billi l-UE għandha żżomm l-isforzi u d-determinazzjoni tagħha sabiex tinnegozja ftehim ambizzjuż kif previst b'mod ċar fid-Dikjarazzjoni Politika, li ż-żewġ partijiet, inkluż il-Prim Ministru tar-Renju Unit, iffirmaw fis-17ta'Ottubru2019, u l-mandat tal-UE; billi r-Renju Unit ma baqax Stat Membru tal-UE mill-31ta'Jannar2020;

E.billi l-pressjoni taż-żmien attwali fin-negozjati hija sempliċement ir-riżultat tal-għażliet tar-Renju Unit;

F.billi l-ftehim futur għandu jkun integrat f'qafas ta' governanza ġenerali u billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (QĠUE) għandha tkun l-uniku organu responsabbli mill-interpretazzjoni tad-dritt tal-UE;

G.billi matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, id-dritt tal-Unjoni fl-oqsma ta' politika kollha tiegħu, għadu applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tal-atti li ma kinux vinkolanti għar-Renju Unit u fir-Renju Unit qabel ma daħal fis-seħħ il-Ftehim dwar il-Ħruġ; billi fl-14ta'Mejju2020, il-Kummissjoni Ewropea fetħet proċedimenti ta' ksur kontra r-Renju Unit talli naqas milli jikkonforma mar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu;

H.billi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jolqot lil miljuni ta' ċittadini, liċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu, jivvjaġġaw jew jaħdmu fl-UE, liċ-ċittadini tal-UE li jgħixu, jivvjaġġaw jew jaħdmu fir-Renju Unit kif ukoll lill-persuni li mhumiex ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit;

I.billi, bħala pajjiż terz, ir-Renju Unit ma jistax igawdi mill-istess drittijiet u mill-istess benefiċċji u ma jistax ikun suġġett għall-istess obbligi bħal Stat Membru u, għaldaqstant, is-sitwazzjoni kemm fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit se tinbidel b'mod konsiderevoli fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni; billi l-UE u r-Renju Unit jikkondividu prinċipji u valuri fundamentali; billi l-prossimità ġeografika tar-Renju Unit, il-livell ta' interkonnessjoni u l-livell għoli ta' allinjament u interdipendenza eżistenti mar-regoli tal-UE għandhom jiġu kkunsidrati fil-ftehim ta' sħubija futur; billi, kif iċċarat l-UE sa mill-bidu nett, aktar ma r-Renju Unit ifittex privileġġi u drittijiet, aktar se jkun hemm obbligi marbuta;

J.billi l-UE u r-Renju Unit, fid-Dikjarazzjoni Politika, qablu li jiltaqgħu f'livell għoli f'Ġunju2020 biex jevalwaw il-progress, bil-għan li jaqblu dwar azzjoni biex jimxu 'l quddiem fin-negozjati dwar ir-relazzjoni futura tagħhom; billi, fi tmiem il-Laqgħa ta' Livell Għoli tat-15 ta' Ġunju 2020, iż-żewġ partijiet ħarġu dikjarazzjoni konġunta li fiha nnotaw, inter alia, li kien hemm bżonn momentum ġdid;

K.billi l-unità tal-UE u tal-Istati Membri tagħha matul in-negozjati hija essenzjali biex jiddefendu l-interessi tal-UE, inklużi dawk taċ-ċittadini tagħha fl-aħjar mod possibbli; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha baqgħu magħqudin matul in-negozjati u l-adozzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u baqgħu hekk sal-lum; billi din l-unità hija riflessa fl-adozzjoni tal-mandat ta' negozjar fdat lin-negozjatur tal-UE u lill-Kap tat-Task Force tal-UE Michel Barnier, li jgawdi minn appoġġ qawwi mill-UE u mill-Istati Membri tagħha;

L.billi l-UE u r-Renju Unit, fid-Dikjarazzjoni Politika, qablu li r-relazzjoni futura għandha tkun mirfuda minn valuri komuni bħar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u s-salvagwardja tagħhom u l-libertajiet fundamentali, il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli li jinkludi l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-appoġġ għan-nonproliferazzjoni, il-prinċipji tad-diżarm, tal-paċi u tas-sigurtà kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli u l-ħarsien tal-ambjent u li dawn il-valuri huma prerekwiżit essenzjali għall-kooperazzjoni prevista fil-qafas tad-Dikjarazzjoni Politika, li għandhom ikunu espressi f'termini ta' klawżoli politiċi vinkolanti kif ukoll ikunu kwistjonijiet ta' fiduċja reċiproka; billi, filwaqt li l-UE se tibqa' marbuta bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-ftehim dwar ir-relazzjoni futura jrid ikun subordinat għall-impenn kontinwu min-naħa tar-Renju Unit li jirrispetta l-qafas tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB);

M.billi l-pandemija tal-COVID-19 ħolqot sitwazzjoni ġdida totalment mhux mistennija u mingħajr preċedent, li għandha konsegwenzi sinifikanti fuq ir-ritmu u l-effiċjenza tan-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE; billi, jekk ma jkunx jista' jintlaħaq qbil, iż-żewġ naħat ikollhom ikunu ppreparati għal kull tibdil drammatiku fl-ekonomiji tagħhom, li jkun aggravat mill-pandemija tal-COVID-19 u mill-konsegwenzi ekonomiċi mistennija tagħha; billi quddiem pandemija globali u l-konsegwenzi ġeopolitiċi, ekonomiċi u soċjali prevedibbli tagħha tiżdied il-ħtieġa li jitjiebu l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bejn is-sħab u l-alleati;

Prinċipji ġenerali

1.Jiddispjaċih li, wara erba' sensiliet ta' negozjati, ma nkiseb l-ebda progress reali, bl-eċċezzjoni ta' spunti żgħar ħafna f'numru limitat ta' oqsma; jinnota d-diverġenzi sostanzjali li jeżistu bejn l-UE u r-Renju Unit, inkluż rigward l-portata u l-arkitettura ġuridika tat-test li jrid jiġi negozjat; jesprimi tħassib qawwi dwar il-portata limitata tas-sħubija futura kif prevista mill-Gvern tar-Renju Unit u dwar l-approċċ frammentarju tiegħu fil-konfront tan-negozjati unikament f'oqsma li huma fl-interess tar-Renju Unit; itenni li dan l-approċċ, li bih jagħżel dak li jaqbillu, mhuwiex aċċettabbli għall-UE; jenfasizza li l-proposti tar-Renju Unit ma jissodisfawx l-impenji tiegħu skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ u d-Dikjarazzjoni Politika, li magħhom qabel ir-Renju Unit, inkluż ir-rifjut tiegħu li jinnegozja ftehim dwar kwistjonijiet marbuta mas-sigurtà u mad-difiża;

2.Itenni li l-UE hija deċiżament konvinta mill-pożizzjoni tagħha li jrid jinkiseb progress tanġibbli fl-oqsma kollha tan-negozjati b'mod parallel, inkluż dwar il-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, is-sajd, is-sigurtà interna u l-governanza, kif spjegat fid-Dikjarazzjoni Politika; jenfasizza li n-negozjati kollha huma indiviżibbli u l-UE mhix se taqbel dwar ftehim bi kwalunkwe prezz, b'mod partikolari mhix se taqbel dwar ftehim ta' kummerċ ħieles mingħajr ma jkollha garanziji sodi ta' kundizzjonijiet ekwivalenti u ftehim sodisfaċenti dwar is-sajd; isostni bis-sħiħ, għalhekk, lill-Kummissjoni fid-difiża tal-bżonn ta' abbozz komprensiv tat-trattat kif propost mill-UE sa mill-bidu nett, minflok ma jintlaħaq qbil fuq ftehimiet separati kif propost mir-Renju Unit;

3.Jinsisti li kwalunkwe ftehim dwar relazzjoni ġdida bejn l-UE u r-Renju Unit irid ikun koerenti u adattat kemm għall-prossimità ġeografika taż-żewġ partijiet kif ukoll għal-livell għoli ta' interkonnessjoni tal-ekonomiji taż-żewġ partijiet;

4.Jilqa' pożittivament il-pubblikazzjoni, anki jekk tard, tal-abbozz ta' proposti ġuridiċi tar-Renju Unit; jinnota li, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet tar-Renju Unit ta' użu ta' preċedenti eżistenti, ħafna minn dawk il-proposti jmorru ferm lil hinn minn dak li ġie nnegozjat mill-UE fi ftehimiet ta' kummerċ ħieles oħra ma' pajjiżi terzi f'dawn l-aħħar snin; ifakkar li kwalunkwe ftehim finali jrid ikun ibbażat fuq bilanċ tad-drittijiet u tal-obbligi;

5.Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li jeżisti livell għoli ta' konverġenza bejn l-objettivi tan-negozjati espressi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12ta'Frar2020 u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom)2020/266 tal-25ta'Frar2020 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għal ftehim ta' sħubija ġdid(13) (id-"direttivi ta' negozjati"); jenfasizza li l-Kummissjoni tgawdi mis-sostenn sħiħ tal-Parlament fin-negozjati mar-Renju Unit bi qbil mad-direttivi ta' negozjati, peress li t-tliet istituzzjonijiet ilkoll jikkondividu b'mod estensiv l-istess objettivi f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżultati li dawn in-negozjati għandhom jiksbu;

6.Jilqa' b'sodisfazzjon l-abbozz tat-test tal-UE tal-Ftehim dwar is-Sħubija l-Ġdida mar-Renju Unit, ippubblikat fit-18ta'Marzu2020, li jipproponi ftehim komprensiv għal sħubija profonda u mill-qrib, li ma tkoprix biss il-kummerċ ħieles fil-merkanzija u fis-servizzi iżda anki modi sabiex jiġu evitati distorsjonijiet u żvantaġġi kompetittivi inġusti, inklużi dawk relatati mas-settur agrikolu, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS) u l-għajnuna mill-Istat, u li tiġi stabbilita klima favorevoli għall-iżvilupp tal-kummerċ u tal-investimenti;

7.Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tmexxi n-negozjati b'mod trasparenti billi huwa ta' ġid għall-proċess tan-negozjati u ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u għall-impriżi peress li dan jippermettilhom iħejju ruħhom aħjar għall-fażi ta' wara t-tranżizzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura, f'dan ir-rigward, konsultazzjoni pubblika u djalogu kontinwu mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili, kif ukoll mal-parlamenti nazzjonali; jilqa' pożittivament il-prassi tal-Kummissjoni li tagħti informazzjoni regolari u puntwali lill-Parlament dwar in-negozjati u jistenna li din il-prassi tkompli, b'mod konformi mal-informazzjoni li hija kondiviża mal-Istati Membri;

8.Ifakkar li kwalunkwe ftehim futur ta' assoċjazzjoni konkluż bejn l-UE u r-Renju Unit skont l-Artikolu217 tat-TFUE (il-"Ftehim") irid ikun totalment konformi mal-prinċipji li ġejjin:

(i) pajjiż terz m'għandux ikollu l-istess drittijiet u benefiċċji u ma jikkonformax mal-istess obbligi ta' Stat Membru tal-UE, jew ta' membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-ܳċ Ħieles (EFTA) jew taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE);
(ii) il-protezzjoni tal-integrità sħiħa u tal-funzjonament korrett tas-suq intern, tal-unjoni doganali, l-indiviżibbiltà tal-erba' libertajiet u, b'mod partikolari, il-grad ta' kooperazzjoni fil-pilastru ekonomiku jrid ikun skont l-impenji meħuda għall-faċilitazzjoni tal-mobilità tal-persuni, bħall-ivvjaġġar eżenti mill-viżi, il-mobilità tar-riċerkaturi, tal-istudenti, tal-fornituri temporanji ta' servizzi u tal-vjaġġaturi għal negozju, u l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali;
(iii) l-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE tkun ippreservata;
(iv) l-ordinament ġuridiku tal-UE u r-rwol tal-QĠUE bħala l-organu finali responsabbli mill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f'dan ir-rigward ikunu salvagwardjati;
(v) tkompli l-adeżjoni mal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif definiti b'mod partikolari fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-KEDB u fil-protokolli tagħha, fil-Karta Soċjali Ewropea, fl-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u fit-trattati internazzjonali l-oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-NU u tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll ir-rispett tal-prinċipju tal-istat tad-dritt ifakkar b'mod partikolari li r-relazzjoni futura għandha tkun subordinata għall-impenn kontinwu tar-Renju Unit li jirrispetta l-qafas tal-KEDB;
(vi) kundizzjonijiet ekwivalenti, anki għall-impriżi, li jiżguraw standards ekwivalenti għoljin fil-politiki soċjali, tax-xogħol, ambjentali, tal-ħarsien tal-konsumatur, tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, tat-tassazzjoni, tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat, inkluż permezz ta' qafas robust u komprensiv dwar il-kompetizzjoni u l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Tali kundizzjonijiet ekwivalenti għandhom ikunu garantiti permezz ta' mekkaniżmi effikaċi ta' soluzzjoni tat-tilwim u ta' infurzar, anki fil-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; ifakkar, b'mod partikolari, li kwalunkwe ftehim futur għandu jkun subordinat għar-rispett tal-Ftehim ta' Pariġi adottat fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-"Ftehim ta' Pariġi");
(vii) jitħarsu l-prinċipju ta' prekawzjoni, il-prinċipju skont liema l-ħsara ambjentali għandha, bħala prijorità, tiġi rrettifikata f'ras il-għajn u l-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas";
(viii) il-ftehimiet tal-UE ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jkunu salvagwardjati, inkluż il-Ftehim taż-ŻEE, u jinżamm il-bilanċ globali ta' dawn ir-relazzjonijiet;
(ix) l-istabbiltà finanzjarja tal-UE u l-konformità mas-sistema u l-istandards regolatorji u superviżorji tagħha, kif ukoll l-applikazzjoni tagħhom, ikunu salvagwardjati;
(x) ikun hemm bilanċ korrett bejn drittijiet u obbligi, inklużi, fejn ikunu xierqa, kontribuzzjonijiet finanzjarji korrispondenti;
(xi) il-garanzija ta' eżitu li jkun xieraq u ġust għall-Istati Membri kollha u fl-aħjar interessi taċ-ċittadini tagħna;

9.Jissottolinja li l-Kap Negozjatur tal-UE jgawdi mis-sostenn sħiħ u sod tal-Parlament sabiex jinsisti li garanziji ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni huma element kruċjali ta' kwalunkwe ftehim mar-Renju Unit, peress li dawn la huma dogmatiżmu u lanqas ideoloġija min-naħa tal-UE iżda prerekwiżit għall-istabbiliment ta' sħubija ambizzjuża u bbilanċjata mar-Renju Unit u sabiex tiġi ppreservata l-kompetittività tas-suq intern u tal-kumpaniji tal-UE, kif ukoll sabiex jinżammu u jiġu żviluppati fil-futur livelli għoljin ta' protezzjoni soċjali, ambjentali u tal-konsumatur;

10.Jirrispetta bis-sħiħ, f'dan ir-rigward, is-sovranità tar-Renju Unit, li l-UE ma għandha l-ebda intenzjoni li xxekkel fin-negozjati attwali; ifakkar, madankollu, li r-Renju Unit qatt mhu se jkun ugwali għall-pajjiżi terzi l-oħra minħabba l-istatus tiegħu bħala exStat Membru tal-UE, l-allinjament regolatorju attwali komplut, u l-volum sinifikanti ta' kummerċ bejn iż-żewġ partijiet, kif ukoll il-prossimità ġeografika tiegħu mal-UE, li lkoll jispjegaw il-ħtieġa ta' dispożizzjonijiet b'saħħithom u robusti dwar il-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fil-ftehim;

11.Jissottolinja li l-UE għandha tissokta bl-isforzi u bl-impenn tagħha li tinnegozja ftehim hekk kif dejjem indikat fid-Dikjarazzjoni Politika u fid-direttivi ta' negozjati, fuq il-partijiet li ġejjin: il-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika, l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, il-politika barranija, is-sigurtà u d-difiża u l-oqsma tematiċi ta' kooperazzjoni bħall-kooperazzjoni fl-iżvilupp sostenibbli; jitlob approċċ pragmatiku raġonevoli fuq iż-żewġ naħat;

12.Jenfasizza l-importanza li nkunu ppreparati bis-sħiħ għall-ħruġ tar-Renju Unit mis-suq intern u mill-unjoni doganali fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, indipendentement mill-eżitu tan-negozjati; jisħaq fuq il-fatt li l-konsegwenzi se jkunu saħansitra aktar sinifikanti f'każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim; jissottolinja, iżda, li l-UE lesta għaż-żewġ xenarji;

13.Jilqa' pożittivament, f'dan ir-rigward, l-"avviżi ta' tħejjija" tal-Kummissjoni, speċifiċi għal kull settur, li jimmiraw li jiżguraw li l-industrija tal-UE tkun ippreparata għall-iskoss inevitabbli kkawżat mill-ħruġ tar-Renju Unit mis-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom sabiex jinfurmaw bis-sħiħ liċ-ċittadini u lill-impriżi tal-UE dwar ir-riskji li l-perjodu ta' tranżizzjoni jista' jintemm qabel ma jintlaħaq ftehim, sabiex jippermettu preparazzjoni adegwata;

14.Jissottolinja l-importanza li jiġu intensifikati u ffinanzjati kif suppost l-miżuri ta' preparazzjoni u ta' kontinġenza sew qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tranżizzjoni, speċjalment f'każ ta' staġnar fin-negozjati; jisħaq fuq il-fatt li dawn il-miżuri ta' kontinġenza għandhom ikunu temporanji u unilaterali;

15.Itenni l-appoġġ tiegħu għad-direttivi ta' negozjati, li jipprevedu li Ġibiltà mhix se tkun inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-ftehimiet li għandhom jiġu konklużi bejn l-UE u r-Renju Unit, u li kwalunkwe ftehim separat se jkun jirrikjedi l-qbil minn qabel tar-Renju ta' Spanja;

16.Jenfasizza l-importanza li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar Ġibiltà rigward il-ħaddiema fruntaliera, it-tassazzjoni, l-ambjent u s-sajd; jistieden lill-Gvern Spanjol u lil dak tar-Renju Unit sabiex jiżguraw li tiġi stabbilita l-kooperazzjoni neċessarja sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet;

17.Itenni li l-Artikolu132 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi l-possibbiltà li l-Kumitat Konġunt jadotta sat-30 ta' Ġunju 2020 deċiżjoni li testendi l-perjodu ta' tranżizzjoni lil hinn mill-31ta'Diċembru2020; jirrikonoxxi d-deċiżjoni tar-Renju Unit, wara l-laqgħa tal-Kumitat Konġunt tat-12 ta' Ġunju 2020, li ma jikkunsidrax estensjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni; jissottolinja li l-UE għadha miftuħa għal tali estensjoni;

Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ

18.Ifakkar li l-Ftehim dwar il-Ħruġ, ġuridikament vinkolanti, huwa l-istrument għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-UE li mhuwa suġġett għall-ebda rinegozjar u li l-uniku skop tal-Kumitat Konġunt UE-Renju Unit huwa li jgħasses l-implimentazzjoni tiegħu; jissottolinja li l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim dwar il-Ħruġ hija prekundizzjoni tal-fiduċja, kif ukoll element fundamentali biex din tkun żgurata, li hija meħtieġa għall-konklużjoni b'suċċess ta' ftehim mar-Renju Unit u hija test bil-karta tat-tornasol tal-bona fede li r-Renju Unit impenja ruħu li jqiegħed fil-proċess tan-negozjati;

19.Jinsisti li jsir progress tanġibbli mill-aktar fis possibbli u b'garanziji sodi li r-Renju Unit se jimplimenta l-Ftehim dwar il-Ħruġ b'mod effettiv u fl-intier tiegħu qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tranżizzjoni, jisħaq fuq il-fatt li l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu huwa parti integrali tal-ħidma tal-Parlament u jtenni li, skont l-Artikolu218(10) tat-TFUE, il-Parlament għandu jiġi infurmat bis-sħiħ u minnufih dwar id-diskussjonijiet kollha li jsiru u dwar id-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu mill-Kumitat Konġunt, u se jibqa' jkun għassa u jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattivi tiegħu; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-impenn li kien ħa l-President tal-Kummissjoni Ewropea fil-plenarja tal-Parlament fis-16ta'April2019 kif ukoll fl-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE)2020/135 tat-30ta'Jannar2020; jistieden lill-kopresidenti tal-Kumitat Konġunt jinvolvu b'mod attiv liċ-ċittadini u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fid-deliberazzjonijiet tagħhom;

20.Ifakkar li l-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi l-protezzjoni reċiproka għaċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit, inkluż għall-membri tal-familji tagħhom, li għandhom jingħataw l-informazzjoni neċessarja kollha fir-rigward ta' drittijiethom u tal-proċeduri li għandhom isegwu sabiex ikomplu jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw fil-pajjiż ta' residenza tagħhom u lejh; ifakkar li ċ-ċittadini milquta mill-ħruġ tar-Renju Unit jiddependu minn informazzjoni puntwali u affidabbli dwar id-drittijiet u l-istatus tagħhom u jħeġġeġ kemm lill-Istati Membri kif ukoll lir-Renju Unit jagħtu prijorità lil din il-kwistjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrispettaw u jipproteġu bis-sħiħ id-drittijiet taċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu fl-UE skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ u jagħtuhom l-informazzjoni kollha li jeħtieġu u ċertezza tad-dritt dwar is-sitwazzjoni u d-drittijiet tagħhom, inkluż fil-każ li jkunu qed jimplimentaw skema ta' residenza kostituttiva jew dikjaratorja;

21.Itenni li d-drittijiet taċ-ċittadini se jibqgħu jingħataw prijorità assoluta u huwa ddeterminat li jiżgura li d-drittijiet taċ-ċittadini jiġu garantiti skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, kemm għaċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit kif ukoll għall-familji tagħhom; iħeġġeġ lill-UE u lir-Renju Unit iħabirku biex jintlaħaq livell għoli ta' drittijiet tal-mobilità fil-ftehim futur; jiddispjaċih dwar il-fatt li r-Renju Unit s'issa ftit wera ambizzjoni fir-rigward tal-mobilità taċ-ċittadini, li r-Renju Unit u ċ-ċittadini tiegħu bbenefikaw minnha fil-passat;

22.Jesprimi tħassib dwar rapporti li ċ-ċittadini tal-UE bi status li jippreċedi l-istatus ta' stabbilit ġew imċaħħda mill-benefiċċji soċjali fir-Renju Unit minħabba ostakli burokratiċi; jissottolinja li sitwazzjonijiet bħal dawn jikkostitwixxu diskriminazzjoni indebita u għandhom konsegwenzi sinifikanti, speċjalment fi żmien ta' inċertezza ekonomika u soċjali gravi;

23.Jisħaq fuq il-fatt li ċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit qegħdin ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' problemi sinifikanti biex jiksbu status ta' stabbilit, anki minħabba l-pandemija tal-COVID-19; iqis li l-għadd ta' każijiet li ngħataw status li jippreċedi l-istatus ta' stabbilit huwa sproporzjonatament għoli meta mqabbel mal-għadd ta' każijiet li ngħataw status ta' stabbilit; iħeġġeġ lill-Ministeru għall-Intern tar-Renju Unit juri flessibbiltà meta jiġi biex jaċċetta l-evidenza fornuta mill-applikanti rigward ir-residenza tagħhom fil-pajjiż għall-ħames snin rikjesti; jinsab imħasseb ukoll li l-applikanti mhi qed tinħarġilhom l-ebda prova fiżika tal-istatus li jkunu ngħataw;

24.Jitlob lill-partijiet jiżguraw l-implimentazzjoni stretta tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq, billi din hija prekundizzjoni għall-konklużjoni b'suċċess tal-ftehim futur; ifakkar li l-Protokoll tfassal u ġie adottat biex jirrispetta l-proċess ta' paċi u jsostni l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, u jiżgura l-assenza ta' fruntiera fiżika fuq il-gżira tal-Irlanda filwaqt li jipproteġi l-integrità tas-suq intern, u huwa kruċjali għall-impriżi, b'mod partikolari fis-settur agroalimentari, għall-protezzjoni taċ-ċittadini, tal-ambjent u tal-bijodiversità; jissottolinja l-importanza tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u l-moviment liberu tas-servizzi fuq il-gżira tal-Irlanda sabiex tiġi limitata l-ħsara lill-ekonomija tal-gżira kollha u li din il-kwistjoni għandha tkun koperta fil-ftehim futur; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Renju Unit jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis tad-drittijiet għaċ-ċittadini fl-Irlanda ta' Fuq;

25.Jesprimi tħassib dwar id-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-Gvern tar-Renju Unit li wrew nuqqas ta' rieda politika għal konformità sħiħa mal-impenji ġuridiċi meħuda minnu skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, jiġifieri rigward il-kontrolli fuq il-merkanzija fil-Baħar Irlandiż;

26.Ifakkar li l-Kumitat Konġunt bejn l-UE u r-Renju Unit għad irid jieħu deċiżjonijiet importanti dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tranżizzjoni;

27.Jittama li jkun jista' jintlaħaq ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-arranġamenti istituzzjonali kollha, bħall-ħolqien ta' uffiċċju tekniku tal-Kummissjoni Ewropea f'Belfast minkejja ċ-ċaħda ripetuta espressa mill-awtoritajiet tar-Renju Unit għall-ftuħ ta' uffiċċju bħal dan; jenfasizza li r-Renju Unit jeħtieġ li jippreżenta skeda ta' żmien dettaljata u jipproċedi bil-miżuri meħtieġa, bħall-preparazzjoni għall-implimentazzjoni tal-kodiċi doganali tal-Unjoni u l-introduzzjoni ta' proċeduri doganali għal oġġetti li jidħlu fl-Irlanda ta' Fuq mir-Renju Unit, u jiżgura li l-kontrolli kollha meħtieġa tal-SPS kif ukoll kontrolli regolatorji oħra jistgħu jitwettqu fir-rigward ta' oġġetti li jidħlu fl-Irlanda ta' Fuq minn barra l-UE, li huwa wkoll meħtieġ biex tinħoloq ċarezza għan-negozji;

28.Jissottolinja l-importanza ta' regoli ġuridiċi ċari, implimentazzjoni trasparenti u mekkaniżmi effikaċi ta' kontroll biex jiġu evitati riskji sistemiċi ta' frodi doganali u tal-VAT, traffikar (kuntrabandu) jew abbuż ieħor frawdolenti ta' qafas legali potenzjalment mhux ċar, inkluż mir-riskju miżjud ta' dikjarazzjonijiet ta' oriġini u ta' prodotti ħżiena mhux maħsuba għas-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni twettaq verifiki u kontrolli effiċjenti u tirrapporta lura b'mod regolari lill-Parlament rigward is-sitwazzjoni ta' kontroll fil-fruntieri;

29.Josserva li l-kliem merkanzija "f'riskju li sussegwentement tiddaħħal fl-Unjoni" użat fl-Artikolu5 ta' dak il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq jiddependi minn deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt li jieħu sussegwentement, u jinsisti li deċiżjonijiet bħal dawn jittieħdu taħt l-iskrutinju tal-Parlament Ewropew; jitlob li jiġi infurmat bis-sħiħ dwar l-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu u kull proposta għal deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu, bħall-istabbiliment tal-kriterji speċifiċi biex merkanzija titqies "f'riskju", jew dwar l-emenda ta' xi waħda mid-deċiżjonijiet preċedenti tiegħu;

30.Ifakkar li fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, ir-Renju Unit huwa obbligat jikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għall-finanzjament tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, tal-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà u taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-ispejjeż tal-operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) li jipparteċipa fihom;

31.Jissottolinja l-fatt li r-Renju Unit jeħtieġlu jimplimenta l-miżuri restrittivi u s-sanzjonijiet preeżistenti kollha tal-UE u dawk eventwalment deċiżi matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, jeħtieġlu jappoġġa d-dikjarazzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi terzi u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali, u jipparteċipa fuq bażi ta' każ b'każ fl-operazzjonijiet militari u fil-missjonijiet ċivili tal-UE stabbiliti fil-qafas tal-PSDK, iżda mingħajr ebda kapaċità ta' tmexxija fi Ftehim Qafas ta' Parteċipazzjoni ġdid, filwaqt li jirrispetta l-awtonomija tal-UE fit-teħid ta' deċiżjonijiet u d-deċiżjonijiet u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, inkluż dwar l-akkwist u t-trasferimenti fil-qasam tad-difiża; jafferma li din il-kooperazzjoni hija subordinata għall-konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, mad-dritt umanitarju internazzjonali u mad-drittijiet fundamentali tal-UE;

Sħubija ekonomika

ܳċ

32.Jieħu nota li r-Renju Unit għażel li jistabbilixxi s-sħubija ekonomika u kummerċjali futura tiegħu mal-UE abbażi ta' "Ftehim ta' ܳċ Ħieles Komprensiv" kif stabbilit fid-dokument ippubblikat mill-Gvern tar-Renju Unit fis-27ta'Frar2020 bit-titlu "The Future Relationship with the EU – the UK's Approach to Negotiations" (Ir-Relazzjoni Futura mar-Renju Unit – l-approċċ tar-Renju Unit għan-Negozjati); jenfasizza li, filwaqt li l-Parlament jappoġġa lill-UE f'negozjati kostruttivi għal Ftehim ta' ܳċ Ħieles (Free Trade Agreement - FTA) ibbilanċjat, ambizzjuż u komprensiv mar-Renju Unit, in-natura stess tal-FTA qatt mhi se tkun ekwivalenti għall-kummerċ "bla xkiel"; jikkondividi l-pożizzjoni stabbilita fid-direttivi tan-negozjati, li ġiet adottata b'mod konġunt mis-27Stat Membru, li l-kamp ta' applikazzjoni u l-ambizzjoni ta' FTA li l-UE tista' taqbel dwaru huma subordinati u jrid ikollhom rabta diretta ma' qbil, minn naħa tar-Renju Unit, dwar dispożizzjonijiet komprensivi, vinkolanti u infurzabbli b'rabta mal-kundizzjonijiet ekwivalenti, fid-dawl tad-daqs, il-prossimità ġeografika, l-interdipendenza u l-konnessjoni ekonomiċi, l-integrazzjoni tas-swieq, kif ukoll il-konklużjoni ta' ftehim sodisfaċenti dwar is-sajd; itenni mill ġdid li ma jista' jiġi konkluż ebda ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit jekk dan ma jinkludix ftehim dwar is-sajd komplut, ibbilanċjat u fit-tul, li jippermetti l-kontinwazzjoni b'kundizzjonijiet ottimali tal-aċċess eżistenti għall-ibħra, għar-riżorsi u għas-swieq skont il-prinċipji tal-politika komuni tas-sajd (PKS) u li dan jiġi adottat qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

33.Jinnota li, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tar-Renju Unit li għandu jittieħed spunt mill-preċedenti eżistenti, ħafna proposti fl-abbozz tal-proposti leġiżlattivi tar-Renju Unit imorru ferm lil hinn minn dak li ġie nnegozjat mill-UE f'FTAs oħrajn ma' pajjiżi terzi fi snin reċenti, pereżempju fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali u tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-ekwivalenza tar-reġim tal-SPS, jew tal-akkumulazzjoni tar-regoli ta' oriġini; jappoġġa s-sistema ta' akkumulazzjoni bilaterali, li hija l-aktar waħda xierqa, billi tinvolvi appoġġ għall-integrazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, u mhux mal-pajjiżi terzi li magħhom l-UE kkonkludiet FTAs, u għandu jiġi previst mekkaniżmu ad hoc kontra r-riskji ta' "swap"(14);

34.Jiddispjaċih ferm, f'dan ir-rigward, li r-Renju Unit s'issa rrifjuta li jieħu azzjoni, minkejja l-impenn tiegħu meħud fid-Dikjarazzjoni Politika, pereżempju dwar l-akkwist pubbliku, it-trasport marittimu kif ukoll il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi futuri (IĠ), speċjalment billi r-Renju Unit tabilħaqq inkluda wħud minn dawn it-temi fil-mandati ta' negozjar tiegħu mal-Istati Uniti u mal-Ġappun; barra minn hekk jiddispjaċih ukoll, li r-Renju Unit għadu ma ressaqx proposta dwar l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);

35.Ifakkar li l-impenn kontinwu kondiviż biex jintlaħaq l-objettiv ta' kwoti żero u tariffi żero fid-dawl tar-relazzjoni kummerċjali, għadu kundizzjoni essenzjali għall-konklużjoni puntwali ta' ftehim fi kronoloġija ta' żmien tassew impenjattiva li ħadd ħlief ir-Renju Unit stess ma impona fuq dawn in-negozjati, speċjalment billi l-esperjenza fl-imgħoddi wriet b'mod ċar li n-negozjar tal-linji tariffarji jista' jieħu diversi snin; jesprimi tħassib dwar l-intenzjoni tal-Gvern tar-Renju Unit li jitbiegħed minn dak l-objettiv; jenfasizza li probabbilment il-prodotti agrikoli se jkunu l-aktar affettwati, billi l-bqija tal-linji tariffarji li għalihom m'hemmx prevista tariffa żero fl-FTAs, normalment jaffettwaw lil dan is-settur; itenni, f'dan ir-rigward, li irrispettivament minn jekk jitneħħewx 100% jew anqas mil-linji tariffarji, dan mhux se jbiddel it-talba tal-UE għal kundizzjonijiet ekwivalenti robusti; itenni li d-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet ekwivalenti, maż-żmien, iridu jżommu standards ambjentali, soċjali u tal-impjiegi fil-livelli għoljin, abbażi ta' standards tal-UE u internazzjonali xierqa u rilevanti, u jinkludu wkoll mekkaniżmi xierqa sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva domestikament, u qafas robust u komprensiv għall-kompetizzjoni u għall-kontroll tal-għajnuna mill-istat li jipprevjeni distorsjoni mhux dovuta tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni minflok ma jsir riferiment għas-sussidji biss, kif sfortunatament jagħmel ir-Renju Unit;

36.Iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex taħtaf il-momentum ikkawżat minn dawn in-negozjati ħalli ttejjeb il-kompetittività għall-kumpaniji u l-SMEs Ewropej; jisħaq li l-Ftehim għandu jkollu l-għan li jippermetti l-aċċess għas-suq u l-iffaċilitar tal-kummerċ malajr kemm jista' jkun sabiex jiġi mminimizzat it-tfixkil fil-kummerċ; iħeġġeġ lill-Partijiet jistabbilixxu punti ta' kuntatt tal-SMEs u jitlob li jkun hemm qafas legali stabbli, trasparenti u prevedibbli li ma jimponix piż sproporzjonat fuq l-SMEs;

37.Jenfasizza li biex FTA jippromwovi verament l-interessi tal-UE, in-negozjati għandu jkollhom l-għan li jiksbu l-objettivi li ġejjin kif stabbiliti fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12ta'Frar 2020, b'mod partikolari l-paragrafu14 tiegħu, li d-dispożizzjonijiet tiegħu għadhom kompletament validi; barra minn hekk, jenfasizza li għandu jkun kopert dan li ġej:

(i) aċċess għas-suq li jkun ta' benefiċċju għat-tnejn fejn jidħlu prodotti, servizzi, l-akkwist pubbliku, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali kif ukoll ir-regoli tal-prodotti; jissottolinja, barra minn hekk, il-ħtieġa ta' ktajjen tal-valur stabbli, affidabbli u sostenibbli;
(ii) il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa għal klawżoli ta' salvagwardja biex jipproteġu l-integrità u l-istabbiltà tas-suq intern tal-UE bħal pereżempju minn żidiet mhux mistennija fl-importazzjoni, frodi u ċirkomvenzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali;
(iii) l-impenji rigward miżuri anti-dumping u miżuri kompensatorji għandhom imorru lil hinn mir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-ܳċ (WTO) f'dan il-qasam, kif xieraq, u mill-impenji u l-possibbiltajiet ta' infurzar dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat;
(iv) ir-regoli dwar l-iżvilupp u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ diġitali għandhom jindirizzaw ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ b'mezzi elettroniċi, inklużi rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data, jeħtieġ li jippreservaw l-awtonomija regolatorja tal-UE, u jiżguraw ambjent online miftuħ, sigur u affidabbli għan-negozji u l-konsumaturi, dment li l-bejjiegħa online tar-Renju Unit jikkonformaw mar-regoli rilevanti tas-suq intern u dment li r-Renju Unit jipprovdi livell ta' protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak offrut mill-qafas legali tal-UE, inkluż dwar trasferimenti ulterjuri lejn pajjiżi terzi ;
(v) kull miżura SPS għandha tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet tar-riskju, b'rispett sħiħ għall-prinċipju ta' prekawzjoni;
(vi) il-protezzjoni tal-IĠ mnaqqxa fil-Ftehim dwar il-Ħruġ mhijiex negozjabbli; il-ftehim futur għandu wkoll jipproteġi u jżomm l-IĠ irreġistrati wara t-tmiem tal-perjodu ta' tranżizzjoni;
(vii) għandu jinkludi konċessjonijiet prudenzjali sodi biex jiġu garantiti ġuridikament id-drittijiet taż-żewġ partijiet li jirregolaw, fl-interess pubbliku;
(viii) ifakkar li għandhom jiġu meqjusa l-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż billi jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti għal azzjonijiet tal-UE li jipproteġu u javvanzaw ir-rwol tan-nisa fl-ekonomija, pereżempju f'termini ta' miżuri li jiġġieldu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;
(ix) sħubija li tikseb l-għanijiet fuq medda twila ta' żmien;
(x) jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu t-tħejjijiet u jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa għall-possibbiltà ta' skadenza tal-Ftehim dwar il-Ħruġ mingħajr qbil fuq ir-relazzjonijiet futuri, u b'mod partikolari r-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi, li jidħlu fis-seħħ fl-1ta'Jannar2021, inklużi miżuri ta' kontinġenza sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun id-dannu għall-ħaddiema u għall-impriżi affettwati;
(xi) jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex tnaqqas l-impatt fuq is-sħab kummerċjali tal-pajjiżi terzi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, f'każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim mal-Gran Brittanja, billi l-importazzjonijiet Brittaniċi jista' jkun li kienu jikkostitwixxu sehem imdaqqas mill-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni Ewropea;

Kundizzjonijiet ekwivalenti

38.Jesprimi dispjaċir dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit fin-negozjati mal-UE li sal-lum għadu ma impenjax ruħu f'negozjati dettaljati rigward il-kundizzjonijiet ekwivalenti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li din il-pożizzjoni ma tirriflettix il-paragrafu77 tad-Dikjarazzjoni Politika ffirmata kemm mill-UE kif ukoll mir-Renju Unit; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Gvern tar-Renju Unit jirrevedi b'mod urġenti l-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu u jimpenja ruħu b'mod kostruttiv fin-negozjati dwar il-kundizzjonijiet ekwivalenti billi hija kundizzjoni neċessarja biex il-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu għal ftehim kummerċjali mar-Renju Unit;

39.Itenni li, minħabba l-prossimità ġeografika u l-interdipendenza ekonomika tar-Renju Unit mal-UE, l-estensjoni u l-profondità tal-Ftehim fir-rigward ta' kundizzjonijiet ekwivalenti se jkunu essenzjali biex tiġi ddeterminata l-firxa tar-relazzjoni futura ġenerali bejn l-UE u r-Renju Unit; iqis, għaldaqstant, li l-kundizzjonijiet ekwivalenti li huma xierqa għal-livell ta' ambizzjoni u liberalizzazzjoni tal-Ftehim għall-konverġenza regolatorja f'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika trid tkun prevista u l-istandards tal-UE iridu jkunu ssalvagwardjati biex tkun evitata "ġirja lejn l-aktar livell baxx" kif ukoll miżuri li għandhom effett dannuż mhux ġustifikat u sproporzjonat fuq il-flussi kummerċjali, fil-perspettiva ta' allinjament dinamiku; inkluż għall-għajnuna mill-istat; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li r-Renju Unit ma jiksibx vantaġġ kompetittiv inġust permezz tat-twaqqigħ tal-livelli ta' protezzjoni u biex jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju min-naħa tal-operaturi tas-suq;

40.Ifakkar fid-determinazzjoni tiegħu li jimpedixxi kull tip ta' "dumping" fil-qafas tar-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit; jirrimarka li riżultat ewlieni tan-negozjati huwa li jiġu garantiti kundizzjonijiet ekwivalenti sabiex jiġu ppreservati l-kompetittività, standards soċjali u ta' sostenibbiltà għoljin, inkluża l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-drittijiet taċ-ċittadini u tal-ħaddiema fil-futur permezz ta' impenji robusti, dispożizzjonijiet infurzabbli u klawżoli ta' nuqqas ta' rigressjoni, bil-ħsieb li jkun hemm allinjament dinamiku dwar:

(i) il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-istat, u kull miżura regolatorja oħra ġenerali jew speċifika għas-settur, li għandhom jipprevjenu distorsjoni indebita tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni u jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-impriżi statali, inkluż dispożizzjonijiet dwar miżuri ta' appoġġ għall-produzzjoni agrikola;
(ii) il-kwistjonijiet rilevanti tat-taxxa, inklużi l-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll is-servizzi finanzjarji;
(iii) ir-rispett sħiħ tal-istandards soċjali u tax-xogħol tal-mudell soċjali tal-UE (inklużi livelli ekwivalenti ta' protezzjoni u salvagwardja kontra d-dumping soċjali), tal-anqas fil-livelli għoljin attwali mogħtija mill-istandards komuni eżistenti;
(iv) il-protezzjoni ambjentali u l-istandards relatati mat-tibdil fil-klima, inkluż impenn biex ikompli jiġi implimentat b'mod effettiv il-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll il-promozzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU;
(v) livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi, inkluża l-kwalità sanitarja tal-prodotti fis-settur tal-ikel;
(vi) l-iżvilupp sostenibbli;

41.Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw li l-istandards ma jitbaxxewx, filwaqt li jagħtu s-setgħa lill-UE u lir-Renju Unit biex jimmodifikaw l-impenji maż-żmien ħalli jistabbilixxu standards ogħla jew jinkludu oqsma addizzjonali, fir-rispett sħiħ tal-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-neċessità; jenfasizza, barra minn hekk, li l-impenji u d-dispożizzjonijiet għandhom ikunu infurzabbli permezz ta' miżuri provviżorji awtonomi, mekkaniżmu sod għas-soluzzjoni tat-tilwim li jkopri l-oqsma u r-rimedji kollha, inkluża s-sorveljanza ġuridika, biex l-UE tingħata l-kapaċità li tadotta sanzjonijiet bħala l-aħħar soluzzjoni, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli fil-perspettiva ta' allinjament dinamiku; jissottolinja li kundizzjonijiet ekwivalenti jirrikjedu mekkaniżmu orizzontali, bħall-qafas ta' governanza ġenerali li jkopri l-oqsma kollha ta' kooperazzjoni;

42.Jenfasizza b'mod partikolari l-klawżoli ta' nonregressjoni fl-oqsma li ġejjin: (i) id-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol; (ii) l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; (iii) kundizzjonijiet tax-xogħol u standards tal-impjieg ġusti; (iv) id-drittijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni fil-livell tal-kumpaniji; u (v) ir-ristrutturar;

43.Iqis li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, l-ambjent, u l-kwistjonijiet ewlenin tas-saħħa għandhom jikkostitwixxu elementi essenzjali tas-sħubija prevista; jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew billi għamlet ir-rispett lejn l-Ftehim ta' Pariġi element essenzjali tal-ftehimiet kummerċjali komprensivi futuri kollha;

44.Jisħaq li "klawżola ratchet" għal-livelli futuri ta' protezzjoni mhijiex biżżejjed, billi ma tipprevedix kundizzjonijiet ekwivalenti jew inċentivi biex jogħlew il-livelli ta' ambizzjoni, u jqis li jekk parti waħda (jiġifieri l-UE jew ir-Renju Unit) iżżid il-livell tagħha ta' protezzjoni klimatika jew ambjentali, il-parti l-oħra għandha tiżgura li l-istandards u l-miri tagħha joffru mill-inqas livell ekwivalenti ta' protezzjoni klimatika jew ambjentali;

45.Jemmen bis-sħiħ li r-Renju Unit għandu jaderixxi mal-istandards li qed jevolvu dwar it-tassazzjoni u l-leġiżlazzjoni kontra l-ħasil tal-flus fi ħdan l-acquis tal-UE kif ukoll fid-dinja kollha, inkluż it-trasparenza fiskali, l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa u l-miżuri kontra l-evitar tat-taxxa, sabiex tiġi ggarantita kooperazzjoni reċiproka siewja u bbażata fuq il-fiduċja, u għandu jindirizza s-sitwazzjonijiet rispettivi tat-Territorji Extra-Ewropej tiegħu, iż-Żoni ta' Bażi Sovrana tiegħu u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu u l-konformità tagħhom mal-kriterji tal-governanza tajba u r-rekwiżiti tat-trasparenza tal-UE, b'mod partikolari dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa, it-trasparenza fiskali, il-miżuri kontra l-evitar tat-taxxa u dwar l-istandards tal-OECD kontra l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferimenti tal-Profitt; jappella, barra minn hekk, li l-UE u r-Renju Unit jirrispettaw l-istandards tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja; ifakkar, fir-rigward ta' Ġibiltà, fid-direttivi ta' negozjati u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-abbozz tat-test ġuridiku tal-UE;

46.Itenni l-ħtieġa li jinżammu standards għoljin, traċċabbiltà ċara, servizzi ta' spezzjoni ta' kwalità għolja u kundizzjonijiet ekwivalenti fl-oqsma tal-prodotti mediċinali, l-apparat mediku, is-sikurezza u t-tikkettar tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, il-benessri u l-kura veterinarja tal-annimali, l-SPS u l-politiki u l-istandards ambjentali;

47.Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-prinċipji u l-istrumenti eżistenti u futuri fil-qafas tal-politiki soċjali, ambjentali u klimatiċi tal-UE (pereżempju l-miżuri anti-dumping, il-politika industrijali Ewropea, il-leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta obbligatorja, it-tassonomija tal-UE għal investiment sostenibbli, il-prinċipju ta' "la tagħmilx ħsara sinifikanti", il-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera, id-divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji) ma jistgħux jiġu ġuridikament ikkontestati fil-qafas tal-FTA bejn l-UE u r-Renju Unit u fil-ftehimiet kummerċjali futuri;

Kwistjonijiet settorjali speċifiċi u kooperazzjoni tematika

Is-suq intern

48.Jisħaq li l-aċċess għas-suq intern tal-UE jeħtieġ, bħala prekundizzjoni, konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mas-suq intern;

49.Jissottolinja li l-allinjament regolatorju dinamiku u d-dispożizzjonijiet li jiżguraw sorveljanza tas-suq robusta li jgħinu fl-infurzar tar-regoli dwar il-prodotti, inklużi dawk dwar is-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-prodotti, u jiżguraw ċertezza ġudizzjarja għan-negozji tal-UE flimkien ma' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi tal-UE, għandhom ikunu parti essenzjali, u li ma tistax tiġi sostitwita, ta' kull ftehim futur li għandu l-għan li jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti;

50.Ifakkar li fi kwalunkwe każ, ftehim ġdid se jwassal għal verifiki u kontrolli doganali qabel ma l-prodotti jidħlu fis-suq intern u jinsisti li s-salvagwardja tal-konformità tal-prodotti mar-regoli tas-suq intern hija tal-akbar importanza;

51.Jissottolinja l-importanza li tinżamm kooperazzjoni mill-qrib u strutturata fi kwistjonijiet regolatorji u ta' superviżjoni, kemm fil-livell politiku kif ukoll f'dak tekniku, b'rispett għar-reġim regolatorju tal-UE u tal-awtonomija tagħha fit-teħid ta' deċiżjonijiet;

52.Jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati arranġamenti reċiproċi għar-rikonoxximent ta' kwalifiki u diplomi u jħeġġeġ liż-żewġ partijiet u b'mod partikolari lill-korpi u l-awtoritajiet professjonali biex jiżviluppaw u jipprovdu aktar rakkomandazzjonijiet konġunti dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Kunsill ta' Sħubija;

Is-Servizzi finanzjarji

53.Huwa tal-opinjoni li l-ftehim futur għandu jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji Ewropej u l-awtoritajiet superviżorji finanzjarji tar-Renju Unit sabiex jitrawwem l-allinjament regolatorju, jiġu kondiviżi t-tħassib superviżorju u l-aħjar prattiki, kif ukoll biex jiġi żgurat livell ta' kooperazzjoni bla xkiel u jinżammu swieq kapitali integrati;

54.Ifakkar li d-drittijiet ta' passaportar, li huma bbażati fuq ir-rikonoxximent reċiproku, ir-regoli prudenzjali armonizzati u l-konverġenza superviżorja fis-suq intern, se jieqfu japplikaw bejn l-UE u r-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, billi r-Renju Unit se jsir pajjiż terz; jissottolinja li, minn hemm 'il quddiem, l-aċċess għas-suq finanzjarju tal-UE irid ikun ibbażat fuq il-qafas ta' ekwivalenza awtonomu tal-UE; ifakkar, madankollu, fil-kamp ta' applikazzjoni limitat tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-ekwivalenza;

55.Jenfasizza li se ssir valutazzjoni tal-ekwivalenza tar-regolamenti finanzjarji tar-Renju Unit mill-Kummissjoni u li tali ekwivalenza tista' tingħata biss b'rispett sħiħ għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha, u jekk ir-reġim u l-istandards regolatorji u superviżorji tar-Renju Unit ikunu kompletament ekwivalenti għal dawk tal-UE; jitlob li din il-valutazzjoni ssir kemm jista' jkun malajr biex jiġi ssodisfat l-impenn tad-Dikjarazzjoni Politika; ifakkar li l-UE tista' tirtira unilateralment l-istatus ta' ekwivalenti fi kwalunkwe ħin;

56.Ifakkar li ammont sostanzjali ta' derivati iddenominati f'euro huma kklerjati fir-Renju Unit, u dan potenzjalment jista' jkollu implikazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja għall-UE;

Id-dwana

57.Jinnota l-intenzjoni tar-Renju Unit li ma tfittix il-kontinwazzjoni tal-istatus attwali tagħha fir-rigward tas-suq intern u l-unjoni doganali; jissottolinja l-importanza li tinżamm l-integrità tal-unjoni doganali u l-proċeduri tagħha, li jiggarantixxu s-sikurezza u l-protezzjoni tal-konsumaturi u l-interessi ekonomiċi tal-UE u l-intrapriżi tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' investiment akbar fil-faċilitajiet ta' kontroll doganali fil-punti ta' tranżitu komuni fil-fruntieri komuni u, fejn rilevanti u xieraq, aktar koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni ma' xulxin kif ukoll l-inklużjoni tal-possibbiltà ta' uffiċċju permanenti tal-UE fl-Irlanda ta' Fuq li jkun jitttratta l-konformità mad-dwana;

58.Jissottolinja li kull ftehim futur għandu jistabbilixxi mekkaniżmi ta' kooperazzjoni doganali komprensivi biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transfruntier kif ukoll mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq; jitlob, barra minn hekk, lill-partijiet biex, fejn rilevanti u xieraq, jistinkaw ħalli jissimplifikaw ir-rekwiżiti u l-formalitajiet tal-proċeduri doganali għall-kummerċjanti jew l-operaturi, inkluż għall-SMEs;

59.Jissottolinja li l-UE u r-Renju Unit għandhom jistinkaw biex iżommu livell għoli ta' konverġenza tal-leġiżlazzjoni u l-prattiki doganali tagħhom bil-għan li jiġu żgurati kontrolli doganali u kklerjar effettivi, infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali u protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet b'kapaċità ta' rkupru ta' taxxi u dazji żejda, kif ukoll miżuri ta' salvagwardja għal ksur sistematiku tal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli;

60.Jenfasizza li huwa ferm mixtieq li r-Renju Unit iżomm il-klassifikazzjoni attwali tal-prodotti abbażi tat-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej (TARIC) sabiex il-proċeduri jibqgħu simplifikati u jitnaqqas il-piż regolatorju;

Il-politika tal-konsumatur

61.Jisħaq li l-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u d-drittijiet taċ-ċittadini skont l-acquis tal-UE iridu jiġu ppreservati miż-żewġ partijiet fi kwalunkwe ftehim futur; jemmen li l-Ftehim għandu jiżgura valur miżjud għall-konsumaturi tal-UE billi jipprovdi l-aħjar qafas għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur u għall-infurzar tal-obbligi tan-negozjanti;

62.Iqis li huwa importanti ħafna li tiġi ggarantita s-sikurezza tal-prodotti importati mir-Renju Unit b'mod li dawn ikunu jikkorrispondu għall-istandards tal-UE;

63.Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni regolatorja u amministrattiva akkumpanjati, fejn rilevanti u xieraq, minn sorveljanza parlamentari u impenji ta' nonrigressjoni, sabiex jiġu indirizzati l-ostakli mhux tariffarji u jiġu segwiti objettivi ta' interess pubbliku, biex jiġu protetti l-interessi tal-konsumaturi tal-UE inkluż biex jiġi żgurat ambjent sigur u affidabbli għall-konsumaturi u għan-negozji online, kif ukoll biex jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali inġusti.

Sajd

64.Itenni li ma jista' jiġi konkluż ebda ftehim komprensiv bejn l-UE u r-Renju Unit jekk dan ma jinkludix ftehim dwar is-sajd u l-kwistjonijiet relatati mas-sajd li jkun komplut, ibbilanċjat u fit-tul, u li jippermetti l-kontinwazzjoni b'kundizzjonijiet ottimali ta' aċċess għall-ilmijiet, ir-riżorsi u s-swieq tal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll l-attivitajiet tas-sajd eżistenti;

65.Ifakkar li l-akbar benefiċċju għaż-żewġ naħat se jinkiseb permezz tal-protezzjoni tal-ekosistemi kondiviżi u l-ġestjoni sostenibbli tal-isfruttament tagħhom, billi jinżamm l-aċċess reċiproku eżistenti għall-ilmijiet u għar-riżorsi tas-sajd, bil-għan li jinżammu l-attivitajiet tas-sajd eżistenti, kif ukoll billi jiġu definiti prinċipji u regoli komuni, koerenti, ċari u stabbli li jipermettu l-aċċess reċiproku miftuħ għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura għas-swieq, mingħajr ma jiġu kkawżati tensjonijiet ekonomiċi jew soċjali minħabba kompetizzjoni żbilanċjata; Jinsisti fuq il-ħtieġa ta' qafas ta' governanza li jħaddan kollox biex jiġi żgurat li kull ksur ta' dispożizzjonijiet li jikkonċerna l-aċċess reċiproku għall-ilmijiet u r-riżorsi jista' jkun soġġett għal sanzjonijiet, inkluż is-sospensjoni ta' tariffi preferenzjali għall-merkanzija tar-Renju Unit fis-suq tal-UE;

66.Jenfasizza l-ħtieġa li fil-Ftehim jiġu inklużi l-perċentwali ta' distribuzzjoni li bħalissa qed jiġu applikati għall-istokkijiet li għandhom jinqasmu bejn iż-żewġ partijiet fl-AnnessFISH-2 (Allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd), f'konformità mal-prinċipju ta' stabbiltà relattiva fis-seħħ;

67.Jistieden lill-partijiet iżommu l-ishma tal-kwoti eżistenti u d-distribuzzjoni stabbli u kostanti tad-drittijiet tas-sajd; jenfasizza l-importanza tal-ġestjoni fit-tul tar-riżorsi abbażi tal-konformità mal-prinċipji tal-PKS bħar-rendiment massimu sostenibbli (MSY) u l-miżuri tekniċi, l-għodod ta' ġestjoni reġjonali bħall-Pjanijiet Pluriennali għall-Baħar tat-Tramuntana u l-Ilmijiet tal-Punent, u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, li s'issa kkontribwew għat-titjib tal-istat tal-istokkijiet tal-ħut għall-benefiċċju tal-flotot kemm tal-Istati Membri tal-UE kif ukoll tar-Renju Unit;

68.Jenfasizza li l-Ftehim irid jiżgura li l-miżuri tekniċi jew iż-żoni protetti tal-baħar ikunu reċiproki, nondiskriminatorji u proporzjonati u ma jikkostitwixxux mod defacto ta' esklużjoni tal-bastimenti tal-UE mill-ilmijiet tar-Renju Unit; jinsisti li l-Ftehim ma jistax iwassal għal tnaqqis fl-istandards ambjentali u soċjali tal-UE;

69.Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolati (IUU) fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit;

70.Jenfasizza l-ħtieġa ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni u konsultazzjoni xierqa, ta' approċċ xjentifiku komuni u ta' garanziji li r-Renju Unit ser ikompli jikkontribwixxi għall-ġbir ta' data u l-valutazzjoni xjentifika tal-istokkijiet bħala bażi għal deċiżjonijiet futuri għall-ġestjoni ta' attivitajiet tas-sajd konġunti fil-baċiri tal-baħar kollha li jaqsmu bejniethom; iħeġġeġ lill-UE u lir-Renju Unit ikomplu bil-kooperazzjoni attiva u leali tagħhom fi kwistjonijiet ta' kontroll tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat;

Drittijiet taċ-ċittadini u moviment liberu ta' persuni

71.Jinnota b'dispjaċir li r-Renju Unit iddeċieda li l-prinċipju tal-moviment liberu tal-persuni bejn l-UE u r-Renju Unit mhux ser jibqa' japplika wara l-perjodu ta' tranżizzjoni; jinsisti fuq il-ħtieġa li s-sħubija futura tinkludi dispożizzjonijiet ambizzjużi dwar il-moviment tal-persuni, abbażi ta' reċiproċità sħiħa u nondiskriminazzjoni fost l-Istati Membri; itenni l-fatt li l-aċċess tar-Renju Unit għas-suq intern jeħtieġ li jkun proporzjonat mal-impenji li jieħu biex tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-persuni; jenfasizza li s-sistema tal-qsim tal-fruntieri ma għandhiex tikkawża ostaklu amministrattiv jew finanzjarju eċċessiv;

72.Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tat-tfal minn familji mħallta fejn ġenitur wieħed biss huwa ċittadin tal-UE, u li jiġu provduti l-mekkaniżmi legali xierqa għas-soluzzjoni ta' tilwimiet bejn il-ġenituri, pereżempju fil-każ ta' divorzju;

73.Iqis li l-ftehimiet ta' mobilità, inkluż l-ivvjaġġar mingħajr viża għal żjarat qosra, għandhom ikunu bbażati fuq in-nondiskriminazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE u r-reċiproċità sħiħa u għandhom jinkludu l-acquis tal-UE dwar il-mobilità, ir-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema u dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali;

74.Iqis li l-kodifikazzjoni ulterjuri tad-drittijiet taċ-ċittadini permezz ta' dispożizzjonijiet legalment vinkolanti trid tikkostitwixxi parti intrinsika tat-test ta' ftehim futur bejn l-UE u r-Renju Unit; iqis li dan irid jinkludi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema transfruntiera, li l-libertà ta' moviment tagħhom għandha tkun garantita, u msejsa fuq in-nondiskriminazzjoni u r-reċiproċità; jitlob li tingħata kunsiderazzjoni għal regolamentazzjoni aħjar tal-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza għal skopijiet ta' riċerka, studju, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' studenti jew proġetti edukattivi, aupairing u servizz volontarju fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jeħtieġ li dawn ikunu parti mill-ftehim futur u ma jitħallewx għal regolamentazzjoni domestika; ifakkar li l-kriżi tal-COVID-19 uriet id-dipendenza ta' setturi vitali fir-Renju Unit, bħas-saħħa pubblika jew l-agrikoltura, fuq ħaddiema mill-UE, inkluża l-forza tax-xogħol staġonali;

Forza tax-xogħol, mobilità u koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

75.Jiddispjaċih għall-fatt li l-Gvern tar-Renju Unit għadu ma ssodisfax l-impenn tiegħu li jattwa Liġi ġdida dwar l-Impjiegi u jħeġġeġ lir-Renju Unit biex jagħmel dan qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni; jirreferi f'dan ir-rigward speċjalment għall-atti leġiżlattivi tal-UE li ġew adottati reċentement u li l-iskadenzi ta' traspożizzjoni tagħhom huma matul il-perjodu ta' tranżizzjoni; jisħaq fuq l-importanza kbira li tiġi evitata kwalunkwe diskrepanza fejn id-drittijiet tal-ħaddiema la huma protetti minn liġi eżistenti tal-Unjoni u lanqas mill-Liġi dwar l-Impjiegi tar-Renju Unit;

76.Ifakkar fl-importanza li jinżammu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali eżistenti u futuri tal-persuni affettwati, fid-dimensjonijiet kollha; jistieden lin-negozjaturi tal-Ftehim jużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jagħtu prijorità lid-drittijiet ta' dawn iċ-ċittadini fir-rigward tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u jipprovdu għall-applikazzjoni kontinwa tar-regoli ta' koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fil-kapitoli kollha;

77.Jiddispjaċih, madankollu, li ma hemm previst ebda dispożizzjoni speċjali rigward il-benefiċċji tal-qgħad għall-ħaddiema transfruntiera u għall-ħaddiema fruntalieri, u għaldaqstant iħeġġeġ lill-UE u lir-Renju Unit jeżaminaw dispożizzjonijiet xierqa rigward il-benefiċċji tal-qgħad għal ħaddiema transfruntiera u għall-ħaddiema fruntalieri;

78.Jisħaq fuq l-importanza ta' ftehim dinamiku dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali; jisħaq fuq il-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim finali dwar il-mobilità tal-persuni jridu jinkludu drittijiet proporzjonati u robusti fir-rigward tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika;

Protezzjoni tad-data

79.Jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tad-data kemm bħala dritt fundamentali kif ukoll bħala faċilitatur ewlieni għall-ekonomija diġitali; jinnota li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, biex il-Kummissjoni tiddikjara l-adegwatezza tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit, hija jeħtiġilha turi li r-Renju Unit jipprovdi livell ta' protezzjoni "essenzjalment ekwivalenti" għal dak offrut mill-qafas legali tal-UE, inkluż dwar trasferimenti ulterjuri lejn pajjiżi terzi;

80.Ifakkar li l-Att tar-Renju Unit dwar il-Protezzjoni tad-Data jipprevedi eżenzjoni ġenerali u mifruxa mill-prinċipji tal-protezzjoni tad-data u mid-drittijiet tas-suġġetti tad-data għall-ipproċessar ta' data personali għal finijiet ta' immigrazzjoni; jinsab imħasseb li, meta d-data ta' ċittadini mhux tar-Renju Unit tiġi pproċessata fl-ambitu ta' din l-eżenzjoni, dawn mhumiex protetti bl-istess mod bħaċ-ċittadini tar-Renju Unit u jkunu f'konflitt mar-Regolament (UE)2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15); huwa tal-fehma li l-qafas legali tar-Renju Unit dwar iż-żamma ta' data tat-telekomunikazzjoni elettronika ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-acquis rilevanti tal-UE kif interpretat mill-QĠUE u, għalhekk, bħalissa ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għal adegwatezza;

81.Jissottolinja u jappoġġa l-fatt li s-sħubija futura tkun ibbażata fuq impenji li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inkluż il-protezzjoni adegwata tad-data personali, li hija kundizzjoni neċessarja għall-kooperazzjoni prevista, u fuq is-sospensjoni awtomatika tal-ftehim ta' infurzar tal-liġi jekk ir-Renju Unit iħassar il-liġi domestika li tagħti effett lill-QEDB; jappella lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikolari lill-qafas legali tar-Renju Unit meta tivvaluta l-adegwatezza tiegħu skont id-dritt tal-UE; jirrakkomanda li titqies il-ġurisprudenza tal-QĠUE f'dan il-qasam, bħall-KawżaSchrems, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-QEDB;

82.Jieħu l-pożizzjoni li jekk ir-Renju Unit ma jiħux l-impenn espliċitu li jinforza l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mhux ser jaċċetta r-rwol tal-QĠUE, mhu ser ikun possibbli ebda ftehim dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija f'materji kriminali; jiddispjaċih li s'issa r-Renju Unit irrifjuta li jagħti garanziji sodi dwar id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet individwali u insista li jbaxxi l-istandards attwali u jiddevja mill-mekkaniżmi tal-protezzjoni tad-data li kien intlaħaq qbil dwarhom, inkluż bl-użu ta' sorveljanza tal-massa;

83.Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-elementi msemmija hawn fuq meta tivvaluta l-adegwatezza tal-qafas legali tar-Renju Unit fir-rigward tal-livell tal-protezzjoni tad-data personali, u tiżgura li r-Renju Unit ikun solva l-problemi identifikati f'din ir-riżoluzzjoni qabel ma possibbilment tiddikjara l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit bħala adegwata f'konformità mal-liġi tal-UE kif interpretata mill-QĠUE; jappella wkoll lill-Kummissjoni biex tfittex il-parir tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

Sigurtà, infurzar tal-liġi u kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali

84.Itenni li għandu jinkiseb progress tanġibbli fil-qasam tas-sigurtà, l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali biex ikun jista' jintlaħaq qbil għal kooperazzjoni komprensiva u effiċjenti li jkun ta' benefiċċju reċiproku għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit;

85.Jopponi b'qawwa t-talba tar-Renju Unit li jirċievi aċċess dirett għas-sistemi tal-informazzjoni tad-data tal-UE fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni; jenfasizza għal darb'oħra f'dan ir-rigward li r-Renju Unit, bħala pajjiż terz mhux ta' Schengen, ma jistax ikollu aċċess dirett għal data tas-sistemi tal-informazzjoni tal-UE; iwissi li kwalunkwe kondiviżjoni ta' informazzjoni, inkluża data personali, mar-Renju Unit għandha tkun soġġetta għal salvagwardji, awditjar u kundizzjonijiet ta' sorveljanza stretti, inkluż livell ta' protezzjoni tad-data personali ekwivalenti għal dak previst mid-dritt tal-UE;

86.Jindika l-leġiżlazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) tipprojbixxi b'mod espliċitu l-aċċess ta' pajjiżi terzi għas-sistema u li, bħala pajjiż terz, ir-Renju Unit ma jistax ikollu aċċess għas-SIS; ifakkar li fil-5ta'Marzu2020 il-Kunsill ħareġ sett ta' rakkomandazzjonijiet li jindirizzaw ksur serju fl-applikazzjoni tas-SIS mir-Renju Unit u li fit-tweġiba tar-Renju Unit ftit li xejn hemm intenzjoni li jiġu applikati dawn ir-rakkomandazzjonijiet, bi ksur tad-dritt tal-UE; iqis li l-kooperazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja għandha tkun ibbażata fuq fiduċja reċiproka; jissottolinja li ftehim fuq kooperazzjoni ta' dan it-tip jista' jintlaħaq biss jekk jiġu stabbiliti regoli dwar il-protezzjoni tad-data u jekk ikun hemm fis-seħħ mekkaniżmi sodi ta' infurzar;

87.Jirrimarka li l-iskambju awtomatizzat ta' data dwar id-DNA mar-Renju Unit skont il-Qafas ta' Prüm tnieda biss fl-2019 u li l-Kunsill wasal biex jiddeċiedi dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tippermetti lir-Renju Unit jieħu sehem fi skambji awtomatizzati tad-data dattiloskopika; jindika, f'dan ir-rigward, li skont il-proċedura ta' konsultazzjoni speċjali għall-atti ta' dak li qabel kien it-tielet pilastru fit-13ta' Mejju2020, il-Parlament ċaħad l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill minħabba tħassib dwar reċiproċità sħiħa għall-iskambju tad-data tal-marki tas-swaba', dwar garanziji tal-protezzjoni tad-data, kif ukoll dwar iż-żmien qasir ħafna għall-applikazzjoni; jistieden lill-Kunsill jikkunsidra b'attenzjoni l-argumenti tal-Parlament għaċ-ċaħda; ifakkar lin-negozjaturi li, jekk jiġi adottati, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jawtorizzaw dawn l-iskambji awtomatizzati tad-data ser jiskadu fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' ftehim f'waqtu dwar arranġamenti ġodda għar-relazzjoni futura, minħabba l-importanza tal-iskambju ta' informazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera serja u organizzata u t-terroriżmu;

88.Jinsab imħasseb li l-mandat ta' negozjar tar-Renju Unit huwa nieqes mill-ambizzjoni f'oqsma importanti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali; jemmen li l-UE u r-Renju Unit jistgħu isibu soluzzjoni li tippermetti livell ta' kooperazzjoni aktar ambizzjuż minn dak previst fil-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni;

Migrazzjoni, asil u ġestjoni tal-fruntieri

89.Jisħaq fuq il-ħtieġa li jintlaħaq qbil fuq it-termini ta' kooperazzjoni rigward migrazzjoni ta' ċittadini mhux taż-żewġ partijiet, filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali u d-dinjità umana u tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li jiġu protetti dawk l-aktar vulnerabbli; itenni t-talba tiegħu li din il-kooperazzjoni jkun fiha, minn tal-anqas, arranġamenti li jsaħħu perkorsi sikuri u legali għall-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż permezz tar-riunifikazzjoni tal-familja;

90.Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kooperazzjoni qawwija bejn il-partijiet biex jiġu miġġielda l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin tal-bnedmin u t-traffikar tal-bnedmin, f'konformità mad-dritt internazzjonali, li ser jibqa' applikabbli għall-fruntiera bejn l-UE u r-Renju Unit;

91.Jinsisti li r-Renju Unit ma jistax jagħżel dak li jaqbel lilu rigward l-elementi tal-acquis tal-UE dwar l-asil u l-migrazzjoni li jixtieq iżomm;

92.Jisħaq għal darb'oħra fuq il-ħtieġa li jiġi adottat pjan dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja li jkun lest li jidħol fis-seħħ fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

93.Bħala parti minn pjan bħal dan, u b'mod aktar ġenerali, il-Parlament ifakkar lin-negozjaturi dwar l-obbligu kemm tal-UE kif ukoll tar-Renju Unit li jipproteġu t-tfal kollha fit-territorju tagħhom u, skont il-Konvenzjoni1989 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (il-UNCRC tistieden lill-Istati Membri biex, ladarba jsiru proposti konkreti mir-Renju Unit, jagħtu mandat lill-Kummissjoni ħalli tinnegozja pjan dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja għal dawk li jfittxu asil);

94.Jisħaq fuq l-importanza ta' approċċ koordinat mill-UE dwar dawn il-kwistjonijiet kollha, peress li hemm riskju li arranġamenti bilaterali bejn ir-Renju Unit u Stati Membri individwali dwar kwistjonijiet bħar-riunifikazzjoni tal-familja għar-rifuġjati jew għal dawk li jfittxu asil, u l-arranġamenti għar-rilokazzjoni jew ir-riammissjoni, ikollhom konsegwenzi negattivi għall-koerenza tal-politika tal-UE dwar l-asil u l-migrazzjoni; jappella lill-UE kif ukoll lir-Renju Unit biex ifittxu li jinkiseb approċċ ibbilanċjat u kostruttiv f'dawn il-kwistjonijiet kollha;

Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu

95.Jappella lill-UE u lir-Renju Unit biex fil-ftehim ta' sħubija futur jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT), kif ukoll mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni; ifakkar li, fid-Dikjarazzjoni Politika, l-UE u r-Renju Unit ħadu impenn li jmorru lil hinn mill-istandards tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja dwar l-AML/CFT fir-rigward tat-trasparenza ta' sjieda benefiċjarja u li jtemmu l-anonimat assoċjat mal-użu ta' muniti virtwali, inkluż bl-użu ta' kontrolli tad-diliġenza dovuta tal-klijent;

96.Jappella lill-UE u lir-Renju Unit biex fil-ftehim għal sħubija ġdida jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-superviżjoni tal-entitajiet finanzjarji u mhux finanzjarji marbuta b'obbligu, fil-kuntest tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus;

Kwistjonijiet fiskali

97.Jappella lill-UE u lir-Renju Unit jagħtu prijorità lill-ġlieda kkoordinata kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; jappella lill-partijiet jindirizzaw il-prattiki dwar it-taxxa dannużi billi jfittxu li jdaħħlu fis-seħħ atti ta' kooperazzjoni fl-ambitu tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar it-tassazzjoni tal-intrapriżi; jinnota li, skont il-Kummissjoni, ir-Renju Unit huwa kklassifikat f'pożizzjoni għolja fir-rigward tal-indikaturi li jidentifikaw pajjiż bħala wieħed li għandu aspetti li jistgħu jintużaw minn kumpaniji għal finijiet ta' evitar t-taxxa; jappella biex il-ftehim futur jindirizza b'mod speċifiku din il-kwistjoni; jinnota li, fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, ir-Renju Unit ser jibda jitqies bħala pajjiż terz u li ser ikollu jiġi kkontrollat mill-Grupp tal-Kodiċi tal-Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi skont il-kriterji stabbiliti għal-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx; jappella lill-UE u lir-Renju Unit jiżguraw kooperazzjoni amministrattiva sħiħa biex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-VAT u mal-protezzjoni u l-irkupru tad-dħul mill-VAT;

Ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u ħarsien tal-ambjent

98.Iqis li r-Renju Unit għandu jallinja ruħu kompletament mal-qafas ta' politika attwali u futur tal-UE dwar il-klima, inkluż l-objettivi riveduti għall-2030, l-objettivi għall-2040 u t-trajettorji biex tinkiseb newtralità klimatika sal-2050;

99.Iqis li r-Renju Unit għandu jimplimenta sistema ta' pprezzar tal-karbonju li mill-inqas ikollha l-istess ambitu u effikaċja bħal dik prevista mis-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (EUETS) u għandu japplika l-istess prinċipji rigward l-użu ta' krediti esterni sa tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni; iqis, barra minn hekk, li jekk ir-Renju Unit jitlob li l-iskema tiegħu għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tkun marbuta mal-EUETS, biex tiġi kkunsidrata tali talba għandhom japplikaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: l-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tar-Renju Unit ma għandhiex iddgħajjef l-integrità tal-EUETS, b'mod partikolari l-bilanċ tagħha ta' drittijiet u obbligi, u għandha tirrifletti ż-żieda kontinwa fl-ambitu u l-eeffikaċja tal-EUETS; jenfasizza li għandu jkun hemm sistema ta' pprezzar tal-karbonju diġà stabbilita u fis-seħħ qabel il-votazzjoni fil-Parlament dwar jekk jagħtix l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' Ftehim;

100.Jisħaq fuq l-importanza li jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-valutazzjoni xierqa tal-kwalità tal-arja u tal-ilma fir-Renju Unit minbarra l-adozzjoni tal-istandards u l-miri komuni; jenfasizza wkoll l-importanza li r-Renju Unit jimplimenta u jinforza l-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet u dispożizzjonijiet oħra maqbula skont id-Direttiva(UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) u jallinja b'mod dinamiku mad-Direttiva2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), inkluż l-aġġornamenti għad-Dokumenti ta' Referenza tal-Aħjar Tekniki Disponibbli;

Saħħa pubblika

101.Jenfasizza li, jekk ir-Renju Unit ikun jixtieq jiġi inkluż fil-lista ta' pajjiżi bil-permess li jesportaw prodotti lejn l-UE li huma soġġetti għal miżuriSPS, ser ikollu jikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti tal-UE għal dawk il-prodotti, inklużi r-rekwiżiti relatati mal-proċessi ta' produzzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, li r-regoli tal-oriġini, b'mod partikolari fir-rigward tal-prodotti alimentari, għandhom ikunu kompletament konformi u li għandhom jiġu adottati regoli ċari fir-rigward tat-trasformazzjoni tal-prodotti alimentari fir-Renju Unit biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-rekwiżiti tal-UE, speċjalment fil-kuntest ta' FTAs possibbli bejn ir-Renju Unit u pajjiżi oħra;

102.Jisħaq li r-Renju Unit jeħtieġ ikun konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; iqis li l-Partijiet għandhom jaspiraw li jnaqqsu l-użu u r-riskji tal-pestiċidi; jisħaq fuq il-ħtieġa li ż-żewġ Partijiet jagħmlu ħilithom biex inaqqsu l-użu tal-antibijotiċi fil-produzzjoni tal-annimali u biex ikomplu jipprojbixxu l-użu tagħhom bħala promotur tat-tkabbir u jnaqqsu l-użu mhux xieraq jew mhux neċessarju mill-bniedem;

103.Jenfasizza l-importanza li jiġi evitat in-nuqqas ta' prodotti mediċinali u tagħmir mediku; iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-partijiet interessati jiżguraw li l-proċess ta' ridistribuzzjoni ta' prodotti mediċinali awtorizzati fuq livell nazzjonali jiġi konkluż sa tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni; jappella lill-UE u lir-Renju Unit jikkooperaw fuq medda twila ta' żmien biex jipprevjenu u jidentifikaw it-theddid stabbilit u emerġenti għas-sigurtà tas-saħħa, u jħejju ruħhom u jirrispondu għal tali theddid; jappella, f'dan ir-rigward, kooperazzjoni kontinwa bejn l-UE u r-Renju Unit biex jiġġieldu b'mod effikaċi kontra l-pandemija tal-COVID-19; iqis li, jekk waħda mill-partijiet ma tiħux miżuri adegwati biex tindirizza theddida għas-saħħa, il-parti l-oħra tista' tadotta miżuri unilaterali biex tipproteġi s-saħħa pubblika;

104.Jisħaq fuq l-importanza li tiġi rrispettata l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti farmaċewtiċi, it-tagħmir mediku, is-sikurezza tas-sustanzi kimiċi, inklużi s-sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali, filwaqt li jiġi żgurat aċċess kontinwu għall-mediċini u l-apparat mediku u jissottolinja l-fatt li fi kwalunkwe każ, il-kumpaniji tar-Renju Unit jiġu soġġetti għall-istess obbligi li japplikaw għal kumpaniji barra miż-ŻEE: jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet sodi dwar il-miżuriSPS li jmorru lil hinn mill-ftehim tad-WTO biex jiġi protett is-suq intern tal-UE, b'mod partikolari l-konsumaturi, minn kwalunkwe riskju relatat mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' prodotti mar-Renju Unit;

Trasport

105.Jisħaq li s-sħubija prevista abbażi ta' rabtiet ekonomiċi mill-qrib u interessi komuni għandha tipprovdi konnettività kontinwa u bla xkiel għall-mezzi kollha tat-trasport soġġetta għar-reċiproċità u għandha tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-istandards soċjali, tal-impjiegi u tal-ambjent u d-drittijiet tal-passiġġieri; ifakkar li għandha tinkludi wkoll s-sitwazzjoni speċifika tal-Mina taħt il-Kanal Ingliż, speċjalment fir-rigward tal-aspetti tar-reġim tas-sikurezza u l-awtorizzazzjoni;

106.Iqis li kooperazzjoni futura mar-Renju Unit għandha tipprevedi proġetti tat-trasport li huma ta' interess komuni u tinkoraġġixxi kummerċ u kundizzjonijiet kummerċjali transfruntiera tajbin, b'mod partikolari li jiffaċilitaw u jassistu lin-negozji tal-SMEs jevitaw kwalunkwe piż amministrattiv addizzjonali;

107.Jemmen li għandha tiġi prevista l-parteċipazzjoni, abbażi ta' interessi komuni, tar-Renju Unit fil-programmi transfruntiera ta' riċerka u żvilupp tal-UE dwar it-trasport;

108.Ifakkar li huwa importanti li l-Kummissjoni tkun l-uniku negozjatur tal-UE matul in-negozjati u li l-Istati Membri ma għandhom jidħlu għall-ebda negozjat bilaterali; madankollu, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrappreżenta l-interessi ta' kull Stat Membru fil-ftehim komprensiv finali;

109.Jenfasizza li d-drittijiet u l-privileġġi jinvolvu obbligi u li l-livell ta' aċċess għas-suq intern tal-UE għandu jikkorrispondi bis-sħiħ mal-firxa tal-konverġenza regolatorja u l-impenji miftiehma fir-rigward tal-osservazzjoni ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta abbażi ta' standards minimi komuni applikabbli fl-UE;

110.Ifakkar li l-avjazzjoni huwa l-uniku mezz ta' trasport li m'għandux appoġġ legali tad-WTO f'każ li ebda ftehim ma jintlaħaq qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

111.Iqis li s-sħubija prevista għandha tinkludi kapitolu ambizzjuż u komprensiv dwar it-trasport bl-ajru li jiżgura l-interessi strateġiċi tal-UE, b'dispożizzjonijiet adegwati, dwar l-aċċess għas-suq, l-investiment u l-flessibilità operattiva u kummerċjali (pereżempju kondiviżjoni tal-kodiċi) fir-rigward ta' drittijiet u obbligi bbilanċjati filwaqt li għandu jinkludi kooperazzjoni mill-qrib fis-sikurezza tal-avjazzjoni u fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru;

112.Jisħaq li kwalunkwe għoti possibbli ta' xi elementi tal-hekk imsejħa "ħames libertà" (libertà tal-ajru) għandu jkun limitat fil-kamp ta' applikazzjoni u jeħtieġ li jinkludi obbligi bbilanċjati u korrispondenti fl-interess tal-UE;

113.Jinnota li l-qafas attwali tal-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport, abbażi ta' għadd limitat ta' permessi, mhuwiex xieraq għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit, filwaqt li jitqies l-ammont ta' merkanzija ttrasportata bit-triq bejn l-UE u r-Renju Unit; f'dan ir-rigward, jisħaq li għandhom jiġu stabbiliti miżuri xierqa biex jiġi evitat theddid għall-ordni pubbliku u jiġi evitat tfixkil fil-flussi tat-traffiku tal-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-operaturi ta' servizzi ta' kowċis u xarabanks; jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-importanza li jiġu pprovduti rotot diretti bil-baħar mtejba mill-Irlanda lejn il-kontinent u b'hekk titnaqqas id-dipendenza fuq "il-pont bl-art" tar-Renju Unit;

114.Jenfasizza li l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija tar-Renju Unit ma jistgħux jingħataw l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija tal-UE fir-rigward tal-operazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija bit-triq;

115.Iqis li s-sħubija prevista għandha tinkludi d-dritt ta' tranżitu ta' vjaġġi bit-tagħbija u bla tagħbija mit-territorju ta' parti waħda lejn it-territorju tal-istess parti mit-territorju tal-parti l-oħra;

116.Iqis li s-sħubija maħsuba għandha tinkludi kundizzjonijiet ekwivalenti fl-oqsma, b'mod partikolari, tax-xogħol, tal-ħin tas-sewqan u l-mistrieħ, tal-istazzjonar tax-xufiera, tat-takografi, tal-piż u d-dimensjonijiet tal-vetturi, tat-trasport ikkombinat u tat-taħriġ tal-persunal, kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiġi żgurat livell komparabbli ta' protezzjoni fir-rigward tal-operaturi u tax-xufiera;

117.Iħeġġeġ li jenħtieġ li l-fluwidità tal-kummerċ marittimu bejn l-UE u r-Renju Unit, il-moviment liberu tal-passiġġieri, il-baħħara, il-persunal fuq il-baħar u fuq l-art ikunu ta' prijorità; f'dan ir-rigward jisħaq li l-UE u r-Renju Unit għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistemi adegwati tal-fruntiera u tad-dwana biex jiġi evitat li jkun hemm dewmien u tfixkil;

Kultura u edukazzjoni

118.Iqis li l-Ftehim għandu jagħmilha ċara li ser jirrispetta d-diversità kulturali u lingwistika f'konformità mal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali;

119.Jilqa' d-dikjarazzjoni ċara fid-direttivi ta' negozjar li r-relazzjonijiet ġejjiena bejn l-UE u r-Renju Unit għandhom jinkludu wkoll djalogu u skambji fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-kultura; jappella lill-Kummissjoni tqis in-natura speċifika tas-settur kulturali meta tinnegozja d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-mobilità; jinsab imħasseb, barra minn hekk, li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-dħul u s-soġġorn temporanju ta' persuni fiżiċi għal finijiet ta' negozju, li jinsabu fl-abbozz ta' test tal-ftehim ippubblikat mill-Kummissjoni, ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tas-settur kulturali u kreattiv, u jissograw li jxekklu il-kontinwità tal-iskambji kulturali;

120.Jappoġġa bla riżervi iċ-ċarezza tad-direttivi ta' negozjar li s-servizzi awdjoviżivi għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tas-sħubija ekonomika, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tibqa' soda fil-pożizzjoni tagħha;

121.Jisħaq li l-aċċess għas-suq għas-servizzi awdjoviżivi fl-Unjoni jista' jiġi garantit biss jekk id-Direttiva2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) tiġi implimentata għalkollox biex l-istess drittijiet ta' ritrażmissjoni jingħataw liż-żewġ naħat; ifakkar li l-kontenut li joriġina mir-Renju Unit ser ikompli jiġi klassifikat bħala "xogħlijiet Ewropej" wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni sakemm ix-xogħlijiet li joriġinaw fi Stati mhux Membri u fi Stati mhux taż-ŻEE li huma parti għall-Konvenzjoni dwar it-Televiżjoni Transkonfinali tal-Kunsill tal-Ewropa jkunu inklużi fil-kwota tal-kontenut ta' "xogħlijiet Ewropej";

122.Jilqa' l-inklużjoni ta' kwistjonijiet relatati mar-ritorn jew ir-restituzzjoni ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom; u jisħaq fuq l-importanza ta' kooperazzjoni kontinwa mar-Renju Unit f'dan il-qasam;

Governanza finanzjarja u qafas ta' skrutinju

123.Jappella biex jiġi żgurat u rispettat id-dritt ta' aċċess għas-servizzi tal-Kummissjoni, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kif ukoll id-dritt ta' skrutinju tal-Parlament; ifakkar li l-QĠUE trid tiġi aċċettata bħala l-qorti kompetenti f'każijiet fejn il-konformità mal-liġi tal-UE u l-interpretazzjoni tagħha huma kkonċernati;

Parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni

124.Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipji u l-kundizzjonijiet li ġejjin u li huma applikabbli kemm għall-"Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni" kif ukoll għall-"Arranġamenti u governanza orizzontali":

(a) tieħu l-azzjoni neċessarja biex tiżgura li l-prinċipji ġenerali, it-termini u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti bħala parti mis-sħubija prevista fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-programmi tal-UE jinkludu r-rekwiżit li r-Renju Unit jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja ġusta u xierqa għal kwalunkwe programm li jipparteċipa fih, kemm f'termini ta' miżata ta' parteċipazzjoni kif ukoll ta' kontribuzzjoni operattiva;
(b) tiżgura li r-regola ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi kwalunkwe programm tkun skont il-kundizzjonijiet standard applikabbli għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi u tkun għat-tul kollu tal-programm ikkonċernat u għall-partijiet kollha tal-programm, ħlief meta parteċipazzjoni parzjali tkun ġustifikata għal raġunijiet bħall-kunfidenzjalità; tirrakkomanda li tiżgura prevedibbiltà għall-parteċipanti fil-programmi tal-UE li huma stabbiliti fl-UE u stabbiltà f'termini ta' allokazzjonijiet baġitarji;
(c) tiżgura li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi tal-UE ma tinvolvix trasferiment ġenerali nett mill-baġit tal-Unjoni lejn ir-Renju Unit u li l-UE tkun tista' tissospendi jew ittemm unilateralment il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi kwalunkwe programm jekk il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ma jiġux ssodisfati jew jekk ir-Renju Unit ma jħallasx il-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu;
(d) tiżgura li fil-Ftehim mar-Renju Unit jiddaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jiġu indirizzati irregolaritajiet finanzjarji, frodi, ħasil tal-flus u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;

125.Jemmen, b'mod partikolari, li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f'konformità mal-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fi programmi tal-Unjoni fi programmi transfruntiera, kulturali, ta' żvilupp, edukattivi u ta' riċerka bħal Erasmus+, Ewropa Kreattiva, Orizzont, il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, il-Programm LIFE, in-Netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), l-Ajru Uniku Ewropew (SES), Interreg, inizjattivi konġunti dwar it-teknoloġija bħal Clean Sky I u II, ir-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), ERICs, Galileo, Copernicus, is-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), il-Qafas ta' Appoġġ għal Sorveljanza u Insegwiment fl-Ispazju (SST), u sħubijiet pubbliċi-privati, hija importanti;

126.Jistenna li l-ftehim jindirizza r-relazzjoni tar-Renju Unit mal-Euratom u mal-proġett ITER u l-impatt ta' rtirar fuq l-assi u l-obbligazzjonijiet; jistenna li r-Renju Unit, barra minn hekk, jikkonforma mal-ogħla standards ta' sikurezza, sigurtà u protezzjoni mir-radjazzjoni fil-qasam nukleari;

127.Iqis li, jekk ir-Renju Unit fl-aħħar mill-aħħar ikun jixtieq jipparteċipa fis-suq intern, hu għandu jikkontribwixxi għall-fondi ta' koeżjoni għall-perjodu 2021-2027, bħalma huwa l-każ għall-pajjiżi taż-ŻEE;

128.Jemmen li l-ftehim il-ġdid għandu jqis il-ħtiġijiet tar-reġjuni tal-UE affettwati mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE;

129.Jisħaq fuq il-fatt li huwa importanti ħafna li l-programm PEACE ikompli jopera fl-Irlanda ta' Fuq u fir-reġjuni fil-fruntiera tal-Irlanda, u li jiġi ġestit b'mod awtonomu mill-Korp għall-Programmi Speċjali tal-UE;

130.Iqis li l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-UE fuq in-naħa l-waħda, u l-Pajjiżi u t-Territorji barra mix-xtut tar-Renju Unit fuq in-naħa l-oħra, b'mod partikolari fil-Karibew u l-Paċifiku, għandha titkompla; jitlob dispożizzjonijiet speċjali li jippermettu proġetti konġunti futuri fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-fondi ta' koeżjoni, skont il-każ; u l-ħtieġa li jinżamm livell adegwat ta' appoġġ għall-bqija tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej;

131.Jissottolinja li l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), li qiegħed għad-dispożizzjoni riżorsi finanzjarji permezz tal-baġit tal-UE, jikkostitwixxi espressjoni tanġibbli ta' solidarjetà meta riperkussjonijiet serji, inter alia, fuq l-ekonomija jaffettwaw reġjun wieħed jew aktar tal-UE jew ta' pajjiż li jkun qed japplika għall-adeżjoni;

132.Jissottolinja l-ħtieġa li jkun hemm rabta bejn il-parteċipazzjoni fil-programmi mal-allinjament tal-politiki relatat, bħal politiki dwar il-klima jew iċ-ċibernetika;

133.Iqis li ftehim dwar il-kooperazzjoni fl-enerġija, f'konformità mal-ftehim globali dwar ir-relazzjonijiet futuri u bbażat fuq governanza robusta u kundizzjonijiet ekwivalenti, ikun fl-interess reċiproku taż-żewġ partijiet;

134.Jissottolinja li biex tiġi żgurata l-kontinwità għas-Suq Uniku tal-Elettriku fuq il-gżira tal-Irlanda wara l-ħruġ tar-Renju Unit, dan jirrikjedi t-tkomplija tal-applikazzjoni tal-acquis tal-enerġija tal-UE fl-Irlanda ta' Fuq;

135.Huwa tal-fehma li r-Renju Unit jista' jkompli jkun sieħeb importanti fil-politika spazjali tal-UE, jissottolinja li l-aċċess futur tar-Renju Unit għall-Programm Spazjali tal-UE jeħtieġ li jiġi indirizzat fin-negozjati filwaqt li jinżammu l-interessi tal-UE u f'konformità mal-qafas legali applikabbli għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fil-Programm Spazjali tal-UE;

Proprjetà intellettwali

136.Jenfasizza li l-ftehim previst għandu jinkludi miżuri sodi u infurzabbli li jkopru r-rikonoxximent u livell għoli ta' protezzjoni tal-IG kif ukoll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, bħad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, it-trademarks u d-disinni industrijali, il-privattivi u s-sigrieti kummerċjali, abbażi tal-qafas ġuridiku attwali u futur tal-UE, mingħajr ma jitqiegħed f'riskju l-aċċess għal mediċini bi prezzijiet aċċessibbli, bħall-mediċini ġeneriċi; iqis li għandu jiżgura wkoll il-possibbiltà ta' kooperazzjoni bilaterali mill-qrib bejn l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u l-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali fir-Renju Unit;

Dritt soċjetarju

137.Jinnota li, sabiex jiġi evitat li jitbaxxew l-istandards u jiġi żgurat l-istatus ġuridiku fir-Renju Unit u fl-UE, huwa mixtieq li l-ftehim previst jinkludi standards minimi komuni rigward l-istabbiliment u t-twettiq ta' operazzjonijiet, il-protezzjoni għall-azzjonisti, il-kredituri jew l-impjegati, ir-rappurtar tal-kumpanija u r-regoli dwar l-awditjar u t-trasparenza, kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji li jirrigwardaw ir-ristrutturar u l-falliment jew l-insolvenza;

Kooperazzjoni fil-ġustizzja ċivili, inkluż fi kwistjonijiet tal-familja

138.Jissottolinja li l-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili hija tal-ogħla importanza biex jiġu garantiti l-interazzjonijiet kummerċjali u korporattivi futuri bejn iċ-ċittadini u l-kumpaniji u biex jingħataw ċertezza u protezzjoni suffiċjenti lill-partijiet fi tranżazzjonijiet transfruntiera u f'attivitajiet oħra; huwa tal-fehma li għandu, għaldaqstant, jiġi vvalutat bir-reqqa jekk il-Konvenzjoni ta' Lugano tistax tkun soluzzjoni adegwata li tippermetti lill-UE żżomm il-bilanċ globali tar-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, jew jekk ikunx iktar xieraq li tinstab soluzzjoni ġdida li tkun tista' tiżgura "allinjament dinamiku" bejn iż-żewġ naħat;

139.Jenfasizza li l-ftehim previst għandu jsib soluzzjoni sinifikanti u komprensiva, b'mod partikolari, fir-rigward ta' kwistjonijiet matrimonjali, ta' responsabbiltà tal-ġenituri u kwistjonijiet oħra tal-familja; f'dak il-kuntest, jinnota li kwalunkwe dispożizzjoni ta' infurzar reċiproku rigward kwistjonijiet tal-familja fil-ftehim previst ma għandhiex tkun ibbażata biss fuq il-prinċipju ta' fiduċja reċiproka tas-sistemi ġudizzjarji, iżda wkoll fuq l-eżistenza ta' ċerti garanziji kostituzzjonali u ta' standards komuni dwar id-drittijiet fundamentali;

Kooperazzjoni għall-iżvilupp u għajnuna umanitarja

140.Josserva li r-Renju Unit jibqa' wieħed mill-ikbar donaturi bilaterali fid-dinja u jindika li l-UE teħtieġ tindirizza l-opportunitajiet għal kooperazzjoni mar-Renju Unit fi spirtu ta' sħubija; jiddispjaċih li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE se jħalli diskrepanzi fil-politika globali tal-UE dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja;

141.Jenfasizza r-rwoli ċentrali li jaqdu l-UE u r-Renju Unit biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni permezz tal-politika tal-iżvilupp u tal-għajnuna umanitarja; jissottolinja l-importanza li tiġi segwita l-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp f'dak ir-rigward;

142.Jissottolinja l-importanza ta' sħubija b'saħħitha li tħaddan l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet filwaqt li tiżgura kontinwità ta' impenn u kollaborazzjoni biex jinkisbu l-SDGs, id-drittijiet tal-bniedem, il-qerda tal-faqar, kif ukoll biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Pariġi; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza tar-risponsi armonizzati għal kriżijiet umanitarji u l-prinċipji fundamentali ta' għajnuna umanitarja;

143.Jinsab konvint li l-isħubija ta' wara Cotonou u l-Istrateġija UE-Afrika jistgħu jissaħħu permezz ta' kooperazzjoni effettiva mar-Renju Unit u bl-isfruttar tal-preżenza qawwija tar-Renju Unit fl-Afrika, fil-Karibew u fil-Paċifiku; jenfasizza li l-UE, ir-Renju Unit u l-pajjiżi AKP għandhom jikkooperaw fil-livelli kollha b'konformità mal-prinċipji ta' sħubija, solidarjetà u komplementarjetà;

Sigurtà u affarijiet barranin

144.Jinnota l-fatt li l-objettivi tar-Renju Unit fin-negozjati, ippubblikati fis-27ta'Frar2020, affermaw li l-politika barranija se tkun iddeterminata biss f' qafas ta' djalogu u kooperazzjoni usa' ta' ħbiberija bejn ir-Renju Unit u l-UE, li wassal biex dan il-qasam ewlieni ġie degradat għall-istatus ta' relazzjoni mhux istituzzjonalizzata li għandha tiġi miftiehma fi stadju aktar tard;

145.Jiddispjaċih li dan imur kontra d-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Politika li tipprevedi sħubija ambizzjuża, wiesgħa, profonda u flessibbli fil-qasam tal-politika barranija, is-sigurtà u d-difiża u jitlob li tiġi stabbilita sħubija futura, wiesgħa, komprensiva u bbilanċjata fil-qasam tas-sigurtà bejn l-UE u r-Renju Unit, u li r-Renju Unit approva;

146.Ifakkar fil-pożizzjoni tal-UE skont liema il-politika barranija, is-sigurtà u d-difiża għandhom ikunu parti minn ftehim komprensiv li jirregola r-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit;

147.Jiddeplora l-fatt li r-Renju Unit ma juri l-ebda ambizzjoni għar-relazzjonijiet mal-UE fil-qasam tal-politika barranija, is-sigurtà u d-difiża, u li dawn it-temi ma kinux espliċitament koperti mill-mandat tar-Renju Unit u, għaldaqstant, ma jifformawx parti mill-11-ilmejda tan-negozjati;

148.Ifakkar li kemm l-UE kif ukoll ir-Renju Unit jikkondividu prinċipji, valuri u interessi; jisħaq li huwa fl-interess taż-żewġ naħat li tinżamm kooperazzjoni ambizzjuża, mill-qrib u dejjiema li tirrispetta l-awtonomija tal-UE fil-forma ta' qafas komuni dwar il-politika estera u ta' sigurtà bbażata fuq l-Artikolu21 tat-TUE u li tqis il-Karta tan-NU u n-NATO fl-oqsma li ġejjin:

(a) il-promozzjoni tal-paċi;
(b) approċċ kondiviż lejn sfidi ta' sigurtà komuni, u stabbiltà globali inkluż fil-viċinat Ewropew;
(c) il-promozzjoni ta' ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli;
(d) il-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt;
(e) il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;
(f) il-promozzjoni tal-prosperità globali, l-iżvilupp sostenibbli, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tat-telf tal-bijodiversità;

149.Josserva li kooperazzjoni internazzjonali integrata u kkoordinata fil-fond bejn l-UE u r-Renju Unit tkun ta' benefiċċju kbir għaż-żewġ partijiet u għall-ordni dinji globali inġenerali minħabba l-approċċi simili tagħhom lejn multilateraliżmu effettiv, is-salvagwardja tal-paċi, is-sigurtà u s-sostenibbiltà kif ukoll id-difiża u l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jipproponi li dan il-koordinament għandu jkun irregolat minn pjattaforma sistematika għal konsultazzjonijiet u koordinament fuq livell għoli dwar kwistjonijiet relatati mal-politika barranija; jissottolinja l-importanza u l-valur miżjud ta' kooperazzjoni interparlamentari dwar kwistjonijiet globali;

150.Jisħaq fuq il-fatt li risponsi komuni biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-politika barranija, tas-sigurtà u tad-difiża bħalma huma t-terroriżmu, il-gwerra ċibernetika, il-kriżi fil-viċinat, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-kampanji ta' diżinformazzjoni u t-theddid ibridu huma meħtieġa għaż-żewġ naħat; iħeġġeġ id-djalogu, il-konsultazzjoni, il-koordinament u l-iskambju tal-informazzjoni u tal-intelligence effettivi, f'waqthom u reċiproċi; soġġetti għal kontroll demokratiku mill-istituzzjonijiet tar-Renju Unit u tal-UE; ifakkar li l-iskambji ta' informazzjoni kklassifikata jridu jiġu organizzati f'qafas speċifiku;

151.Jenfasizza li minn tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, ir-Renju Unit se jsir pajjiż terz mingħajr ebda qafas speċifiku ta' relazzjonijiet, fatt li se kollu riperkussjonijiet sinifikanti fuq il-kooperazzjoni eżistenti fil-politika barranija u tas-sigurtà;

152.Jistieden kemm lill-UE kif ukoll lir-Renju Unit isaħħu l-paċi u l-istabbiltà internazzjonali inkluż billi jiżviluppaw strateġiji konġunti biex jissaħħu l-isforzi tan-NU għaż-żamma tal-paċi; jistieden liż-żewġ partijiet jippromwovu l-kultura tal-paċi u d-djalogu bħala mezz għall-prevenzjoni tal-kunflitti, il-ġestjoni tal-kunflitti u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, id-drittijiet tan-nisa u tal-ġeneru; jappoġġa t-tkomplija tal-kooperazzjoni eżistenti f'dawk l-oqsma; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni preferenzjali sistematika fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi; jappella għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u r-Renju Unit dwar kwistjonijiet marbuta mal-iżvilupp demokratiku, il-proċessi ta' riforma u l-prattiki parlamentari demokratiċi f'pajjiżi terzi, inkluża l-osservazzjoni elettorali;

153.Jiddikjara l-interess b'saħħtu tal-UE f'tali sħubija tal-affarijiet barranin u tas-sigurtà, fid-dawl tal-benefiċċji reċiproċi li jirriżultaw mis-siġġu permanenti tar-Renju Unit u ta' Franza fil-Kunsill tas-Sigurtà, is-servizz diplomatiku effiċjenti ħafna tar-Renju Unit u tal-membri tal-UE, u l-fatt li r-Renju Unit għandu l-aktar forzi armati b'saħħithom fl-Ewropa;

154.Jipproponi li s-sħubija futura tkun ibbażata fuq kooperazzjoni u koordinament mill-qrib ħafna u regolari fin-NU, b'mod partikolari l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

155.Jisħaq fuq l-importanza reċiproka bejn is-sigurtà u l-iżvilupp; iħeġġeġ kemm lill-UE kif ukoll lir-Renju Unit jikkooperaw mill-qrib dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-għajnuna umanitarja; ifakkar liż-żewġ partijiet dwar l-importanza li jimpenjaw ruħhom fir-rigward tal-ilħuq tal-objettiv ta' ODA/DNG ta' 0,7% u li jappoġġaw il-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp; jemmen li s-sħubija ta' wara Cotonou u l-Istrateġija bejn l-UE u l-Afrika jistgħu jibbenefikaw minn kooperazzjoni effikaċi mar-Renju Unit li jindirizzaw standards soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-protezzjoni ambjentali għolja, sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, u l-ftehim ta' Pariġi;

156.Jisħaq fuq il-fatt li huwa fl-interess reċiproku tal-UE u tar-Renju Unit, amplifikat mill-prossimità ġeografika tagħhom, li jikkooperaw fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet tad-difiża effikaċi u tassew interoperabbli, anki mall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, li magħha għandu jiġi konkluż arranġament amministrattiv, u jkomplu s-sħubijiet ta' valur kbir fi ħdan il-programmi tan-NATO u tal-UE fil-qasam tad-difiża u tas-sigurtà esterna, Galileo, il-programmi marbuta maċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra kampanji ta' diżinformazzjoni u ċiberattakki mmirati, kif uriet il-pandemija attwali tal-COVID-19; ifakkar li, fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-Servizz Pubbliku Regolat ta' Galileo, ftehim speċifiku huwa kemm possibbli kif ukoll meħtieġ; jinnota wkoll li, fir-rigward tal-Fond Ewropew għad-Difiża li jmiss, ir-Renju Unit jista' jiġi assoċjat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-pajjiżi terzi; jistieden kemm lill-UE kif ukoll lir-Renju Unit jiżviluppaw approċċ konġunt għall-istandardizzazzjoni tat-teknoloġija tad-difiża;

157.Jistenna li r-Renju Unit ikun jista' jkompli bil-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni stabbiliti tal-awtoritajiet nazzjonali fil-qasam taċ-ċibersigurtà;

158.Ifakkar li numru ta' miżuri restrittivi (reġimi ta' sanzjonijiet) attwalment huma fis-seħħ fir-Renju Unit skont il-leġiżlazzjoni tal-UE; jirrikonoxxi l-użu effikaċi tas-sanzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u l-istat tad-dritt f'konformità mal-Karta tan-NU; jissottolinja l-fatt li r-Renju Unit xorta jkun marbut japplika r-reġimi ta' sanzjonijiet tan-NU wara l-ħruġ tiegħu u jappella lir-Renju Unit ikompli jallinja l-politika tiegħu dwar is-sanzjonijiet mal-UE; u jitlob il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' koordinament adegwat għas-sanzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet, u kooperazzjoni mill-qrib dwar is-sanzjonijiet fil-fora globali, bil-għan li jimmassimizza l-impatt tagħhom u jiżgura konverġenza u l-fatt li l-interessi reċiproċi jkunu segwiti u ssodisfati fil-promozzjoni tal-valuri komuni;

159.Iħeġġeġ lir-Renju Unit jipparteċipa fl-aġenziji rilevanti tal-UE u jieħu rwol prominenti fl-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet immexxija mill-UE u fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, inkluż f'missjonijiet umanitarji u ta' salvataġġ, fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fiż-żamma tal-paċi, fil-konsulenza u l-assistenza militari u fl-istabbilizzazzjoni ta' wara l-kunflitti kif ukoll fi proġetti fl-ambitu tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO), fejn ikun mistieden jipparteċipa, u jisħaq li tali parteċipazzjoni għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet stretti li jirrispettaw l-awtonomija tal-UE fit-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll is-sovranità tar-Renju Unit, il-prinċipju ta' drittijiet u obbligi bbilanċjati u abbażi ta' reċiproċità effettiva, inkluża kontribuzzjoni finanzjarja ġusta u xierqa; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jinformaw b'mod regolari lill-Parlament dwar il-proċess tad-djalogu politiku mar-Renju Unit u dwar l-aspetti ewlenin tal-iskambji ta' informazzjoni dwar il-PSDK u l-ġestjoni tal-kriżijiet;

160.Ifakkar li reġimi internazzjonali effettivi ta' kontroll tal-armi, ta' diżarm u ta' nonproliferazzjoni huma pedament tas-sigurtà globali u Ewropea; ifakkar fl-importanza ta' strateġija Ewropea koerenti u kredibbli għal negozjati multilaterali fil-livell globali u dwar miżuri reġjonali ta' tnaqqis tat-tensjoni u miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja; ifakkar fir-rwol importanti li kellu r-Renju Unit fir-rigward tal-iżvilupp u l-istabbiliment ta' tali normi, istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet; jistieden lir-Renju Unit jiżviluppa strateġija konġunta mal-UE fir-rigward ta' dan il-qasam ta' politika f'konformità mal-aġenda dwar id-diżarm tan-NU; jistieden lir-Renju Unit jimpenja ruħu li jibqa' marbut bil-kriterji ekwivalenti għal dawk miġbura mill-Pożizzjoni Komuni2008/944/PESK(19) u, b'mod konġunt mal-UE, jippromwovi l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni stretta tat-Trattat dwar il-ܳċ tal-Armi, it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni (TNP) u t-tiġdid tat-Trattat START il-ġdid;

161.Jenfasizza l-importanza kbira tal-kooperazzjoni konsulari u diplomatika bejn l-UE u r-Renju Unit, billi din tkun tiggarantixxi assistenza effiċjenti għaċ-ċittadini ta' xulxin u tkun tippermetti kemm lir-Renju Unit kif ukoll lill-UE joffru liċ-ċittadini tagħhom il-possibbiltà li jgawdu mill-protezzjoni konsulari fi stati terzi fejn waħda miż-żewġ partijiet ma jkollha ebda rappreżentanza diplomatika, skont il-punt (c) tal-Artikolu20 TFUE;

162.Jenfasizza l-fatt li l-pandemija tal-COVID-19 uriet l-importanza tal-kapaċitajiet u tal-mezzi militari, bil-forzi armati Ewropej jaqdu rwol kruċjali biex jappoġġaw l-isforzi ċivili fl-indirizzar tal-pandemija, filwaqt li jissodisfaw il-missjonijiet fundamentali tagħhom; jenfasizza li din il-pandemija wriet l-importanza ta' awtonomija strateġika tal-kooperazzjoni tal-UE u Ewropea fil-qasam tad-difiża biex jiġu protetti l-popolazzjonijiet Ewropej fi żminijiet ta' emerġenza u biex titrawwem ir-reżiljenza tal-Istati Membri; iqis li għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi biex tkun tista' sseħħ kooperazzjoni fil-pront bejn l-Unjoni u r-Renju Unit fid-dawl tal-kriżijiet futuri ta' natura u kobor simili; huwa tal-fehma li abbażi tat-tagħlimiet miksuba mill-pandemija tal-COVID-19, is-servizzi mediċi militari Ewropej għandhom jiffurmaw skambju ta' informazzjoni u network ta' appoġġ biex titrawwem reżiljenza Ewropea wiesgħa fi żminijiet ta' emerġenza u kriżi; iqis li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi kwalunkwe tali network mediku militari Ewropew futur tkun ta' benefiċċju b'mod reċiproku;

Dispożizzjonijiet istituzzjonali u governanza

163.Jirrimarka li l-Ftehim kollu kemm hu mar-Renju Unit, bħala pajjiż terz, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet ekwivalenti, il-kwistjonijiet settorjali speċifiċi u l-oqsma tematiċi tal-kooperazzjoni u s-sajd, għandu jinkludi l-istabbiliment ta' sistema ta' governanza unika, koerenti u solida bħala qafas globali li jkopri s-superviżjoni u l-ġestjoni konġunta kontinwa tal-Ftehim kif ukoll mekkaniżmi trasparenti tas-soluzzjoni ta' tilwim, ta' konformità u ta' infurzar, b'sanzjonijiet u miżuri provviżorji meta jkun meħtieġ, fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Ftehim;

164.Huwa tal-opinjoni li mekkaniżmu ta' governanza uniku, komprensiv u orizzontali għandu jkun applikabbli għar-relazzjoni futura mar-Renju Unit kollu kemm hu, inkluż kwalunkwe ftehim supplementari li jista' jiġi konkluż fi stadju aktar tard, filwaqt li tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u jiġu evitati l-ineffiċjenzi; jirrimarka li l-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim se jeħtieġ li jkun robust u għandu jipprevedi sanzjonijiet gradwali kif ukoll rimedji meta jkun determinat li waħda mill-partijiet tkun qed tikser il-Ftehim, u li dan il-mekkaniżmu jeħtieġ li jiżgura rimedji effettivi, azzjonabbli malajr u dissważivi; jenfasizza li l-Parlament se jkompli jkun viġilanti fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha; ifakkar li r-Renju Unit, bħala ex Stat Membru, żviluppa strutturi ta' kooperazzjoni u djalogu istituzzjonali importanti mal-UE li għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' tali arranġamenti orizzontali; itenni li l-UE tistenna mir-Renju Unit livell ogħla ta' ambizzjoni fir-rigward tal-governanza sabiex tibni sħubija futura soda;

165.Jinsisti fuq il-ħtieġa assoluta li dik is-sistema ta' governanza, filwaqt li tirrispetta l-awtonomija taż-żewġ naħat, tippreserva bis-sħiħ l-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tal-ordinament ġuridiku u tas-sistema ġudizzjarja tal-UE, inkluż ir-rwol tal-Parlament u tal-Kunsill bħala l-koleġiżlaturi tad-dritt tal-UE, u r-rwol tal-QĠUE bħala l-uniku interpretu tad-dritt tal-UE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; iqis li, għad-dispożizzjonijiet ibbażati fuq kunċetti tad-dritt tal-UE, l-arranġamenti ta' governanza jridu jipprevedu r-rinviju quddiem il-QĠUE;

166.Jilqa' pożittivament il-proposta biex tiġi stabbilita Assemblea ta' Sħubija Parlamentari għall-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament tar-Renju Unit, li jkollha d-dritt li tirċievi informazzjoni mill-Kunsill ta' Sħubija u tressaqlu rakkomandazzjonijiet u jenfasizza li l-Ftehim għandu jipprovdi l-bażi ġuridika għad-dispożizzjonijiet li jippermettu l-istruttura istituzzjonali ta' dak il-korp;

167.Jeżiġi li r-rwol tal-Parlament jiġi rispettat fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni regolatorja sabiex jiġi żgurat li huwa jkun jista' jeżerċita sorveljanza politika xierqa u li d-drittijiet u l-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur ikunu garantiti; ifakkar fid-drittijiet tal-Parlament li jkun infurmat dwar l-arranġamenti dwar ir-rieżami tal-Ftehim;

168.Jenfasizza li l-Ftehim fl-intier tiegħu għandu jkun kopert minn dispożizzjonijiet dwar id-djalogu tas-soċjetà ċivili, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u l-konsultazzjoni miż-żewġ partijiet, skont il-paragrafu125 tad-Dikjarazzjoni Politika, li għandha tinkludi, b'mod partikolari, is-sħab soċjali, inklużi l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet tal-impjegati li jirrappreżentaw kemm liċ-ċittadini tal-UE li jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit kif ukoll liċ-ċittadini tar-Renju Unit fl-UE; jinsisti fuq it-twaqqif ta' gruppi konsultattivi domestiċi li jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

169.Jappoġġa l-parteċipazzjoni kontinwa tar-Renju Unit bħala osservatur ta' pajjiż terz mingħajr ebda rwol ta' teħid ta' deċiżjonijiet f'aġenziji mhux regolatorji tal-UE bħal fl-oqsma tat-trasport, l-ambjent jew l-impjiegi, kif ukoll ftehimiet ta' kooperazzjoni possibbli tar-Renju Unit ma' aġenziji regolatorji bejn il-pari, bħall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, sabiex jiġu skambjati d-data, l-aħjar prattiki u l-għarfien xjentifiku; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni, filwaqt li jqis l-istatus tar-Renju Unit bħala pajjiż terz mhux f'Schengen u bħala sieħeb ewlieni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, tikkunsidra l-potenzjal ta' kooperazzjoni prattika futura bejn l-awtoritajiet tar-Renju Unit u l-aġenziji tal-UE fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni;

o
oo

170.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet informattivi, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-gvern u lill-parlament tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

(1) ĠU L58, 27.2.2020, p.53.
(2) ĠU C298, 23.8.2018, p.24.
(3) ĠU C346, 27.9.2018, p.2.
(4) ĠU C369, 11.10.2018, p.32.
(5) ĠU C162, 10.5.2019, p.40.
(6) Testi adottati, P9_TA(2019)0016.
(7) Testi adottati, P9_TA(2020)0006.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0033.
(9) UKTF(2020)14.
(10) Testi adottati, P9_TA(2020)0018.
(11) ĠU L29, 31.1.2020, p.7.
(12) ĠU C34, 31.1.2020, p.1.
(13) ĠU L58, 27.2.2020, p.53.
(14) Hemm bżonn li fi ftehim futur, jiġi inkluż mekkaniżmu ad hoc kontra riskji ta' "swap" biex is-suq intern ikun protett minn sitwazzjoni li fiha r-Renju Unit jagħżel li jimporta merkanzija bi prezz baxx minn pajjiżi terzi (sabiex jissodisfa l-konsum domestiku tiegħu) u jesporta l-produzzjoni domestika tiegħu mingħajr dazju lejn suq aktar profittabbli tal-UE; Dan il-fenomenu, li jkun ta' benefiċċju kemm għar-Renju Unit kif ukoll għal pajjiżi terzi, li r-regoli dwar l-oriġini ma jistgħux jipprevjenu, ikun fattur destabbilizzanti għas-setturi agrikoli tal-UE u, għaldaqstant, jirrikjedi mekkaniżmi operazzjonali speċifiċi.
(15) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠUL119, 4.5.2016, p.1).
(16) Id-Direttiva (UE)2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14ta'Diċembru2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠUL344, 17.12.2016, p.1).
(17) Id-Direttiva2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24ta'Novembru2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠUL334, 17.12.2010, p.17).
(18) Id-Direttiva2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10ta'Marzu2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠUL95, 15.4.2010, p.1).
(19) ĠU L335, 13.12.2008, p.99.


Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
PDF125kWORD43k
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew rigward il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ()
P9_TA(2020)0153B9-0170/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16ta'Frar2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona(1), tas-16ta'Frar2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea(2), tas-16ta'Frar2017 dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro(3), u tat-13ta'Frar2019 dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa(4),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19ta'Jannar2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(5),

–wara li kkunsidra l-proposta minn Ursula von der Leyen, li dak iż-żmien kienet President Nominat tal-Kummissjoni, tas-16ta'Lulju2019 fil-qafas tal-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss2019-2024 dwar l-organizzazzjoni ta' Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ("il-Konferenza"),

–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22ta'Jannar2020 bl-isem "It-tfassil tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa" (),

–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12ta'Diċembru2019 dwar l-approċċ ġenerali għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15ta'Jannar2020 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew rigward il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa(6),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12ta'Frar2020 dwar il-"Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa",

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17ta'April2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha(7),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15ta'Mejju2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-pjan ta' rkupru(8),

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-70anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman,

–wara li kkunsidra l-Artikolu132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi hemm bżonn li jiġu indirizzati sew l-isfidi interni u sew dawk esterni li l-Ewropa qed tiffaċċja, kif ukoll l-isfidi soċjetali u transnazzjonali ġodda li ma kinux għalkollox previsti meta ġie adottat it-Trattat ta' Lisbona; billi l-għadd ta' kriżijiet sinifikanti li għaddiet minnhom l-Unjoni juri li huma meħtieġa riformi istituzzjonali u politiċi f'oqsma governanza multipli;

B.billi l-kriżi kurrenti tal-COVID-19 uriet bi prezz għoli ħafna li l-UE għadha proġett mhux mitmum u li n-nuqqas li jiġu żgurati s-solidarjetà u l-koordinazzjoni, ix-xokkijiet fuq l-ekonomija, is-saħħa u s-soċjetà, u l-attakki li għaddejjin fuq id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt jeħtieġ li jiġu indirizzati aħjar mill-Konferenza; billi l-kriżi li għaddejjin minnha, għalhekk, tagħmilha aktar urġenti għall-Unjoni Ewropea li tibda taħdem dwar kif issir aktar effettiva, demokratika u eqreb taċ-ċittadini;

C.billi l-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill kollha ddikjaraw li għandha tiġi organizzata Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u li dan il-proċess ta' Konferenza għandu jkun opportunità biex iċ-ċittadini tal-UE jiġu involuti mill-qrib f'eżerċizzju minn isfel għal fuq fejn jinstemgħu u l-vuċijiet tagħhom jikkontribwixxu għad-dibattiti dwar il-futur tal-Ewropa;

D.billi l-Konferenza għandha tippermetti forum miftuħ għad-diskussjoni fost il-parteċipanti differenti mingħajr eżitu determinat minn qabel; billi l-ftehim komuni tat-tlietistituzzjonijiet għandu għalhekk jikkonċerna biss il-format u l-organizzazzjoni tal-Konferenza;

1.Jemmen li 10snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, 70sena wara d-Dikjarazzjoni ta' Schuman u fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, wasal iż-żmien għal rivalutazzjoni tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-kriżi tal-COVID-19 għamlet il-ħtieġa ta' Konferenza aktar urġenti;

2.Huwa tal-fehma li l-kriżi tal-COVID-19 għamlet aktar evidenti l-ħtieġa għal riforma tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li wriet il-ħtieġa urġenti ta' Unjoni effettiva u effiċjenti; huwa għalhekk tal-fehma li l-proċess tal-Konferenza għandu jqis l-istrumenti eżistenti tal-UE għall-irkupru u s-solidarjetà li diġà ġiet stabbilita, filwaqt li jiżgura s-sostenibbiltà ekoloġika, l-iżvilupp ekonomiku, il-progress soċjali, is-sigurtà u d-demokrazija;

3.Jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni li ddeskriva fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15ta'Jannar2020 fid-dimensjonijiet kollha tagħha u jtenni t-talba tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jidħlu f'negozjati biex jinstab ftehim komuni dwar l-istabbiliment tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa qabel il-waqfa tas-sajf;

4.Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu ma adottax pożizzjoni dwar il-Konferenza u għalhekk iħeġġeġ lill-Kunsill jegħleb id-differenzi tiegħu u jippreżenta minnufih pożizzjoni dwar il-format u l-organizzazzjoni tal-Konferenza;

5.Jilqa' l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-pożizzjoni tagħha dwar il-Konferenza u l-fatt li hija lesta timxi 'lquddiem b'mod rapidu;

6.Iħeġġeġ lill-Kunsill biex fil-mandat tiegħu jinkludi impenn għal segwitu sinifikanti u għall-involviment dirett sinifikanti taċ-ċittadini, u biex iżomm l-ambitu tal-Konferenza miftuħ għall-eżiti possibbli kollha, inklużi proposti leġiżlattivi, filwaqt li jingħata bidu għal bidla fit-trattati jew b'xi mod ieħor;

7.Jenfasizza li, minkejja l-pandemija, l-involviment dirett taċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u r-rappreżentanti eletti jeħtiġilhom jibqgħu prijorità tal-Konferenza; jistenna, għalhekk, bil-ħerqa li tibda l-Konferenza sabiex tinbena Unjoni aktar demokratika, aktar effettiva u aktar reżiljenti flimkien maċ-ċittadini kollha tal-UE;

8.Jirrikonoxxi li l-bidu tal-Konferenza kellu jitħalla għal iktar tard minħabba l-pandemija; jinnota, madankollu, li l-pandemija tefgħet id-dawl fuq ċerti nuqqasijiet fl-Unjoni tagħna; huwa għalhekk determinat li l-Konferenza tibda kemm jista' jkun malajr fil-ħarifa tal-2020;

9.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C252, 18.7.2018, p.215.
(2) ĠU C252, 18.7.2018, p.201.
(3) ĠU C252, 18.7.2018, p.235.
(4) Testi adottati, P8_TA(2019)0098.
(5) ĠU C242, 10.7.2018, p.24.
(6) Testi adottati, P9_TA(2020)0010.
(7) Testi adottati, P9_TA(2020)0054.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0124.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: appoġġ għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-inbid b'rabta mal-pandemija tal-COVID-19
PDF124kWORD42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-4ta' Mejju2020 li jidderoga fir-rigward tas-sena 2020 mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex u mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 fir-rigward tas-settur tal-inbid b'rabta mal-pandemija tal-COVID-19 (C(2020)02908 – )
P9_TA(2020)0154B9-0185/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2020)02908),

–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-27ta'Mejju2020 li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li ma kienx se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tat-2ta' Ġunju2020 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–wara li kkunsidra l-Artikolu290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'Diċembru2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru352/78, (KE) Nru165/94, (KE) Nru2799/98, (KE) Nru814/2000, (KE) Nru1290/2005 u (KE) Nru485/2008(1) u b'mod partikolari l-Artikolu62(1), l-Artikolu64(6) u l-Artikolu115(5) tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru922/72, (KEE) Nru234/79, (KE) Nru1037/2001 u (KE) Nru1234/2007(2), u b'mod partikolari l-Artikoli37,53 u173 u l-Artikolu 227(5) tiegħu,

–wara li kkunsidra l-Artikolu111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

A.billi, minħabba l-pandemija attwali tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet estensivi fuq il-moviment li rriżultaw, l-Istati Membri kollha u l-bdiewa fl-Unjoni kollha ħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet eċċezzjonali fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-iskemi ta' għajnuna stabbiliti fl-Artikoli32 sa38 tar-Regolament (UE) Nru1308/2013 għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u fl-Artikoli39 sa54 ta' dak ir-Regolament għas-settur tal-inbid;

B.billi s-sitwazzjoni wasslet għal diffikultajiet finanzjarji, problemi ta' likwidità, tfixkil tas-suq u disturb serju tal-funzjonament tal-katina tal-provvista fis-settur tal-frott u l-ħaxix u fis-settur tal-inbid;

C.billi l-Istati Membri kollha esperjenzaw diffikultajiet eċċezzjonali fl-ippjanar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix u fl-Istati Membri li jipproduċu l-inbid bl-ippjanar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet taħt programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid;

D.billi, fid-dawl tan-natura bla preċedent ta' dawn iċ-ċirkostanzi kkombinati, il-Kummissjoni adottat dispożizzjonijiet li jipprevedu flessibilitajiet u jippermettu derogi mir-regolamenti delegati applikabbli fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid;

E.billi l-implimentazzjoni rapida ta' dawk il-flessibbiltajiet u d-derogi hija essenzjali għall-effettività u l-effikaċja tagħhom fl-indirizzar tad-diffikultajiet fit-tħaddim tal-iskemi ta' għajnuna għaż-żewġ setturi, il-prevenzjoni ta' telf ekonomiku ulterjuri u l-indirizzar tas-sitwazzjoni tas-suq u t-tfixkil fil-funzjonament tal-katina tal-provvista fis-settur tal-frott u l-ħaxix u fis-settur tal-inbid;

1.Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti
PDF125kWORD42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-28ta'Mejju2020 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE)2016/101 tas-26ta'Ottubru2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti skont l-Artikolu105(14) tar-Regolament (UE) Nru575/2013 (C(2020)03428 - )
P9_TA(2020)0155B9-0183/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2020)03428),

–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-29ta'Mejju2020 li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li ma kienx se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tad-9ta'Ġunju2020 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–wara li kkunsidra l-Artikolu290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26ta'Ġunju2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru648/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu105(14) tiegħu,

–wara li kkunsidra l-Artikolu13 tar-Regolament (UE) Nru1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24ta'Novembru2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni2009/78/KE(2),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' standard tekniku regolatorju ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA/RTS/2020/04) fit-22ta'April2020 skont l-Artikolu105(14) tar-Regolament (UE) Nru575/2013,

–wara li kkunsidra l-Artikolu111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

A.billi l-att delegat jemenda temporanjament il-qafas bankarju prudenzjali b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19; b'mod partikolari biex jiġu mmitigati l-impatti tal-volatilità estrema tas-swieq fuq il-qafas tal-valwazzjoni prudenti, l-att delegat iżid il-fattur ta' aggregazzjoni użat biex jiġi kkalkulat l-ammont totali tal-aġġustamenti fil-valwazzjoni addizzjonali ("AVA") skont l-"approċċ bażiku" minn 50% għal 66% sal-31ta'Diċembru2020 biex jippermetti lill-istituzzjonijiet jiffaċċjaw il-volatilità estrema attwali tas-swieq; dan inaqqas l-ammont totali tal-AVA, u b'hekk jitnaqqas l-ammont li jitnaqqas mill-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni (CETI) tal-istituzzjonijiet;

B.billi dan l-att delegat għandu jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun sabiex jiġi żgurat li jkun hemm għajnuna ta' kapital rapida għall-istituzzjonijiet matul dan it-trimestru li ninsabu fih u sa tmiem is-sena;

1.Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠUL176, 27.6.2013, p.1.
(2) ĠUL331, 15.12.2010, p.12.


L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020
PDF188kWORD63k
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020 ()
P9_TA(2020)0156B9-0123/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-Artikolu2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli2, 9, 10, 19 u 216(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), b'mod partikolari l-Artikoli3, 15, 20, 21, 23, 25, 30, 26 u 47 tagħha,

–wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'mod partikolari l-prinċipju17 tiegħu dwar l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità, il-prinċipju3 dwar l-opportunitajiet indaqs u l-prinċipju10 dwar ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sikur u adattat sew u l-protezzjoni tad-data;

–wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD), u d-dħul fis-seħħ tagħha fil-21ta'Jannar2011, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill2010/48/KE tas-26ta'Novembru2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità(1),

–wara li kkunsidra l-Kummenti Ġenerali tas-CRPD bħala l-gwida awtoritattiva dwar l-implimentazzjoni tas-CRPD,

–wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jispjega l-arranġamenti interni għall-implimentazzjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għar-rappreżentanza tagħha relatati mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità(2),

–wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tat-2ta'Ottubru2015 tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (il-Kumitat dwar is-CRPD) dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) u l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW),

–wara li kkunsidra l-inkjesti strateġiċi tal-Ombudsman Ewropew dwar kif il-Kummissjoni Ewropea tiżgura li persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jaċċessaw is-siti web tagħha (OI/6/2017/EA), kif il-Kummissjoni Ewropea tittratta lil persuni b'diżabilità taħt ir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard għall-persunal tal-UE (OI/4/2016/EA), u d-deċiżjoni tagħha f'inkjesta konġunta fil-każijiet1337/2017/EA u 1338/2017/EA dwar l-aċċessibilità għal kandidati b'vista batuta għall-proċeduri tal-għażla biex jiġu rreklutati bħala impjegati taċ-ċivil tal-UE, organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal,

–wara li kkunsidra l-Aġenda2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, li l-UE hi impenjata li timplimenta,

–wara li kkunsidra r-referenzi espliċiti dwar id-diżabilità fl-SDGs, relatati mal-edukazzjoni (SDG4), it-tkabbir u l-impjiegi (SDG8), l-inugwaljanza (SDG10), l-aċċessibilità għal insedjamenti umani (SDG11) u l-ġbir ta' data (SDG17),

–wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

–wara li kkunsidra l-opinjoni esploratorja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew mitluba mill-Parlament dwar is-sitwazzjoni ta' nisa b'diżabilità,

–wara li kkunsidra d-Direttiva (UE)2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'April2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi(3),

–wara li kkunsidra d-Direttiva (UE)2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26ta'Ottubru2016 dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku(4),

–wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14ta'Novembru2018 li temenda d-Direttiva2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri rigward il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva ("Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva") fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbidlu(5),

–wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill2000/78/KE tas-27ta'Novembru2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(6),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15ta'Settembru2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill2000/78/KE tas-27ta'Novembru2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi")(7),

–wara li kkunsidra d-Direttiva (UE)2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11ta'Diċembru2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni)(8),

–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15ta'Novembru2010 intitolata "Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-ġdid għal Ewropa mingħajr ostakoli" (),

–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14ta'Jannar2020 bit-titolu "Ewropa Soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti" (),

–wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-2ta'Frar2017 intitolat "Rapport ta' Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020" (SWD(2017)0029),

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali () u l-pożizzjoni tal-Parlament dwarha tat-2ta'April2009(9),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16ta'Jannar2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2017(10),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30ta'Novembru2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità(11),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7ta'Lulju2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD(12),,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20ta'Mejju2015 dwar il-Lista ta' Kwistjonijiet adottata mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea(13),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25ta'Ottubru2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020(14),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6ta'Mejju2009 dwar l-inklużjoni attiva tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol(15),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17ta'Ġunju1988 dwar il-lingwi tas-sinjali għall-persuni neqsin mis-smigħ(16), tat-18ta'Novembru1998 dwar il-lingwi tas-sinjali(17) u tat-23ta'Novembru2016 dwar il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali(18),

–wara li kkunsidra l-istudju tal-2016 tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Parlament, id-Dipartiment Tematiku C intitolat "European structural and investment funds and persons with disabilities in the European Union" (Fondi strutturali u ta' investiment Ewropej u persuni b'diżabilità fl-Unjoni Ewropea),

–wara li kkunsidra l-briefing tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew intitolat "L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020",

–wara li kkunsidra r-Rapport Annwali2018 mill-Ombudsman Ewropew,

–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew intitolata "It-tiswir tal-aġenda tal-UE għal drittijiet tal-persuni b'diżabilità 2020-2030",

–li kkunsidra r-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2019 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA),

–wara li kkunsidra r-rapporti tematiċi tal-FRA,

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tas-17ta'Diċembru2019 dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020,

–wara li kkunsidra l-istatistika tal-Eurostat dwar id-diżabilità fir-rigward tal-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-faqar u l-inugwaljanzi fl-introjtu,

–wara li kkunsidra r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta' persuni b'diżabilità,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1083/2006(19), b'mod partikolari l-Artikoli4, 6 u 7 tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'Diċembru2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru1080/2006(20), u b'mod partikolari l-Artikolu5(9) tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'Diċembru2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1081/2006(21), b'mod partikolari l-Artikolu2(3) u l-Artikolu8 tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'Diċembru2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1698/2005(22),

–wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–wara li kkunsidra l-Artikolu132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi, bħala ċittadini sħaħ, il-persuni kollha b'diżabilità għandhom drittijiet ugwali fl-oqsma kollha tal-ħajja (inkluż aċċess għal suq tax-xogħol miftuħ u għall-edukazzjoni) u huma intitolati għal dinjità inaljenabbli, trattament ugwali, għajxien indipendenti, awtonomija u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà, filwaqt li jintwera rispett u jingħata valur lill-input tagħhom għall-progress soċjali u ekonomiku tal-UE; billi aktar minn nofs l-Istati Membri qed iċaħħdu lin-nies li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali jew li għandhom diżabilità intellettwali mid-dritt tal-vot tagħhom;

B.billi hemm madwar 100miljun persuna b'diżabilità fl-Unjoni Ewropea(23) li għadhom imċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem bażiċi tagħhom u li kuljum huma ostakolati milli jgħixu ħajja indipendenti; billi n-nisa jirrappreżentaw aktar minn 60% tal-persuni b'diżabilità kif ukoll jirrappreżentaw il-maġġoranza kbira ta' indokraturi għal persuni b'diżabilità; billi l-għadd ta' tfal b'diżabilità mhuwiex magħruf minħabba nuqqas ta' statistika, iżda jista' jkun fir-reġjun ta' 15% tal-għadd totali ta' tfal fl-Unjoni Ewropea; billi popolazzjoni li dejjem qed tixjieħ aktar se jkollha aktar nies li jesperjenzaw xi diżabilità u li jkunu jeħtieġu ambjent aktar aċċessibbli u li jappoġġjahom, inklużi servizzi adattati b'mod xieraq;

C.billi t-TFUE jobbliga lill-Unjoni tiġġieled id-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha (l-Artikolu10), u jagħtiha s-setgħa li tadotta leġiżlazzjoni sabiex tindirizza tali diskriminazzjoni (l-Artikolu19);

D.billi l-Artikolu21 u l-Artikolu26 tal-Karta jipprojbixxu b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità u jipprevedu l-parteċipazzjoni ugwali ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà;

E.billi s-CRPD hija l-ewwel trattat internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem irratifikat mill-UE u l-Istati Membri kollha tagħha;

F.billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) ssaħħaħ il-fatt li s-CRPD hija vinkolanti fuq l-UE u fuq l-Istati Membri tagħha meta tadotta u timplimenta d-dritt tal-UE, peress li hija strument ta' leġiżlazzjoni sekondarja(24);

G.billi l-Protokoll Fakultattiv tas-CRPD ma ġiex irratifikat mill-UE u minn diversi Stati Membri;

H.billi t-tfal b'diżabilità għandu jkollhom tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha fuq bażi ugwali ma' tfal oħra, inkluż id-dritt li jikbru fil-familji tagħhom jew f'ambjent tal-familja li jkun konformi mal-aħjar interessi tagħhom kif definit fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; billi l-membri tal-familja ta' spiss ikollhom inaqqsu jew iwaqqfu l-attivitajiet professjonali tagħhom sabiex jieħdu ħsieb membri tal-familja b'diżabilità; billi l-Istudju ta' Fattibilità għal Garanzija għat-Tfal tal-Kummissjoni Ewropea (rapport intermedju) jindika li l-ostakli ewlenin identifikati għal tfal b'diżabilità huma problemi ta' aċċess fiżiku, in-nuqqas ta' adattament ta' servizzi u faċilitajiet għall-ħtiġijiet tat-tfal u, f'ħafna każijiet, sempliċiment in-nuqqas ta' disponibilità tagħhom; billi fl-istess studju kien hemm ħafna minn dawk li wieġbu li ppuntaw subgħajhom lejn il-problemi ta' diskriminazzjoni, b'mod speċifiku fir-rigward ta' problemi relatati mal-edukazzjoni, u l-affordabilità fir-rigward ta' problemi relatati mal-akkomodazzjoni;

I.billi l-prinċipji tas-CRPD jmorru ferm lil hinn mid-diskriminazzjoni, u juru t-triq lejn it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem mill-persuni kollha b'diżabilità u mill-familji tagħhom f'soċjetà inklużiva;

J.billi l-ġurisprudenza tal-QĠUE tipprevedi li politika tista' titqies bħala indirettament diskriminatorja jekk, fil-prattika, id-dispożizzjoni kkontestata taffettwa b'mod negattiv proporzjon sostanzjalment ogħla ta' persuni b'diżabilità; billi jekk hemm ukoll suspett li dispożizzjoni hija intrinsikament diskriminatorja u li x'aktarx ikollha effett negattiv simili, din titqies ukoll diskriminatorja;

K.billi l-Artikolu1 tas-CRPD jiddikjara li "persuni b'diżabilità jinkludu dawk li għandhom nuqqasijiet fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorjali fit-tul, li meta jirrelataw ma' ostakoli varji jistgħu jtellfuhom milli jipparteċipaw b'mod sħiħ u effettiv fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn"; billi l-Artikolu9 tas-CRPD, huwa ta' importanza partikolari f'dak ir-rigward;

L.billi 37% tal-persuni fl-UE-28 li għandhom 15-ilsena jew aktar irrappurtaw fl-2018 li għandhom limitazzjonijiet fiżiċi jew sensorjali moderati jew serji; billi 24,7% tal-popolazzjoni fl-UE-28 li għandhom 16-ilsena jew aktar irrappurtaw fl-2018 li għandhom xi limitazzjonijiet jew limitazzjonijiet fit-tul serji fl-attivitajiet tas-soltu tagħhom minħabba problemi ta' saħħa; billi 17,7% rrappurtaw xi limitazzjonijiet fit-tul u 7% rrappurtaw limitazzjonijiet fit-tul serji(25);

M.billi l-piż ta' mard kroniku ewlieni jiġi kkalkulat fuq il-bażi tas-sena ta' ħajja aġġustat għad-diżabilità (DALY); billi, madankollu, oqfsa li jindirizzaw mard kroniku jvarjaw madwar l-UE, u jistgħu jkunu parti minn skemi ta' diżabilità usa' f'uħud mill-Istati Membri;

N.billi l-Eurofound innutat li hemm nuqqas ta' ċarezza rigward l-inklużjoni tal-kunċett ta' "mard" (kroniku) fid-definizzjoni tad-diżabilità(26); billi l-Aġenzija tirrakkomanda li rieżami tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità għandu jfittex li jindirizza din il-kwistjoni;

O.billi l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità2010-2020 naqset milli tintegra l-ugwaljanza bejn is-sessi u milli tinkludi u tindirizza s-sitwazzjoni speċifika, il-forom ta' diskriminazzjoni u ċ-ċaħda tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet b'diżabilità, li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni multipla u ksur ieħor tad-drittijiet tagħhom; billi l-effetti ta' diskriminazzjoni multipla huma l-faqar, l-esklużjoni soċjali u edukattiva u l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol (aktar probabbli biex jittieħdu impjiegi b'pagi baxxi, temporanji jew prekarji), u dawn jikkawżaw aktar stress u piż psikoloġiku għall-persuni b'diżabilità u għall-familji tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom; billi t-trattament ugwali jista' jiġi żgurat bl-applikazzjoni ta' miżuri u politiki pożittivi għan-nisa b'diżabilità, l-ommijiet/il-missirijiet ta' tfal b'diżabilità, ġenituri waħedhom b'diżabilità u/jew ġenituri waħedhom ta' tfal b'diżabilità; billi l-inklużjoni ta' dimensjoni tal-ġeneri fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità mistennija wara l-2020 tikkontribwixxi għal approċċ intersezzjonali biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni kontra nisa u bniet b'diżabilità;

P.billi fl-2018 madwar 28,7% tal-popolazzjoni tal-UE b'diżabilità (ta' 16-ilsena jew aktar) kienu f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali(27);

Q.billi, minkejja li l-Artikolu19 tas-CRPD jiddikjara li "L-Istati Partijiet għal din il-Konvenzjoni jagħrfu d-dritt ugwali tal-persuni kollha b'diżabilità li jgħixu fil-komunità, b'għażliet ugwali bħal ħaddieħor, u għandhom jieħdu miżuri adegwati u effettivi biex iħaffu t-tgawdija sħiħa mill-persuni b'diżabilità ta' dan id-dritt u tal-inklużjoni u l-parteċipazjoni tagħhom b'mod sħiħ fil-komunità", għad hemm 800000persuna b'diżabilità li huma mċaħħda mid-dritt tagħhom li jivvutaw fl-UE;

R.billi l-persuni torox-għomja jbatu minn diżabilitajiet doppji u uniċi, li jgħaqqdu żewġ nuqqasijiet sensorji (viżwali u ta' smigħ), u dan jirrestrinġi l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom u jikkawża problemi speċifiċi bħall-aċċess għall-komunikazzjoni, l-informazzjoni, il-mobilità u l-interazzjonijiet soċjali;

S.billi l-benefiċċji relatati mad-diżabilità għandhom jitqiesu bħala għajnuna mill-istat immirata biex tgħin lin-nies jeliminaw l-ostakoli li ġejjin mid-diżabilità u/jew il-kundizzjoni medika tagħhom bil-għan li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà, flimkien mas-sostituzzjoni tal-introjtu meta jkun meħtieġ;

T.billi l-Artikolu9 tas-CRPD jirrikonoxxi li jridu jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat li persuni b'diżabilità, b'mod partikolari l-bniet u n-nisa, ikunu jistgħu jgawdu aċċess reali għall-ambjent fiżiku, għall-faċilitajiet tat-trasport, għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni, inklużi t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u għal faċilitajiet u servizzi oħra li huma miftuħa għall-pubbliku jew ipprovduti lilu, kemm f'żoni rurali kif ukoll urbani;

U.billi d-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw, adottata f'Ġunju2019(28), tistabbilixxi, għall-ewwel darba fil-livell tal-UE, dritt għal kull ħaddiem għal liv tal-persuni li jindukraw ta' ħamestijiem ta' xogħol fis-sena;

V.billi l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 (l-Istrateġija) serviet bħala qafas għal proposti ta' politika u proposti leġiżlattivi għall-implimentazzjoni tas-CRPD kemm fi ħdan kif ukoll barra l-UE;

W.billi persuni b'diżabilità għadhom mhux qed jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u jgawdu d-drittijiet tagħhom; billi f'konformità mal-Artikolu29 tas-CRPD, il-parteċipazzjoni ta' persuni b'diżabilità tista' tinkiseb biss jekk jiġu inklużi fil-ħajja politika u pubblika, fejn spiss ikunu sottorappreżentati;

X.billi l-Istrateġija ma ġietx adattata għal oqsma ta' politika emerġenti, pereżempju ma ġietx allinjata la mal-Aġenda2030, li l-UE u l-Istati Membri tagħha kollha huma impenjati li jimplimentaw, u lanqas mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

Y.billi matul il-kriżi tal-COVID-19, il-persuni b'diżabilità esperjenzaw sfidi serji u każijiet ta' ksur tad-drittijiet, bħal interruzzjonijiet fl-assistenza personali, fis-servizzi ta' kura u appoġġ, fl-aċċess inugwali għal informazzjoni relatata mas-saħħa u l-kura tas-saħħa u/jew esklużjoni sħiħa minnhom, inkluża kura urġenti, nuqqas ta' informazzjoni ġenerali relatata mas-sikurezza pubblika ppreżentata b'mod ċar u sempliċi, inkluż f'formati aċċessibbli, mingħajr ostakoli u f'formati faċli biex jintużaw, nuqqas ta' miżuri ta' prekawzjoni f'istituzzjonijiet residenzjali, aċċess inugwali għall-alternattivi offruti minn istituzzjonijiet edukattivi, jiġifieri tagħlim mill-bogħod u online, u żieda fil-każijiet ta' vjolenza domestika; billi hemm il-possibbiltà li l-pandemija u l-isfidi ta' hawn fuq jerġgħu jitfaċċaw fix-xhur li ġejjin;

Z.billi l-Istrateġija ma tkoprix id-dispożizzjonijiet kollha tas-CRPD;

AA.billi l-Kummissjoni sa issa għadha ma wettqitx rieżami komprensiv u trażversali tal-leġiżlazzjoni tagħha sabiex tiżgura armonizzazzjoni sħiħa mad-dispożizzjonijiet tas-CRPD;

AB.billi l-Istrateġija kurrenti kisbet progress limitat;

AC.billi kien hemm nuqqas ta' integrazzjoni tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità f'għadd kbir ta' oqsma ta' politika tal-UE;

AD.billi għadha qed tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida u riveduta mingħajr ebda referenza għas-CRPD u l-aċċessibilità; billi l-aċċessibilità hija prerekwiżit għall-għajxien indipendenti u għall-parteċipazzjoni; billi l-UE, bħala parti fis-CRPD, għandha d-dmir li tiżgura l-involviment mill-qrib u l-parteċipazzjoni attiva ta' persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki, filwaqt li tirrispetta d-diversi kunċetti ta' diżabilità;

AE.billi huwa fundamentali għall-persuni b'diżabilità li jkollhom aċċess sħiħ u ugwali għas-suq tax-xogħol, li għadu problematiku minħabba r-rata ta' impjieg attwali, li hija ta' 50,6% (53,3% għall-irġiel u 48,3% għan-nisa b'diżabilità), meta mqabbla ma' 74,8% fost il-persuni mingħajr diżabilità(29), u r-rata tal-qgħad ta' persuni b'diżabilità li għandhom bejn l-20 u l-64sena, li hija ta' 17%, imqabbla ma' 10% tal-persuni mingħajr diżabilità, u b'hekk bosta persuni qed jiġu impediti milli jgħixu ħajja indipendenti u attiva; billi kull sena proporzjon konsiderevoli ta' 4miljunruħ li jgħixu mingħajr dar għandhom diżabilità; billi d-data tvarja b'mod konsiderevoli bejn tipi differenti ta' diżabilità u ħtiġijiet ta' appoġġ;

AF.billi min iħaddem jeħtieġlu jiġi appoġġjat u mħeġġeġ jiżgura li l-persuni b'diżabilità jkunu awtonomizzati tul it-passaġġ sħiħ mill-edukazzjoni sal-impjieg; billi għal dan il-għan, is-sensibilizzazzjoni ta' min iħaddem hija mezz wieħed biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

AG.billi l-miżuri fuq il-post tax-xogħol huma kruċjali għall-promozzjoni ta' saħħa mentali pożittiva, kif ukoll għall-prevenzjoni tal-mard mentali u d-diżabilitajiet psikosoċjali;

AH.billi l-azzjonijiet immirati biex jindirizzaw l-isfidi tal-bidla demografika jeħtieġ li jinkludu miżuri xierqa maħsuba biex il-persuni b'diżabilità jinżammu attivi fis-suq tax-xogħol; billi dan mhux biss jinkludi miżuri ta' prevenzjoni fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, iżda wkoll miżuri li jiffokaw fuq ir-riabilitazzjoni u l-parteċipazzjoni wara mard jew inċident;

AI.billi l-parteċipazzjoni tista' tinkiseb bis-sħiħ biss jekk firxa kbira ta' persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom jiġu inklużi u t-tipi kollha ta' partijiet ikkonċernati jiġu kkonsultati b'mod siewi, filwaqt li jiġu rispettati d-diversi kunċetti ta' diżabilità;

1.Jirrikonoxxi l-progress li sar fl-implimentazzjoni tas-CRPD, li rriżulta mill-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq dak li nkiseb billi tkabbar l-impenn tagħha lejn id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità permezz ta' Strateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020 (Strateġija wara l-2020);

2.Ifakkar li fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu, il-kumitat tas-CRPD innota b'mod kritiku li l-miżuri ta' awsterità adottati mill-UE u mill-Istati Membri tagħha kienu baxxew l-livell tal-għajxien tal-persuni b'diżabilità, u dan wassal għal livelli ogħla ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali u għal tnaqqis fis-servizzi soċjali u fl-appoġġ għall-familji u s-servizzi bbażati fil-komunità;

3.Ifakkar li l-Kumitat tas-CRPD esprima t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni prekarja tal-persuni b'diżabilità fil-kriżi kurrenti tal-migrazzjoni fl-UE, b'mod partikolari minħabba l-fatt li r-rifuġjati, il-migranti u dawk li jfittxu asil li għandhom diżabilità jiġu detenuti fl-UE f'kundizzjonijiet li ma jipprovdux appoġġ xieraq u aġġustamenti raġonevoli; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tirranġa din is-sitwazzjoni billi toħroġ linji gwida lill-aġenziji tagħha u lill-Istati Membri li jiddikjaraw li d-detenzjoni restrittiva ta' persuni b'diżabilità fil-kuntest tal-migrazzjoni u t-tfittxija ta' asil mhijiex f'konformità mas-CRPD;

4.Huwa partikolarment imħasseb dwar iż-żgħażagħ b'diżabilità u dawk li ilhom qiegħda għal perjodu itwal ta' żmien; jistieden lill-Istati Membri jaħdmu favur l-inklużjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol bħala kwistjoni ta' prijorità, pereżempju bħala parti mill-programm Garanzija għaż-Żgħażagħ;

5.Jistieden lill-Kummissjoni tressaq Strateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020 komprensiva, ambizzjuża u fit-tul, li:

(a) tinkludi oqsma ta' prijorità definiti b'mod ċar li jkopru d-dispożizzjonijiet kollha tas-CRPD u li jirriflettu l-kummenti ġenerali tal-Kumitat tas-CRPD, inklużi definizzjonijiet ta' termini ewlenin, b'mod partikolari definizzjoni komuni fil-livell tal-UE ta' "diżabilità", fl-oqsma kollha tal-politika tal-UE u li jindirizzaw l-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tas-CRPD lill-UE adottati fl-2015;
(b) tinkludi miri ambizzjużi, ċari u kalkolabbli, inkluża lista ta' azzjonijiet ippjanati b'perjodi ta' żmien ċari u b'riżorsi allokati fl-oqsma li ġejjin: l-ugwaljanza, il-parteċipazzjoni, il-moviment liberu u l-għajxien indipendenti, l-aċċessibilità, l-impjiegi u t-taħriġ, l-edukazzjoni u l-kultura, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, l-azzjoni esterna, il-ħelsien mill-vjolenza u l-abbuż, l-integrazzjoni tad-diżabilità u s-sensibilizzazzjoni;
(c) tinkludi perjodi ta' żmien u skedi ta' żmien fissi għall-implimentazzjoni;
(d) tirrifletti d-diversità tal-persuni b'diżabilità u l-ħtiġijiet tagħhom, inklużi azzjonijiet immirati;
(e) tintegra fil-politiki kollha u fl-oqsma kollha d-drittijiet tal-persuni kollha b'diżabilità,
(f) tirrikonoxxi u tindirizza l-forom multipli u intersezzjonali ta' diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni b'diżabilità,
(g) tinkludi approċċ li jqis is-sitwazzjoni tat-tfal,
(h) tissalvagwardja l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;
(i) tkun immirata għal persuni adulti b'diżabilità u tagħti attenzjoni speċjali lil dawk b'diżabilità intellettwali u l-futur tagħhom wara l-mewt ta' min ikun qed jieħu ħsiebhom;
(j) tkun sostnuta b'mekkaniżmu ta' monitoraġġ adegwat u mogħni b'biżżejjed riżorsi u b'parametri referenzjarji u indikaturi ċari,
(k) tiffaċilita l-konnessjonijiet bejn oqsma ta' politika differenti fil-livell tal-UE, u l-adattabilità tal-istrateġija għal oqsma ta' politika emerġenti u sfidi lil hinn mid-dispożizzjonijiet tas-CRPD, bħad-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji ġodda, l-awtomatizzazzjoni u l-Intelliġenza Artifiċjali;
(l) tkun konsistenti ma' inizjattivi u strateġiji oħra tal-UE u tintegra s-segwitu għall-Istrateġija Ewropa2020 u għall-inizjattivi fil-qafas tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-pjan direzzjonali għal Ewropa Soċjali;
(m) talloka baġit adegwat għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġija wara l-2020, inkluża l-allokazzjoni ta' baġit adegwat għall-Qafas tas-CRPD tal-UE, li jippromwovi, jipproteġi u jimmonitorja l-implimentazzjoni tas-CRPD fi kwistjonijiet ta' kompetenzi tal-UE (jiġifieri fil-leġiżlazzjoni u fil-politiki tal-UE u fl-amministrazzjoni pubblika tal-UE);
(n) tippromwovi kollaborazzjoni mal-awtoritajiet, in-negozji, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili f'livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Istrateġija wara l-2020;
(o) tintegra l-aċċess ugwali għas-servizzi għall-persuni b'diżabilità, inkluż l-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-impjieg, it-trasport pubbliku, l-akkomodazzjoni, il-kultura, l-isport u d-divertiment, u oqsma oħra, billi telimina l-ostakli għall-parteċipazzjoni soċjali, u billi tapplika l-prinċipji ta' disinn universali f'investimenti infrastrutturali u diġitali madwar l-UE;
(p) tiżgura li l-promozzjoni u l-appoġġ effettivi tal-ekonomija soċjali jiġu inklużi fil-prijoritajiet tal-Istrateġija;

6.Jenfasizza l-ħtieġa ta' konsistenza bejn l-Istrateġija wara l-2020 u l-oqfsa mmirati għall-persuni b'mard kroniku, inklużi miżuri dwar l-attivazzjoni tal-impjiegi, peress li l-istrateġiji mmirati għal persuni b'diżabilità mhux neċessarjament jindirizzaw dejjem il-ħtiġijiet tagħhom;

7.Jenfasizza l-importanza ta' definizzjoni u applikazzjoni olistiċi tal-aċċessibilità u l-valur tagħha bħala l-bażi sabiex il-persuni b'diżabilità biex jkollhom opportunitajiet indaqs, kif rikonoxxut fis-CRPD, u f'konformità mal-Kumment Ġenerali CRPD Nru2, filwaqt li titqies id-diversità tal-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u l-promozzjoni ta' disinn universali bħala prinċipju tal-UE;

8.Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ u jimmonitorjaw b'mod kontinwu l-leġiżlazzjoni kollha relatata mal-aċċessibilità, inklużi l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità(30), id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva,, il-Pakkett tat-Telekomunikazzjonijiet u d-Direttiva dwar l-Aċċessibilità tas-Siti Elettroniċi(31), kif ukoll ir-regolamenti rilevanti dwar it-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri; jinsisti li l-monitoraġġ għandu jsir mhux permezz ta' awtovalutazzjoni iżda minn entità indipendenti li tinkludi persuni b'diżabilità; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiffaċilita l-implimentazzjoni u tistabbilixxi Bord Ewropew dwar l-Aċċessibilità biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-aċċessibilità;

9.Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità bħala bażi għal qafas robust tal-UE għal ambjent aċċessibbli u inklużiv bi spazji pubbliċi, servizzi, inklużi s-servizzi tat-trasport, il-komunikazzjoni u s-servizzi finanzjarji, kif ukoll l-ambjent mibni, li jkunu kompletament aċċessibbli; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-drittijiet tal-passiġġieri biex tiġi evitata aktar diskriminazzjoni;

10.Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) u għall-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) sabiex tipproteġi d-drittijiet tal-passiġġieri b'diżabilità, li jiffokaw fuq is-sikurezza u l-integrità kemm ta' ġisimhom kif ukoll tat-tagħmir tagħhom meta jiġu ttrasportati, u r-rikonoxximent tal-ħtieġa ta' seats żejda għal assistenti personali jew għal dawk il-persuni li jkollhom jimteddu;

11.Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-obbligi kollha relatati mal-aċċessibilità tirrikjedi finanzjament suffiċjenti fil-livell tal-UE, fil-livell nazzjonali u fil-livell lokali; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu spinta lill-investiment pubbliku sabiex jiżguraw l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità kemm għall-ambjent fiżiku kif ukoll għal dak diġitali;

12.Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-kundizzjonalità exante tal-akkwist pubbliku ta' xiri aċċessibbli qabel l-iffirmar ta' kuntratt pubbliku mhux qed tiġi implimentata biżżejjed fil-livell nazzjonali; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li jinħoloq portal, b'mod simili għall-akkwist pubbliku ekoloġiku, li jkun fih il-linji gwida kollha dwar l-aċċessibilità;

13.Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-QĠUE dwar strateġiji ta' komunikazzjoni u aċċessibilità biex tiżgura li l-persuni b'diżabilità jista' jkollhom aċċess għas-sistema ġudizzjarja tal-UE;

14.Jenfasizza li l-Istrateġija wara l-2020 għandha tkun ibbażata fuq rieżami trasversali u komprensiv tal-leġiżlazzjoni u l-politiki kollha tal-UE, sabiex tkun armonizzata għalkollox mad-dispożizzjonijiet tas-CRPD; jinsisti li għandu jkun fiha dikjarazzjoni tal-kompetenzi riveduta li tinkludi l-oqsma kollha ta' politika li fihom l-UE lleġiżlat jew adottat miżuri legali mhux vinkolanti li għandhom impatt fuq il-persuni b'diżabilità, u għandha tipproponi proposti leġiżlattivi b'miżuri ta' implimentazzjoni u monitoraġġ;

15.Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-inklużjoni ta' approċċ ibbażat fuq il-ġeneru u intersezzjonali biex tiġġieled il-forom multipli tad-diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa u l-bniet b'diżabilità; jinsisti li għandha tinġabar data diżaggregata skont il-ġeneru sabiex jiġu identifikati l-forom ta' diskriminazzjoni multipla intersezzjonali li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet b'diżabilità, fl-oqsma kollha koperti mill-Konvenzjoni ta' Istanbul u fejn rilevanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta kkonsolidata fi ħdan l-Istrateġija tad-Diżabilità wara l-2020 u tadotta miżuri effettivi għall-prevenzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u t-tfal b'diżabilità u l-ġlieda kontriha, inklużi l-fastidju u l-abbuż sesswali, u li jkollhom fil-mira l-familji, il-komunitajiet, il-professjonisti u l-istituzzjonijiet; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni ta' Istanbul biex dan jagħmluh;

16.Jitlob li l-Istrateġija wara l-2020 tiżviluppa struttura interistituzzjonali biex tissorvelja l-implimentazzjoni tagħha bl-użu ta' proċeduri stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(32); jenfasizza li l-punti fokali dwar id-diżabilità għandhom ikunu preżenti fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE, fejn il-punt fokali ċentrali jkun jinsab fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-punti fokali tad-diżabilità għandhom ikunu appoġġjati b' mekkaniżmu interistituzzjonali xieraq biex tiġi kkoordinata l-implimentazzjoni tas-CRPD fl-istituzzjonijiet u fl-aġenziji tal-UE; jenfasizza li mekkaniżmu interistituzzjonali jeżisti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill, filwaqt li l-presidenti rispettivi tagħhom jiltaqgħu fil-bidu ta' kull mandat; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-istituzzjonijiet tal-UE, bħala amministrazzjonijiet pubbliċi, għandhom jikkonformaw mas-CRPD fl-aspetti kollha tagħha;

17.Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħejji l-Istrateġija wara l-2020 bl-involviment mill-qrib, sinifikanti u sistematiku ta' persuni b'diżabilità u tal-membri tal-familja u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u biex tiżgura li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, taħdem mill-qrib magħhom fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Istrateġija wara l-2020; anki permezz ta' finanzjament u bini ta' kapaċità adegwati;

18.Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi rieżami tal-Istrateġija kull tlietsnin, bi rwol definit b'mod ċar għall-Qafas tas-CRPD tal-UE u biex tinvolvi b'mod sistematiku u attiv il-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom (kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali) fit-tali rieżami;

19.Jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ kontinwu tal-implimentazzjoni tas-CRPD; jitlob, f'dan il-kuntest:

(a) li tinġabar (b'salvagwardji stabbiliti legalment) data diżaggregata robusta, imqassma skont it-tip ta' diżabilità, l-età, il-ġeneru, u fatturi li huma rilevanti għall-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tas-CRPD u għall-indirizzar tal-ostakli li l-persuni b'diżabilità jħabbtu wiċċhom magħhom fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom;
(b) li jiġu allokati riżorsi adegwati lill-qafas ta' monitoraġġ tas-CRPD tal-UE biex ikun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b'mod indipendenti u xieraq;
(c) mekkaniżmu flessibbli li kapaċi jipprovdi inċentivi għall-implimentazzjoni ottimali tas-CRPD, bħall-Access City Awards; jitlob li jkun hemm inizjattivi rilevanti fil-livell nazzjonali;
(d) inizjattivi rilevanti f’livell nazzjonali;

20.Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istrateġija wara l-2020 se tippromwovi b'mod partikolari aċċess garantit għall-impjiegi, u taħriġ vokazzjonali u dak professjonali, edukazzjoni inklużiva, servizzi tal-kura tas-saħħa ta' kwalità u ekonomikament aċċessibbli, servizzi diġitali u attivitajiet sportivi għall-persuni b'diżabilità, billi tiżgura, fost oħrajn, li jiġu pprovduti arranġamenti raġonevoli fuq il-post tax-xogħol, li l-persuni b'diżabilità jitħallsu daqs l-impjegati mingħajr diżabilità u li tiġi evitata u impedita l-possibilità ta' kwalunkwe tip ieħor ta' diskriminazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw aktar u/jew jimplimentaw aħjar miżuri li jippromwovu l-parteċipazzjoni ta' persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol, u jagħmlu mod li l-persuni b'diżabilità li jaħdmu f'workshops protetti jiġu rikonoxxuti mil-liġi bħala ħaddiema u jiżguraw li jkunu intitolati għall-istess protezzjoni soċjali bħal ħaddiema oħra; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' oqfsa ta' kwalità għat-traineeships u tinkoraġġixxi u tiżviluppa opportunitajiet ta' taħriġ permezz ta' apprendistati għall-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-aħjar prattiki f'rapporti futuri sabiex tippermetti lil minn iħaddem jimplimenta b'mod effettiv il-leġiżlazzjoni dwar id-diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi, tippromwovi u tipproteġi l-intrapriżi inklużivi sabiex toħloq impjiegi permanenti għall-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-potenzjal tal-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali li jiffaċilitaw l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol għall-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ immirat mill-Fond Soċjali Ewropew għall-ekonomija soċjali;

21.Jenfasizza li huwa fundamentali li jiġi żgurat livell għoli ta' servizzi u assistenza lill-persuni b'diżabilità; iqis, għalhekk, li huwa meħtieġ li jiġu definiti standards minimi fil-livell tal-UE sabiex jiġi garantit li jiġu ssodisfati l-bżonnijiet kollha tal-persuni b'diżabilità;

22.Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-direttiva dwar il-kura tas-saħħa transfruntiera biex tinġieb f'konformità mas-CRPD, sabiex ikun garantit l-aċċess għal kura tas-saħħa transfruntiera ekonomikament aċċessibbli u ta' kwalità għall-persuni b'diżabilitajiet;

23.Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw aċċess għal persuni b'diżabilità għal servizzi tas-saħħa li jkunu sensittivi għall-ġeneru, inklużi r-riabilitazzjoni relatata mas-saħħa u, fejn applikabbli, kura fit-tul;

24.Iqis li n-nisa u l-bniet b'diżabilità għandu jkollhom aċċess sħiħ għall-kura medika li tkun tlaħħaq mal-ħtiġijiet partikolari tagħhom, inkluża l-konsultazzjonijiet ġinekoloġiċi, eżamijiet mediċi, ippjanar tal-familja u appoġġ adattat għal matul it-tqala; iħeġġeġ lill-UE tqis dawn is-servizzi meta timplimenta l-Istrateġija wara l-2020;

25.Jenfasizza li l-persuni torox-għomja jeħtieġu kura addizzjonali mogħtija minn professjonisti b'għarfien speċjalizzat u kwalifikat kif ukoll interpreti għat-torox-għomja; jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-bastun abjad u aħmar bħala s-simbolu tal-persuni torox-għomja li jkunu mixjin sabiex il-persuni torox-għomja jkunu aktar viżibbli fit-traffiku;

26.Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-persuni mċaħħda mill-kapaċità ġuridika tagħhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet kollha minquxa fit-trattati u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea;

27.Jinnota b'dispjaċir li l-politiki Ewropej attwali dwar id-drittijiet tat-tfal ma jinkludux b'mod suffiċjenti strateġija globali bbażata fuq id-drittijiet għas-subien u l-bniet b'diżabilità, u lanqas ma fihom salvagwardji biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom, u li l-istrateġiji tad-diżabilità ma jindirizawhomx jew jintegrawhomx b'mod suffiċjenti;

28.Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-aċċess għas-servizzi u għad-drittijiet soċjali essenzjali għat-tfal vulnerabbli (b'mod speċifiku l-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, in-nutrizzjoni u l-akkomodazzjoni);

29.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu mod li l-UE jkollha rwol ewlieni fil-promozzjoni tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità u jippromwovu r-ratifika tas-CRPD madwar id-dinja; jitlob lit-Task Force ta' esperti fuq l-ugwaljanza tal-Kummissjoni taħt is-superviżjoni tal-Kummissarju għall-Ugwaljanza tintegra d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità b'mod sistematiku fil-liġijiet, id-deċiżjonijiet, il-politiki u l-programmi rilevanti kollha tal-UE; iħeġġeġ l-integrazzjoni sħiħa tal-perspettiva tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità fl-aspetti kollha tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, fl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, b'enfasi speċjali fuq il-ġlieda kontra l-vjolenza, f'Erasmus+ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta, il-Garanzija għat-Tfal, il-Green Paper dwar it-Tixjiħ li jmiss, fis-Semestru Ewropew u fil-politika barranija tal-UE, u jenfasizza l-ħtieġa ta' Garanzija għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità biex tgħin lill-persuni b'diżabilità biex isibu impjieg, traineeships, kollokamenti f'impjieg u edukazzjoni ulterjuri; ifakkar lill-Kummissjoni biex dan jiġi mmonitorjat ukoll fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE;

30.Jistieden lill-Kummissjoni tħejji evalwazzjoni tal-isfidi u l-każijiet ta' ksur tad-drittijiet li jesperjenzaw il-persuni b'diżabilità matul il-pandemija tal-COVID-19, il-miżuri adottati mill-Istati Membri b'rispons għall-pandemija, u l-lakuni u n-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ta' rkupru u mitigazzjoni rilevanti u speċifiċi fl-Istrateġija tad-Diżabilità wara l-2020 biex nuqqasijiet bħal dawn jingħelbu u jiġu evitati fil-futur; ifakkar li tali miżuri jridu jiġu żviluppati abbażi ta' konsultazzjonijiet ma' persuni b'diżabilità u l-membri tal-familja jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, kif ukoll in-netwerk tas-CRPD tal-Parlament Ewropew;

31.Jitlob lit-Task Force ta' esperti tal-Kummissjoni jwaqqaf u jwettaq konsultazzjonijiet sistematiċi ma' persuni b'diżabilità u mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom;

32.Jenfasizza d-dritt li wieħed jgħix b'mod indipendenti u li jiġi inkluż fil-komunità huwa essenzjali għat-twettiq ta' ħafna mid-drittijiet l-oħra stabbiliti fis-CRPD, fosthom l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, l-awtonomija u l-libertà, il-kapaċità ġuridika u l-libertà ta' moviment;

33.Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi b'mod attiv it-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali u/jew segregata għal appoġġ ibbażat fil-komunità, inkluża l-assistenza personali, u s-servizzi inklużivi (kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk imfassla għal bżonnijiet speċifiċi), fl-għodod u l-inizjattivi ta' politika kollha tal-UE; jitlob, ukoll, lill-Kummissjoni tiżgura li l-progress globali fid-deistituzzjonalizzazzjoni jiġi inkluż bħala indikatur fit-tabella ta' valutazzjoni soċjali tal-UE;

34.Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-parteċipazzjoni billi jaċċelleraw il-proċess tad-deistituzzjonalizzazzjoni f'perjodu ta' żmien speċifiku u jissostitwixxu t-teħid ta' deċiżjonijiet sostituttiv b'teħid ta' deċiżjonijiet appoġġjat; jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li d-deistituzzjonalizzazzjoni qatt ma twassal għal sitwazzjoni fejn il-persuni b'diżabilità jispiċċaw bla dar minħabba nuqqas ta' akkommodazzjoni adegwata u/jew aċċessibbli;

35.Jitlob lill-Kummissjoni tadotta pożizzjoni b'saħħitha dwar il-fatt li d-disponibilità globali tas-servizzi ġenerali bbażati fil-komunità (CBS) hija essenzjali għat-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għall-għajxien fil-komunità;

36.Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-libertà tal-moviment għall-persuni b'diżabilità;

37.Jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa azzjonijiet fil-livell tal-UE biex tiżgura li l-persuni kollha b'diżabilità jkunu kapaċi jeżerċitaw il-libertà ta' moviment tagħhom u jgawdu l-libertà tal-moviment u tax-xogħol barra minn pajjiżhom fuq bażi ugwali mal-oħrajn;

38.Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-użu tal-fondi tal-UE jkun konformi mas-CRPD u li l-fondi tal-UE ma jikkontribwux għall-kostruzzjoni jew għar-rinnovament ta' faċilitajiet tal-kura istituzzjonali jew strutturi ta' kwalunkwe tip ieħor li jistgħu faċilment isiru istituzzjoni, jew għall-proġetti li ma jinvolvux b'mod sinifikanti lill-persuni b'diżabilità, il-membri tal-familja u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, u mhumiex investiti fi strutturi li mhumiex aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

39.Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-użu tal-fondi tal-UE ma jikkontribwixxux għar-riċerka mhux etika, l-isterilizzazzjoni mhux volontarja u l-ksur tad-drittjiet riproduttivi ta' persuni b'diżabilità;

40.Jitlob li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-persuni b'diżabilitajiet intellettwali u psikosoċjali jkunu partikolarment vulnerabbli għal approċċi u trattamenti sperimentali, li m'għandhomx bażi ta' evidenza xjentifika robusta u li jistgħu jikkawżaw ħsara sinifikanti;

41.Jinsisti li l-fondi tal-UE għandu jkollhom l-għan li jippromwovu ambjenti, servizzi, prattiki u apparati inklużivi u aċċessibbli, li jsegwu approċċ ta' disinn universali u li jiffavorixxu d-deistituzzjonalizzazzjoni, li jinkludu appoġġ qawwi għall-assistenza personali u l-għajxien indipendenti; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi li jiżguraw li s-servizzi ta' assistenza ffinanzjati mill-fondi tal-UE jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità; jenfasizza li l-fondi għandhom jiġu investiti b'mod attiv fir-riċerka biex tiġi żviluppata teknoloġija ta' assistenza aħjar u aktar ekonomikament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità; jitlob li jkun hemm kuntatt attiv ma' persuni b'diżabilità, mal-membri tal-familja u mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom fil-programmi kollha ffinanzjati mill-UE;

42.Jitlob lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri teżamina jekk l-opportunitajiet iffinanzjati mill-UE jilħqux lill-persuni b'diżabilità;

43.Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-proġetti u l-infrastruttura kollha appoġġjati mill-fondi tal-UE f'pajjiżi terzi jkunu aċċessibbli għall-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità u li l-fondi tal-UE jinvestu fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tas-CRPD u l-bini ta' kapaċità tal-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità;

44.Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-Istrateġija tal-UE u l-azzjonijiet tal-Istati Membri jkunu kompletament allinjati mal-SDGs u mal-Aġenda2030 tan-Nazzjonijiet Uniti, bħala qafas globali ewlieni għal azzjoni favur is-sostenibilità, l-ugwaljanza u l-inklużjoni, li tinkludi d-diżabilità bħala kwistjoni orizzontali fl-SDGs4, 8, 10, 11 u 17;

45.Jistieden lill-Kummissjoni biex, fl-azzjoni esterna tagħha, tkun minn ta' quddiem nett fl-implimentazzjoni tal-SDGs b'mod li tkun jinkludi lill-persuni b'diżabilità, indipendentement minn strateġija Ewropea ġdida tad-diżabilità, billi tadotta pjan direzzjonali ċar, trasparenti u inklużiv biex tilħaq l-għanijiet;

46.Jilqa' d-direttiva adottata dan l-aħħar dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u, b'mod partikolari, l-introduzzjoni ta' liv ta' ħamest ijiem xogħol fis-sena għall-persuni li jindukraw; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw id-direttiva malajr u jinkoraġġihom biex imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fiha, anki billi jistabbilixxu d-dritt għal-liv tal-paternità imħallas u għal-liv imħallas għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw; iħeġġeġ lill-Istati Membri aktar arranġamenti għal-liv għall-persuni li jindukraw, għal-liv tal-paternità, għal-liv għall-ġenituri u arranġamenti tax-xogħol flessibbli li huma adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ġenituri f'sitwazzjonijiet partikolarment żvantaġġati, bħal dawk il-ġenituri b'diżabilità jew ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew mard fit-tul; jitlob lill-Istati Membri kollha jiżguraw appoġġ suffiċjenti, kemm finanzjarju kif ukoll professjonali, għall-persuni li jieħdu ħsieb lill-membri tal-familja b'diżabilità li jgħixu fl-istess dar. jenfasizza li l-fatt li dawn jeħtiġilhom jieħdu ħsieb il-qraba tagħhom ta' spiss ikollu impatt negattiv fuq il-familja u l-ħajja professjonali tagħhom u dan jista' jwassal għall-esklużjoni u d-diskriminazzjoni;

47.Jistieden lill-Kummissjoni toħloq mekkaniżmi biex tikkoordina l-portabilità u l-adattabilità tal-benefiċċji u tas-servizzi għall-persuni b'diżabilità bejn l-Istati Membri u biex tespandi l-proġett pilota tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE għall-Istati Membri kollha, u testendih lil hinn mill-kultura u l-isport u tiżgura li l-karta għall-parkeġġ tal-UE għall-persuni b'diżabilità tkun osservata bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha; jenfasizza li tali miżuri huma kruċjali biex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità madwar l-UE jkollhom aċċess għall-appoġġ għad-diżabilità mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjonijiet separati f'kull Stat Membru; jistieden lill-Istati Membri jinkorporaw fil-leġiżlazzjoni tagħhom ir-rikonoxximent ta' diżabilitajiet speċifiċi sabiex jiġu indirizzati u koperti l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom (bħal pereżempju l-persuni torox-għomja);

48.Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-involviment strutturali ta' jistieden lill-Istati Membri jinkorporaw fil-leġiżlazzjoni tagħhom ir-rikonoxximent ta' diżabilitajiet speċifiċipersuni b'diżabilità u l-membri tal-familja u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom fil-fażijiet kollha ta' teħid ta' deċiżjonijiet, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE, u tiffinanzja l-bini tal-kapaċitajiet għall-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod strutturali fid-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernawhom; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa inizjattivi li jippromwovu l-awtopromozzjoni u l-parteċipazzjoni politika ta' persuni b'diżabilità, u jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-inizjattivi nazzjonali f'dan ir-rigward;

49.Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi koordinazzjoni aħjar tas-servizzi ta' assistenza bejn l-Istati Membri u t-twaqqif ta' punti ta' kuntatt fl-Istati Membri kollha biex jinfurmaw liċ-ċittadini tal-UE b'diżabilità dwar id-drittijiet soċjali tagħhom u s-servizzi ta' assistenza li huma intitolati għalihom;

50.Jitlob lill-Kummissjoni toħloq, f'kooperazzjoni mas-settur privat, portal wieħed li jiġbor l-istrumenti kollha intiżi sabiex jipprovdu parteċipazzjoni soċjali ottimali tal-persuni b'diżabilità;

51.Ifakkar fid-dritt li għandhom il-persuni b'diżabilità għal livell adegwat ta' għajxien u protezzjoni soċjali, b'mod partikolari għal assistenza finanzjarja u kura ta' serħan; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità għall-2030 tinkludi azzjonijiet speċifiċi għall-promozzjoni ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali inklużivi fl-UE kollha li jkunu jiggarantixxu lill-persuni b'diżabilità l-aċċess għall-benefiċċji u s-servizzi tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu livell minimu ta' protezzjoni soċjali għall-persuni b'diżabilità li jiżguralhom standard ta' għajxien adegwat;

52.Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jibnu fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali(33) u l-proposta għal regolament dwar il-Koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali (), biex iċ-ċittadini kollha tal-UE jkunu jistgħu jaċċedu s-servizzi ta' assistenza soċjali madwar l-UE, b'mod konformi ma' rakkomandazzjoni mill-KumitatCRPD;

53.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw kampanja komprensiva li tinvolvi persuni b'diżabilità, il-membri tal-familja u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, li tkun disponibbli f'formati aċċessibbli, inkluża verżjoni li tinqara faċilment, u f'lingwi tas-sinjali nazzjonali sabiex titqajjem kuxjenza dwar is-CRPD, id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità u l-ostakli li jiffaċċjaw fost persuni b'diżabilità, dawk li jġorru d-dmirijiet u s-soċjetà b'mod ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu, jikkoordinaw u joħolqu materjal edukattiv li jista' jintuża fl-Istati Membri, bil-għan li jippromwovu attitudnijiet pożittivi dwar il-persuni b'diżabilità u biex itejbu l-inklużjoni tagħhom;

54.Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiffinanzjaw taħriġ għal u minn persuni b'diżabilità, l-organizzazzjonijiet tagħhom, it-trejdjunjins, il-federazzjonijiet ta' min iħaddem, il-korpi tal-ugwaljanza u l-impjegati taċ-ċivil dwar il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni, inklużi d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali u l-akkomodazzjoni raġonevoli;

55.Jitlob lill-Istati Membri kollha jappoġġjaw u jżidu l-prestiġju tal-ħidma soċjali (jiġifieri ħaddiema soċjali u persuni li jaħdmu fis-servizzi soċjali);

56.Jitlob lill-Kummissjoni toħloq mekkaniżmu ċar ta' responsabilità, kontroll u sanzjonijiet għall-istrateġiji;

57.Jistieden lill-Istati Membri kollha jindirizzaw b'mod urġenti l-kwistjoni ta' persuni mingħajr dar billi jadottaw strateġiji fit-tul u bbażati fuq akkomodazzjoni, strateġiji integrati ta' persuni mingħajr dar f'livell nazzjonali, reġjonali u lokali u biex jirrikonoxxu r-riskji partikolari li jesperjenzaw il-persuni b'diżabilità, inklużi dawk li jinsabu fl-ispettru tal-awtiżmu;

58.Jistieden lill-Istati Membri jaffermaw l-impenn tagħhom favur il-promozzjoni, il-protezzjoni u l-iżgurar tat-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha minn kull persuna b'diżabilità, inkluż id-dritt ta' moviment liberu u residenza u d-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet, f'konformità mal-Artikolu12 tas-CRPD, u biex jiżguraw ir-rispett għad-dinjità inerenti tagħhom billi jimplimentaw u jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni tal-istrateġija wara l-2020 bl-involviment sinifikanti tal-persuni b'diżabilità u tal-membri tal-familja jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE, dak nazzjonali, reġjonali u lokali u jallokaw riżorsi umani u finanzjarji adegwati u suffiċjenti għall-implimentazzjoni tagħha;

59.Jitlob lill-Istati Membri kollha jiżviluppaw strateġiji nazzjonali tad-diżabilità għalihom infushom għall-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza tal-persuni b'diżabilità u jindirizzaw l-implimentazzjoni tas-CRPD;

60.Jitlob lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali li jqisu l-aħjar prattiki minn Stati Membri oħra biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tas-CRPD;

61.Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jirratifikaw il-Protokoll Fakultattiv għas-CRPD;

62.Jitlob lill-Istati Membri kollha jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità;

63.Jitlob lill-Istati Membri jirrapportaw dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet nazzjonali magħmula mill-Kumitat dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, wara l-evalwazzjoni tagħhom tal-implimentazzjoni tas-CRPD;

64.Jenfasizza l-importanza li jintlaħaq ftehim kemm jista' jkun malajr; jitlob lill-Kunsill jissupera l-perjodu ta' staġnar, sabiex isir progress għal soluzzjoni pragmatika u titħaffef, mingħajr aktar dewmien l-adozzjoni tad-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni tal-UE proposta mill-Kummissjoni fl-2008 u sussegwentement approvata mill-Parlament; iqis id-direttiva bħala prekundizzjoni biex jiġi żgurat qafas legali tal-UE konsolidat u konsistenti li jipproteġi lin-nies mid-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali barra mid-dinja tax-xogħol; jinnota li l-ebda restrizzjoni indebita tal-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva m'għandha tiġi aċċettata; iqis li l-konsolidazzjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar il-ġlieda kontra r-reati ta' mibegħda hija wkoll element kruċjali, meta jitqies li reati simili huma wkoll prevalenti fl-ambjent tax-xogħol;

65.Jirrakkomanda li l-UE tintegra strutturalment l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità fil-proċess tas-Semestru Ewropew;

66.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, biex iqassamha lill-parlamenti u lill-kunsilli sottonazzjonali, lill-Kunsill tal-Ewropa u lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1) ĠU L23, 27.1.2010, p.35.
(2) ĠU C340, 15.12.2010, p.11.
(3) ĠU L151, 7.6.2019, p.70.
(4) ĠU L327, 2.12.2016, p.1.
(5) ĠU L303, 28.11.2018, p.69.
(6) ĠU L303, 2.12.2000, p.16.
(7) ĠU C204, 13.6.2018, p.179.
(8) ĠU L321, 17.12.2018, p.36.
(9) ĠU C137 E, 27.5.2010, p.68.
(10) Testi adottati, P8_TA(2019)0032.
(11) ĠU C356, 4.10.2018, p.110.
(12) ĠU C101, 16.3.2018, p.138.
(13) ĠU C353, 27.9.2016, p.41.
(14) ĠU C131 E, 8.5.2013, p.9.
(15) ĠU C212 E, 5.8.2010, p.23.
(16) ĠU C187, 18.7.1988, p.236.
(17) ĠU C379, 7.12.1998, p.66.
(18) ĠU C224, 27.6.2018, p.68.
(19) ĠU L347, 20.12.2013, p.320.
(20) ĠU L347, 20.12.2013, p.289.
(21) ĠU L347, 20.12.2013, p.470.
(22) ĠU L347, 20.12.2013, p.487.
(23) Dan in-numru jinkludi 99miljun persuna skont l-istħarriġ EU-SILC tal-2016 u 1miljun persuna stmati li huma segregati f'istituzzjonijiet residenzjali u għalhekk mhux rappreżentati fl-istħarriġ.
(24) Is-sentenzi tal-11ta'April2013 fil-Kawżi KonġuntiC-335/11 u C-337/11, il-paragrafi29-30; tat-18ta'Marzu2014 fil-KawżaC-363/12, paragrafu73; u tat-22ta'Mejju2014 fil-KawżaC-356/12.
(25) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Functional_and_activity_limitations_statistics
(26) Eurofound (2019), How to respond to chronic health problems in the workplace? Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.
(27) https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/DDN-20191029-2
(28) Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20ta'Ġunju2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (ĠU L188, 12.7.2019, p.79).
(29) Proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2019 għal Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi mill-Kummissjoni u mill-Kunsill ().
(30) ĠU L151, 7.6.2019, p.70.
(31) ĠU L327, 2.12.2016, p.1.
(32) ĠU L123, 12.5.2016, p.1.
(33) ĠUC387, 15.11.2019, p. 1.


Regolamenti emendatorji (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward tal-aġġustamenti b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19 ***I
PDF132kWORD50k
龱żDZܳDzԾ
Test
龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru575/2013 u (UE)2019/876 fir-rigward tal-aġġustamenti b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19 ( – C9-0122/2020 – )
P9_TA(2020)0157A9-0113/2020

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (),

–wara li kkunsidra l-Artikolu294(2) u l-Artikolu114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0122/2020),

–wara li kkunsidra l-Artikolu294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20ta'Mejju2020(1),

–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10ta'Ġunju2020(2),

–wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Ġunju 2020, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0113/2020),

1.Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Ġunju 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward ta' ċerti aġġustamenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19

P9_TC1-COD(2020)0066


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/873.)

(1) ĠUC180, 29.5.2020, p.4.
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Politika tal-kompetizzjoni - rapport annwali 2019
PDF221kWORD68k
龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar il-politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali2019 ()
P9_TA(2020)0158A9-0022/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari mill-Artikolu101 sal-Artikolu109 tiegħu,

–wara li kkunsidra r-regoli, il-linji gwida, ir-riżoluzzjonijiet, il-konsultazzjonijiet pubbliċi, il-komunikazzjonijiet u d-dokumenti rilevanti tal-Kummissjoni dwar is-suġġett tal-kompetizzjoni,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-15ta'Lulju2019 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni2018 () u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikat bħala dokument ta' sostenn fl-istess data,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31ta'Jannar2019 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE(1),

–wara li kkunsidra l-ittra tal-missjoni tal-10ta'Settembru2019 tal-President elett Ursula vonderLeyen lil Margrethe Vestager,

–wara li kkunsidra t-tweġibiet orali u bil-miktub tal-Kummissarju nnominat Margrethe Vestager waqt is-seduta ta' smigħ quddiem il-Parlament Ewropew fit-8ta'Ottubru2019,

–wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Avviż tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta' għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat(2) ,

—wara li kkunsidra d-Direttiva(UE)2019/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11ta'Diċembru2018 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern(3),

– wara li kkunsidra r-Regolament (UE)2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online(4);

–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11ta'Diċembru2019 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tal-15ta'Lulju2019 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni2018,

—wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5ta'Diċembru2019 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tal-15ta'Lulju2019 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni2018,

—wara li kkunsidra r-rapport tal-4ta'April2019 tal-esperti ta' livell għoli tal-Kummissjoni tal-2019 dwar il-politika tal-kompetizzjoni għall-era diġitali,

—wara li kkunsidra l-Opinjoni Preliminari tas-26ta'Marzu2014 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar "Il-privatezza u l-kompetittività fl-era tal-big data: L-interazzjoni bejn il-protezzjoni tad-data, id-dritt tal-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi fl-Ekonomija Diġitali" u l-Opinjoni8/2016 tat-23ta'Settembru2016 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar "L-infurzar koerenti tad-drittijiet fundamentali fl-era tal-big data",

—wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tad-29 ta’ Awwissu 2018 mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-impatti tal-konċentrazzjoni ekonomika fuq il-protezzjoni tad-data,

—wara li kkunsidra l-ittra tal-4ta'Frar2020 mibgħuta lill-Kummissarju Margrethe Vestager mill-ministri tal-ekonomija u tal-finanzi ta' Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Polonja, kif ukoll il-kontribut konġunt tal-Awstrija, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja abbozzat bi tħejjija għall-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2020,

—wara li kkunsidra l-proposta tal-4ta'Lulju2019 ta' Franza, il-Ġermanja u l-Polonja bit-titlu "Pour une politique européenne de la concurrence modernisée" (Politika Ewropea mmodernizzata fil-qasam tal-kompetizzjoni),

—wara li kkunsidra r-rapport tal-2019 tal-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC) bit-titlu "The Role of Competition Policy in Protecting Consumers' Wellbeing in the Digital Era" (ir-rwol tal-politika tal-kompetizzjoni fil-ħarsien tal-benessri tal-konsumaturi fl-era diġitali),

—wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7ta'Jannar2019 li testendi seba' settijiet ta' regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat (l-inizjattiva tal-modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020) sal-aħħar tal-2022 u biex sadanittant tniedi evalwazzjonijiet,

—wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22ta'Marzu u s-27ta'Mejju2019,

—wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-18ta'Diċembru2018 maħruġa minn 18-ilStat Membru waqt is-6laqgħa ministerjali tal-"Ħbieb tal-Industrija",

—wara li kkunsidra r-rapport tal-Forum Strateġiku għal Proġetti Importanti ta' Interess Komuni Ewropew bit-titlu "Strengthening strategic value chains for a future-ready EU industry" (It-tisħiħ tal-ktajjen ta' valur strateġiċi għal industrija tal-UE lesta għall-futur),

—wara li kkunsidra r-reviżjoni li għaddejja bħalissa dwar il-linji gwida relatati mal-kooperazzjoni orizzontali,

—wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika dwar ir-regolamenti orizzontali ta' eżenzjoni ta' kategorija,

—wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19ta'Ġunju 2019 bit-titlu "Lejn qafas legali Ewropew adatt għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali",

–wara li kkunsidra l-Artikolu54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-ܳċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0022/2020),

A.billi l-kompetizzjoni u l-infurzar effettiv tal-politika tal-kompetizzjoni għandhom ikunu ta' benefiċċju għaċ-ċittadini kollha tal-UE, speċjalment dawk f'pożizzjoni dgħajfa bħala konsumaturi, filwaqt li jippromwovu l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta fost in-negozji li joperaw fis-suq uniku, b'mod partikolari billi jiżguraw li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) ikollhom l-opportunità li jikkompetu fuq bażi ekwa;

B.billi l-politika tal-kompetizzjoni trid tiġi adattata biex tindirizza l-isfidi diġitali, ekoloġiċi, ġeopolitiċi, industrijali u soċjali, u trid tkun konformi mal-prijoritajiet deskritti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, sabiex tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-setturi kollha bħala l-pedament tal-ekonomija soċjali tas-suq tal-UE, filwaqt li tqis l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali;

C.billi l-kooperazzjoni globali fl-infurzar fil-qasam tal-kompetizzjoni tgħin biex jiġu evitati l-inkonsistenzi fir-rimedji u fl-eżiti tal-azzjonijiet ta' infurzar, u tgħin lin-negozji jnaqqsu l-ispejjeż li jġarrbu biex ikunu konformi;

D.billi fi swieq diġitali li jinbidlu malajr, il-politika tal-kompetizzjoni tista' f'xi każijiet tkun wisq kajmana u għalhekk ikun hemm ir-riskju li ma tkunx effettiva meta tiġi biex tirrimedja n-nuqqasijiet sistemiċi tas-suq u tistabbilixxi mill-ġdid il-kompetizzjoni; billi r-regolamentazzjoni u l-monitoraġġ ex ante komplementari jistgħu jkunu ta' benefiċċju biex tiġi żgurata sorveljanza aktar effettiva;

E.billi l-awtoritajiet Ewropej tal-kompetizzjoni għandhom ikunu daqstant attenti sabiex jevitaw li jkun hemm infurzar insuffiċjenti fis-swieq diġitali daqskemm huma attenti li ma jkunx hemm infurzar żejjed;

F.billi l-objettiv ewlieni tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE huwa li tipprevjeni d-distorsjoni tal-kompetizzjoni sabiex tiġi ppreservata l-integrità tas-suq intern u jiġu protetti l-konsumaturi;

G.billi, minħabba li l-iskandli tad-data, l-investigazzjonijiet u l-evidenza riċenti wrew kif id-data personali qed tinġabar, tintuża u tinbiegħ lil partijiet terzi minn pjattaformi, u wrew kif l-atturi u l-pjattaformi tat-teknoloġija dominanti kienu qed jittraċċaw lill-konsumaturi online b'mod sistematiku;

Ir-rwol tal-politika tal-kompetizzjoni fis-swieq globalizzati

1.Jirrimarka li f'dinja globalizzata, il-kooperazzjoni internazzjonali hija kruċjali biex jiġi żgurat infurzar effettiv tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar l-influwenza tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE fid-dinja, b'mod partikolari billi tissokta bid-djalogu pertinenti u ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti, maċ-Ċina, mal-Ġappun u ma' pajjiżi terzi oħrajn, fejn ikun possibbli permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni tat-tieni ġenerazzjoni li jippermettu li jsir skambju aktar effettiv tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni; jappoġġja l-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali fin-Netwerk Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfittex dejjem l-inklużjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni (li jkopru wkoll l-għajnuna mill-Istat) fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE (FTAs) u fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-ܳċ (WTO), sabiex jiġi żgurat ir-rispett reċiproku għall-kompetizzjoni ġusta; jinnota b'dispjaċir l-effett negattiv tal-paraliżi fi ħdan il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO fuq il-Kummissjoni;

2.Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod biex tiffaċilita l-monitoraġġ aħjar tal-investiment dirett barrani (FDI) u tiżgura implimentazzjoni rapida tal-mekkaniżmu ta' skrinjar għall-FDIs u tipproponi għodda biex issaħħaħ il-mekkaniżmu attwali, filwaqt li tiżgura li l-Unjoni Ewropea tibqa' miftuħa u attraenti għall-FDI; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-kumpaniji f'pajjiżi terzi jibbenefikaw minn trattament favorevoli fis-suq domestiku tagħhom, li jista' jfixkel il-kompetizzjoni fejn jidħol l-investiment fis-suq uniku;

3.Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura r-reċiproċità mal-pajjiżi terzi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat u l-politika tal-investiment, inkluż li tqis id-dumping soċjali u ambjentali; ifakkar fil-ħtieġa li jinfetħu s-swieq tal-akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi li għalihom għadu ma jeżistix aċċess; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem favur l-adeżjoni ta' pajjiżi terzi importanti, bħaċ-Ċina, għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti Pubbliċi, b'offerta inizjali aċċettabbli; jenfasizza li kwalunkwe strument li għandu l-għan li jtejjeb il-ftuħ tas-suq internazzjonali, bħall-Istrument għall-Akkwist Internazzjonali tal-UE, li għandu jiġi ffinalizzat sal-2021, irid jevita li joħloq burokrazija addizzjonali u distorsjonijiet ġodda fis-suq li jkollhom effetti negattivi fuq il-kumpaniji tal-UE;

4.Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit wara t-tluq tiegħu mill-UE sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni u jiġi evitat id-dumping;

5.Jappoġġja bis-sħiħ l-implimentazzjoni tal-Proġetti Importanti ta' Interess Komuni Ewropew (IPCEI) bħall-Alleanza Ewropea tal-Batteriji; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi aktar lill-IPCEIs maġġuri fit-teknoloġiji fixkiela, tissimplifika d-dispożizzjonijiet rilevanti u tirrazzjonalizza r-rekwiżiti tagħha sabiex proġetti ta' riċerka industrijali iżgħar ikunu kkunsidrati wkoll;

6. Ifakkar fil-ħtieġa li l-Kummissjoni tapplika l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat b'mod ugwali għall-operaturi tal-UE u ta' pajjiżi terzi biex jiġu evitati l-asimmetriji mal-kompetituri barranin, u biex tagħti aktar attenzjoni lill-kumpaniji statali barranin li huma ssussidjati mill-gvernijiet tagħhom b'modi li r-regoli tas-suq uniku tal-UE jipprojbixxu għall-entitajiet tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-proposta riċenti tal-Gvern Netherlandiż u tinvestiga l-għażla li jiżdied pilastru mad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE, li jagħti lill-Kummissjoni għodod investigattivi xierqa f'każijiet fejn kumpanija titqies li tkun ġabet ruħha b'imġiba distorsiva minħabba s-sussidji li tirċievi mill-gvern jew li tkun għamlet profitti eċċessivi abbażi ta' pożizzjoni dominanti fis-suq fil-pajjiż ta' oriġini tagħha (pereżempju billi jiġu introdotti kontrolli dwar l-għajnuna mill-Istat fuq il-kumpaniji minn pajjiżi terzi fir-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku);

7.Itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni teżamina jekk jistgħux jinħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni mill-programm ta' xiri mis-settur korporattiv, speċjalment bejn l-SMEs u l-korporazzjonijiet multinazzjonali;

8.Jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ aktar favorevoli għal politika industrijali b'saħħitha tal-UE biex tiżgura u tmantni kompetittività għolja fis-swieq globali; jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jappoġġjaw proġetti tal-UE ta' interess strateġiku u jneħħu t-tfixkil u l-ostakli biex iħallu li jitfaċċaw mexxejja tal-UE innovattivi f'setturi ta' prijorità speċifiċi għall-UE, filwaqt li jirrispettaw l-applikazzjoni indipendenti tar-regoli tal-kompetizzjoni li jissalvagwardjaw kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ekwi; tiċċara li dan l-approċċ m'għandux ikun ta' detriment għall-SMEs u għall-interessi tal-konsumaturi, u għandu jiffoka fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli u industrija tad-data tal-UE u infrastruttura diġitali kompetittivi, bħall-iżvilupp tat-teknoloġija 5G;

9. Jistieden lill-Kummissjoni taħtaf l-opportunità tar-reviżjoni tal-linji gwida dwar il-ftehimiet ta' kooperazzjoni orizzontali biex toħloq qafas aktar flessibbli u żżid iċ-ċertezza legali għall-kumpaniji; jistieden lill-Kummissjoni tikkomunika aktar fil-waqt opportun u b'mod aktar effiċjenti mad-detenturi ta' proġetti ta' kooperazzjoni ta' ċertu daqs, u tippermetti l-possibbiltà li jitressqu mistoqsijiet ġodda bħala parti minn proċedura ta' notifika volontarja rapida;

10.Jilqa' l-impenn meħud mill-Kummissjoni fl-avviż tagħha tad-9ta'Diċembru1997(5) li tirrieżamina d-definizzjoni tagħha tas-suq rilevanti sabiex titqies viżjoni aktar fit-tul li tinkludi d-dimensjoni globali, id-diġitalizzazzjoni u l-kompetizzjoni futura potenzjali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiddependi fuq prinċipji ekonomiċi u legali b'saħħithom fl-investigazzjonijiet tagħha, billi ssegwi l-prinċipji tal-proporzjonalità u tal-proċess ġust, meta teżamina tipi ta' swieq ġodda;

11.Jenfasizza li l-eżistenza ta' kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni fil-livell internazzjonali f'sistema ta' kummerċ multilaterali bbażata fuq ir-regoli li tissalvagwardja l-ambitu tal-politika tal-istati hija essenzjali għall-Ewropa, inkluż għall-kumpaniji Ewropej u b'mod partikolari l-SMEs, kif ukoll għall-ħaddiema u l-konsumaturi; jikkunsidra li dan jikkontribwixxi biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli, biex ikun żgurat ambjent stabbli u prevedibbli li jfittex titjib fil-kompetittività u r-reċiproċità, jassigura l-impjiegi eżistenti u joħloq oħrajn ġodda fl-UE u f'pajjiżi terzi, u jiżgura standards ambjentali u ta' xogħol għoljin, billi għadd dejjem ikbar ta' impjiegi qed jiddependu fuq il-ktajjen ta' valur globali; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza ta' aktar trasparenza, sostenibbiltà u responsabbiltà korporattiva fi ktajjen ta' valur globali, u jistieden lill-UE tikkunsidra, fost miżuri oħra, l-istabbiliment ta' qafas legali għal diliġenza dovuta obbligatorja fil-ktajjen ta' valur globali bħala pass neċessarju biex dan jintlaħaq;

12.Jistieden lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tad-dibattitu li qed jikber, tirrikonċilja r-regoli tal-kompetizzjoni, il-politika industrijali u l-kummerċ internazzjonali tal-UE, li jridu jimxu id f'id mas-sostenibbiltà u r-rispett għall-ambjent; jissottolinja l-ħtieġa speċifika tal-finanzjament tar-riċerka bħala l-bażi tal-innovazzjoni u l-iżvilupp għan-negozji Ewropej u bħala element ewlieni biex tingħata spinta lill-kummerċ u lill-kompetittività;

13.Jissottolinja li l-SMEs għandhom rwol importanti ħafna fil-kummerċ internazzjonali, u huma responsabbli għal madwar 30% tal-prodotti esportati mill-UE lejn il-bqija tad-dinja(6); iqis li s-suq intern għadu, bil-bosta, l-aktar suq importanti għall-SMEs; ifakkar li, sabiex l-SMEs jiġu megħjuna jlaħħqu ma' sfidi dejjem akbar biex jidħlu fi swieq ġodda u jkunu jistgħu jikkompetu fuq il-merti tagħhom stess, il-politika kummerċjali u tal-kompetizzjoni tal-UE għandha tikkontribwixxi għad-diversità ekonomika u għal ambjent kummerċjali favorevoli għall-SMEs, u dan għandu jinkludi li tiġi kkunsidrata l-modernizzazzjoni tad-definizzjoni ta' SMEs tal-UE, b'mod partikolari billi jiżdiedu kriterji kwalitattivi;

14.Jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni fil-kuntest tar-riforma tad-WTO li għaddejja bħalissa, inkluż il-Korp tal-Appell tagħha, biex taġġorna u tagħmel effettivament infurzabbli r-regoli multilaterali dwar sussidji jew inizjattivi settorjali, sabiex tindirizza b'mod adegwat il-kwistjoni tas-sussidji fil-livell internazzjonali, b'referenza partikolari għas-sussidji industrijali, l-intrapriżi tal-istat u t-trasferimenti furzati tat-teknoloġija, u taġixxi biex tiġġieled il-politiki u l-prattiki mhux orjentati lejn is-suq ta' pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi b'mod sħiħ lill-Parlament u lill-Istati Membri f'dan il-qasam;

15.Jisħaq li l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-ftehimiet kummerċjali huwa importanti biex jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u standards ambjentali u soċjali; jilqa', f'din il-perspettiva, l-introduzzjoni ta' kriterji ambjentali u soċjali fir-riforma tal-miżuri antisussidji u antidumping; iqis li l-inklużjoni possibbli ta' standards ewlenin preċiżi u ġustizzjabbli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) skont il-liġi tad-WTO tista' tiġi esplorata wkoll fil-kuntest tar-riforma tad-WTO li għaddejja bħalissa u sabiex tikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ekwi globali;

16.Jilqa', f'dan il-kuntest, in-negozjati plurilaterali tad-WTO li għaddejjin bħalissa dwar il-kummerċ elettroniku, u jappella għal sett komprensiv u ambizzjuż ta' regoli li jindirizzaw l-ostakli għall-kummerċ diġitali, jiżguraw li l-kumpaniji jkunu jistgħu jikkompetu mad-dinja kollha f'kundizzjonijiet ekwi, u jsaħħu l-fiduċja tal-konsumatur fl-ambjent online mingħajr detriment għall-istandards Ewropej tal-protezzjoni tad-data; jenfasizza li l-UE għandha tieħu rwol ewlieni f'dawn in-negozjati internazzjonali, b'konsultazzjonijiet mill-qrib li jinvolvu lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati, inkluża s-soċjetà ċivili;

17.Jikkunsidra li l-aċċess għas-suq intern tal-UE għandu jkun soġġett għall-konformità mal-istandards sanitarji, fitosanitarji u ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-politika tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni tal-UE ma tkunx timmina r-rispett tal-istandards soċjali u ekoloġiċi tal-UE jew l-iżvilupp ta' standards aktar ambizzjużi;

18.Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza u tistudja kif xieraq is-swieq tal-akkwist pubbliku tal-pajjiżi terzi li magħhom għandha ftehim ta' kummerċ ħieles jew qed tinnegozja wieħed, sabiex tinnegozja l-aħjar kundizzjonijiet ta' aċċess għall-kumpaniji Ewropej;

19.Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-azzjoni meħtieġa mid-Direttorati Ġenerali involuti – DĠ ܳċ u DĠ Kompetizzjoni – biex tiżgura li r-regoli tal-kompetizzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta għall-kumpaniji Ewropej fis-swieq ta' pajjiżi terzi, u viċeversa;

20.Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lir-rwol tal-iffissar tal-istandards internazzjonali għall-kompetizzjoni ġusta; jinsisti li l-UE għandha ssaħħaħ l-approċċ multilaterali tagħha għall-iffissar tal-istandards, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC); iwissi kontra n-nazzjonalizzazzjoni ta' approċċi li jiffissaw standards, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Inizjattiva "Belt and Road" taċ-Ċina u strateġiji oħrajn li jsaħħu l-konnettività; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi koordinatur ta' livell għoli għall-politika tal-istandardizzazzjoni f'dan il-kuntest;

21.Jenfasizza l-importanza li tiġi inkorporata perspettiva bbażata fuq il-ġeneri kemm fil-livell multilaterali kif ukoll f'dak bilaterali, inklużi l-kapitli dwar il-ġeneru fil-ftehimiet kummerċjali u t-tfassil ta' miżuri sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mal-ġeneri (eż. l-iżgurar li kemm il-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante kif ukoll dawk ex post jinkludu l-impatt fuq il-ġeneri tal-politika kummerċjali u l-ftehimiet tal-UE), sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni u jiġi promoss tkabbir ekonomiku inklużiv;

L-adattament tal-kompetizzjoni għall-era diġitali

22.Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli dwar il-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet u ssaħħaħ l-azzjoni tal-antitrust, u tqis l-effetti tas-saħħa fis-suq u tan-netwerk assoċjati kemm mad-data personali kif ukoll finanzjarja; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, tiġġudika l-kontroll ta' tali data bħala indikatur tal-eżistenza tas-saħħa fis-suq skont il-gwida tagħha dwar l-Artikolu102 tat-TFUE; jistieden lill-Kummissjoni titgħallem mill-fużjoni bejn Facebook u WhatsApp u tadatta l-kriterji tagħha konsegwentement; jipproponi, għalhekk, li kull fużjoni fis-suq ta' tali data għandha tkun soġġetta għal dikjarazzjoni informali minn qabel;

23.Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-kunċett ta' "abbuż minn pożizzjoni dominanti" u d-duttrina tal-‘faċilitajiet essenzjali’ biex tiżgura li jkunu adatti għall-iskop tagħhom fl-era diġitali; jissuġġerixxi analiżi usa' tas-saħħa fis-suq b'rabta mal-effetti ta' konglomerat u ta' gwardjan biex jiġi miġġieled l-abbuż minn pożizzjoni dominanti ta' operaturi kbar u n-nuqqas ta' interoperabbiltà; jistieden lill-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati sabiex tiġi riflessa l-evoluzzjoni tal-ekonomija diġitali, inkluża n-natura multilaterali tagħha;

24.Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tirrevedi l-livelli minimi għal rieżami dwar il-fużjonijiet sabiex tinkludi fatturi bħall-għadd ta' konsumaturi affettwati u l-valur tat-tranżazzjonijiet relatati bħala parti mill-evalwazzjoni kontinwa tagħha tar-Regolament dwar il-Fużjonijiet(7);

25.Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-livelli ogħla tal-konċentrazzjoni dovuti għal sjieda orizzontali minn kumpaniji kbar tal-ġestjoni tal-assi fl-evalwazzjoni kontinwa tagħha tar-Regolament dwar il-Fużjonijiet u tikkunsidra li tipprovdi linji gwida dwar l-użu tal-Artikolu101 u l-Artikolu102 tat-TFUE f'dan ir-rigward;

26.Jinnota li f'diversi swieq speċifiċi għad-data finanzjarja (pereżempju l-kummerċ tal-ekwitajiet, il-klassifikazzjonijiet u l-parametri referenzjarji), il-konċentrazzjoni oligopolistika tista' twassal għal każijiet ta' abbuż ta' pożizzjonijiet dominanti minn fornituri fil-konfront ta' investituri u konsumaturi tad-data finanzjarja; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni ddeterminata kontra tali abbużi ta' pożizzjonijiet dominanti li jagħmlu ħsara lill-fluwidità tas-swieq finanzjarji u li jmorru kontra l-interessi tal-iżvilupp sostenibbli;

27.Jenfasizza li, filwaqt li għadd ta' negozji ġodda jinħolqu bit-tama li jiġu akkwiżiti minn ditta akbar, l-akkwiżizzjoni tan-negozji ġodda minn atturi dominanti, inklużi l-kumpaniji u l-pjattaformi kbar tat-teknoloġija, tista' toħnoq l-innovazzjoni u thedded is-sovranità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jeżaminaw il-prattiki ta' dawn l-akkwiżizzjonijiet u l-effetti tagħhom fuq il-kompetizzjoni, speċjalment fir-rigward tal-"akkwiżizzjonijiet qattiela", kif definit fir-rapport ta' esperti ta' livell għoli tagħha tal-4ta'April2019 intitolat "Il-Politika tal-kompetizzjoni għall-era diġitali"; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dwar l-inverżjoni tal-oneru tal-prova skont l-Att dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Liġi tal-Kompetizzjoni Ġermaniża ("GWB Digitalisierungsgesetz"), ippubblikat f'Ottubru2019;

28.Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta kif jistgħu jiġu imposti reġimi aktar esiġenti ta' aċċess għad-data, inkluża l-interoperabbiltà tad-data, b'mod partikolari meta l-aċċess għad-data jiftaħ swieq sekondarji għal servizzi komplementari jew meta d-data tkun limitata għad-ditti dominanti;

29.Jenfasizza li xi entitajiet li jibbenefikaw mill-istatus doppju ta' pjattaformi u fornituri, jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom u jimponu termini u kundizzjonijiet inġusti fuq il-kompetituri, irrispettivament jekk ikunux attivi online jew offline; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-kwistjoni tal-awtopreferenzjar u tinforza l-liġijiet neċessarji u tuża l-istrumenti meħtieġa fuq dawk l-entitajiet li jipprattikaw l-awtopreferenzjar; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li timponi obbligi regolatorji ex ante meta l-liġi tal-kompetizzjoni ma tkunx biżżejjed biex tiżgura l-kontestabbiltà f'dawn is-swieq, biex għalhekk tiġi evitata l-esklużjoni tal-kompetituri u jiġi żgurat li l-punti ta' konġestjoni emerġenti ma jiġux ipperpetwati mill-monopolizzazzjoni ta' innovazzjoni futura;

30.Jinnota li l-Kummissjoni qed tirrifletti dwar il-ħtieġa ta' regolamentazzjoni ex ante mmirata dwar kwistjonijiet sistemiċi speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fi swieq diġitali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tintroduċi sistema ċentralizzata ta' monitoraġġ tas-suq ex ante (filwaqt li tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt), sabiex tipprovdi lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u regolatorji nazzjonali u tal-UE l-mezzi meħtieġa biex jiġbru data b'mod anonimu, sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw aħjar il-fallimenti tas-swieq fil-mument dovut, u – fejn ikun xieraq – tintroduċi regolamentazzjoni mmirata meta l-prattiki jsiru sistemiċi;

31.Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tidentifika l-atturi diġitali ewlenin u tistabbilixxi sett ta' indikaturi biex tiddefinixxi n-natura sistemika tagħhom; jenfasizza li jistgħu jitqiesu l-indikaturi li ġejjin: l-abbuż ta' prattiki ta' ċerti netwerks estensivi, il-kontroll ta' volum sinifikanti ta' data mhux replikabbli, sitwazzjoni inevitabbli f'suq multidimensjonali jew il-kapaċità tal-operaturi li jiddefinixxu huma stess ir-regoli tas-suq;

32.Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-akkwiżizzjonijiet minn monopolji barranin ta' operaturi diġitali ta' data, inkluża data dwar is-saħħa, data finanzjarja u data edukattiva, u għar-riskji ta' privatezza involuti, li jmorru lil hinn mill-effetti diġà ta' ħsara tat-tranżazzjonijiet ta' dan it-tip fuq il-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tqis dawk l-aspetti fir-rigward tal-istrateġija futura Ewropea dwar id-data u tinvestiga l-użu trasversali tad-data, fejn id-data li toriġina minn servizz wieħed tintuża biex il-pjattaforma tespandi dak li toffri lejn servizzi ġodda;

33.Jilqa' l-istrateġija Ewropea tad-data tal-Kummissjoni ppreżentata fid-19 ta' Frar 2020, li għandha l-għan li ttejjeb l-użu tad-data għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tan-negozji; jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tilleġiżla dwar l-użu u l-aċċess tad-data; jissottolinja l-importanza li tiġi protetta d-data personali tal-konsumaturi u kif din tiġi kondiviża sabiex jiżdiedu s-sigurtà u l-fiduċja tal-konsumatur; jenfasizza li l-konsumaturi jeħtiġilhom jiġu assigurati li d-data tagħhom tibqa' sikura, u li l-kooperazzjoni kollha dwar is-sikurezza tad-data għaldaqstant teħtieġ li tingħata prijorità; jenfasizza li klawsola dwar il fatt li d-data personali ma tistax tinbiegħ lil partijiet terzi mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data kkonċernat għandha wkoll tifforma element ewlieni tal-istrateġija;

34.Jissottolinja li, filwaqt li l-pjattaformi ta' intermedjazzjoni għandhom rwol ewlieni fl-għoti ta' aċċess għas-servizzi online għall-konsumaturi, xi wħud jabbużaw mill-pożizzjoni privileġġjata tagħhom billi jagħmluha ta' gwardjani, inkluż f'ekosistemi magħluqa u f'postijiet tas-suq online; jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni espliċita lil dawn il-gwardjani fil-politika tal-kompetizzjoni tagħha u tikkonkludi l-investigazzjonijiet li qed tagħmel mill-aktar fis possibbli;

35.Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-libertà tal-għażla għall-konsumaturi, issaħħaħ ir-rwol tan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net) u twettaq studju dwar jekk hemmx ħtieġa għal awtorità tal-konsumaturi fl-UE; jinnota, f'dan il-kuntest, li l-politika tal-kompetizzjoni ma tinvolvix biss li jiġu żgurati prezzijiet ġusti għall-konsumaturi iżda wkoll li tipprovdi kwalità, varjetà u innovazzjoni;

36.Jenfasizza li huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea li jkollha sistema ta' pagamenti pan-Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja inizjattivi li jissodisfaw dan l-objettiv, u tirrikonoxxi li s-suċċess tagħhom jiddependi kemm fuq in-natura innovattiva tas-sistema għall-konsumaturi u għan-negozji kif ukoll fuq il-vijabbiltà tal-mudell ekonomiku tagħha;

L-effikaċja tal-istrumenti tal-politika tal-kompetizzjoni

37.Jenfasizza li l-multi jista' jkollhom impatt fuq ir-reputazzjoni tal-kumpaniji ppenalizzati; jirrimarka, madankollu, li anke meta jiġu imposti multi kbar, ħafna drabi dawn ma jkunux ta' deterrent biżżejjed u jistgħu fl-aħħar mill-aħħar jiġu mgħoddija lill-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu wkoll minn rimedji alternattivi ta' mġiba u, jekk ikun hemm bżonn, rimedji strutturali, sabiex tiżgura bis-sħiħ l-effikaċja tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE; jenfasizza li l-ordni ta' waqfien u ebda tkomplija għandha tkun ħafna aktar preskrittiva fir-rimedji futuri;

38.Ifakkar li l-abbuż tas-setgħa tas-suq jista' jseħħ anke meta l-prodotti jew is-servizzi jiġu fornuti bla ħlas; jemmen li l-għoti ta' data privata lil partijiet terzi għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni jew kummerċjali ta' spiss isir mingħajr il-kunsens xieraq tal-konsumatur, peress li sikwit ma jiġux ipprovduti alternattivi għall-iskambju tad-data; iqis li fl-ekonomija diġitali, il-konċentrazzjoni tad-data f'għadd żgħir ta' kumpaniji twassal għal fallimenti tas-suq, estrazzjoni eċċessiva tar-redditu u mblukkar ta' parteċipanti ġodda;

39.Ifakkar li s-suq tat-tiftix online huwa ta' importanza partikolari fl-iżgurar tal-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq uniku diġitali; jiddispjaċih li magna tat-tiftix partikolari li għandha aktar minn 92% tas-sehem tas-suq fis-suq tat-tiftix online fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri saret gwardjan tal-Internet; jappella sabiex l-input mill-partijiet interessati kollha, li jkopri l-aħħar 9snin tal-istorja tal-antitrust, jintuża biex jiġi vvalutat b'urġenza jekk ir-rimedji proposti humiex verament ta' benefiċċju għall-konsumaturi, għall-utenti tal-internet u għan-negozji online fuq żmien fit-tul; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra proposta mmirata lejn is-separazzjoni tal-magni tat-tiftix mis-servizzi kummerċjali tagħhom – kif enfasizzat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27ta'Novembru2014 dwar is-sostenn tad-drittijiet tal-konsumatur fis-suq uniku diġitali(8) – sabiex jintemm l-istatus quo, li jista' jkun mezz fit-tul potenzjali biex tinkiseb kompetizzjoni ġusta u effettiva fis-suq diġitali Ewropew;

40.Jenfasizza d-dewmien fl-investigazzjonijiet tal-antitrust, bħall-każ ta' Google Shopping, meta mqabbla mal-pass mgħaġġel li bih qed jiżviluppaw is-swieq diġitali; jenfasizza l-effett dannuż li jirriżulta minn din is-sitwazzjoni u r-riskji finanzjarji u strutturali li għalihom jesponu ruħhom xi atturi meta jibdew proċeduri twal u għaljin; jenfasizza li l-proċess dovut irid jiġi rrispettat, iżda jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu minn proċeduri rapidi ta' antitrust u ssib inċentivi ġodda, bħall-programm ta' klemenza, biex il-kumpaniji jsiru aktar kooperattivi fl-identifikazzjoni tal-kartelli fl-UE;

41.Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata ħarsa regolari lejn il-possibbiltà li jintużaw miżuri interim biex titwaqqaf kwalunkwe prattika li tkun ta' ħsara serja għall-kompetizzjoni; jappella lill-Kummissjoni tissimplifika l-kriterji għal dawn il-miżuri, filwaqt li tirrispetta l-istat tad-dritt, sabiex tiġi evitata ħsara irriversibbli; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-Avviż dwar ir-Rimedji(9) billi tqis l-iżviluppi u l-evoluzzjoni tas-settur diġitali f'dawn l-aħħar snin;

42.Jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tindirizza l-imġiba abbużiva minn pjattaformi kbar; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-każijiet fejn kien ċar li r-rimedji offruti ma kinux effettivi biex jirrestawraw il-kompetizzjoni fis-suq, bħalma kien il-każ ta' Google Shopping; jenfasizza li, fin-nuqqas ta' rimedji ta' mġiba li jkunu mmirati, effikaċi u ttestjati minn qabel mal-intrapriża affettwata, jista' jkun hemm il-ħtieġa ta' separazzjoni strutturali sħiħa bejn is-servizzi ta' tiftix ġenerali u dawk speċjalizzati, inkluż ta' tiftix lokali; jissottolinja li, meta mqabbla mar-rimedji strutturali, ir-rimedji ta' mġiba jistgħu joffru soluzzjoni effiċjenti fl-ħin, u jtaffu l-possibbiltà li l-kompetituri jiġu sfurzati 'l barra mis-suq matul diskussjonijiet fit-tul dwar l-iżvestiment;

43.Jindika l-ħtieġa li l-Kummissjoni talloka riżorsi adegwati biex tkun tista' tinforza b'mod effettiv ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE; jinnota l-ħtieġa li jiġi żgurat l-għarfien espert speċifiku, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet dejjem akbar bħall-pożizzjonijiet dominanti tal-pjattaformi online jew l-intelliġenza artifiċjali;

44.Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ gwida dwar l-interpretazzjoni ta' "impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva", kif stipulat fir-Regolament dwar il-Fużjonijiet, sabiex f'każijiet ta' fużjonijiet, il-Kummissjoni mhux biss tanalizza l-prezzijiet, il-produzzjoni u l-innovazzjoni iżda tagħti wkoll attenzjoni għall-prezz soċjali u ambjentali ta' tali tranżazzjonijiet fid-dawl tal-prinċipji tat-TFUE u tagħti attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-ambjent;

45.Jistieden lill-Kummissjoni tindaga dwar dan is-servizz il-ġdid ta' verifika tal-kontijiet li se jkun ipprovdut lill-konsumaturi minn xi wħud mill-akbar kumpaniji tat-teknoloġija tad-dinja fis-snin li ġejjin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonċentra b'mod partikolari fuq id-dħul tagħhom f'dan is-suq finanzjarju diġitali ġdid u l-ammont kbir ħafna ta' data li se jiġbru mill-konsumaturi tagħhom u l-użu potenzjali tagħha;

Regoli tal-kompetizzjoni li jappoġġjaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew

46.Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-objettivi stabbiliti fiha biex tiġi appoġġjata tranżizzjoni kosteffettiva għan-newtralità klimatika sal-2050 u biex jitneħħew gradwalment il-karburanti fossili; jappoġġja l-impenn biex jiġu riveduti l-linji gwida tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat sal-2021 sabiex jiġu riflessi dawn l-objettivi;

47.Jappoġġja r-rieżami tal-Kummissjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-setturi rilevanti kollha, bħat-trasport, inkluż it-trasport bl-ajru u marittimu, f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew billi tapplika l-prinċipju ta' tranżizzjoni ġusta u tirrikonoxxi r-rwol komplementari tal-gvernijiet tal-Istati Membri fl-appoġġ li jagħtu lill-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni u fl-enerġija nadifa filwaqt li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi u li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni teżamina, fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija(10), jekk l-eżenzjonijiet fiskali attwali joħolqux kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni transsettorjali inġusti; jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk l-eżenzjoni fiskali għall-pitrolju tirriżultax f'distorsjoni tal-kompetizzjoni li tibbenefika lis-settur tal-avjazzjoni;

48.Jistieden lill-Kummissjoni, bħala parti mir-reviżjoni li jmiss tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija, biex tipprovdi flessibbiltà akbar għall-għajnuna mogħtija lill-enerġija rinnovabbli ġġenerata miċ-ċittadini, skont l-impenji klimatiċi tal-UE;

49.Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tipprevjeni kwalunkwe effetti sekondarji negattivi potenzjali meta kumpaniji kbar jagħmlu użu minn għajnuna pubblika – mogħtija bil-ħsieb li "jħaddru" l-mudelli tan-negozju tagħhom – għal għanijiet oħrajn bħat-tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti tagħhom f'settur partikolari;

50.Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar gwida u qafas ta' abilitazzjoni biex isiru aktar investimenti fl-effiċjenza enerġetika u fir-rinnovazzjoni tal-bini, kif ukoll fir-repowering, fi proġetti ibridi u fil-ħżin tal-elettriku;

51.Jissottolinja f'dan ir-rigward li sabiex il-Patt Ekoloġiku Ewropew ikun ta' suċċess, jeħtieġ li l-produtturi Ewropej ta' prodotti u servizzi sostenibbli jaraw il-vantaġġi tiegħu u ma jiffaċċjawx kompetizzjoni inġusta minn kumpaniji f'pajjiżi terzi;

52.Jinnota li l-Patt Ekoloġiku Ewropew irid jiżgura konsistenza politika bejn l-agrikoltura, l-azzjoni klimatika, l-ambjent u l-kummerċ;

Politiki settorjali

53.Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu aktar sistematiku minn investigazzjonijiet f'setturi li huma essenzjali għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini, bħas-saħħa, il-mobbiltà, ir-reklamar online, l-enerġija, it-turiżmu, inkluż il-monitoraġġ tal-prezzijiet massimi tal-pjattaformi online għall-akkomodazzjoni, il-kultura, is-servizzi finanzjarji u ta' pagament, u l-midja, fl-era diġitali, filwaqt li jinżammu l-istandards għoljin tal-UE;

54.Jitlob lill-Kummissjoni tieħu nota tal-preżenza ta' monopolji u oligopolji nazzjonali bħala sinjal potenzjali tal-eżistenza ta' dgħufijiet fis-suq uniku jew ostakli għall-kompetizzjoni ġusta;

55.Jitlob lill-Kummissjoni twettaq studju preliminari dwar il-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-midja fl-Ewropa, anke fil-kuntest tal-korporazzjonijiet multinazzjonali li jixtru fornituri tal-midja Ewropej;

56.Itenni li xi drabi t-tassazzjoni tintuża biex tingħata għajnuna indiretta mill-Istat, bir-riżultat li tinħoloq kompetizzjoni inġusta fis-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-linji gwida eżistenti tagħha dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat sabiex tiżgura li l-Istati Membri ma jagħtux għajnuna mill-Istat fil-forma ta' benefiċċju fuq it-taxxa; jiddeplora l-abbuż fl-użu tad-deċiżjonijiet dwar it-taxxa u jilqa' s-sentenzi riċenti tal-Qorti Ġenerali li jikkonfermaw li l-eżami ta' deċiżjoni tat-taxxa mill-perspettiva ta' għajnuna mill-Istat min-naħa tal-Kummissjoni ma jikkostitwixxix armonizzazzjoni fiskali; josserva li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni spiss ikunu kkontestati fil-qorti u għaldaqstant għandhom jkunu ppreparati bir-reqqa; jinsisti li l-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri sabiex il-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni jiġi identifikat aħjar; jappella għall-adozzjoni tal-proposta dwar il-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) u r-rappurtar pubbliku pajjiż b'pajjiż;

57.Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li timmulta lill-pajjiżi li jinstab li jkunu kisru r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

58.Jistieden lill-Kummissjoni teżamina malajr id-diskrepanzi bejn ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-għajnuna għal-likwidazzjoni u r-reġim tar-riżoluzzjoni skont id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-龱żDZܳDzԾ tal-Banek(11) (‘Direttiva BRR’), u tirrevedi l-Komunikazzjoni tagħha tat-30ta'Lulju2013 dwar is-Servizzi Bankarji(12) b'konsegwenza, anke fid-dawl tal-każijiet riċenti, filwaqt li tqis il-ħtieġa li jitħarsu l-kontributuri tat-taxxa;

59.Jistieden lill-Kummissjoni tagħti ħarsa mill-qrib lejn il-każijiet fis-settur bankarju b'rilevanza potenzjali ta' kompetizzjoni f'ċerti Stati Membri fejn il-konsumaturi bħalissa qed jiffaċċjaw rati tal-imgħax għoljin(13) u nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tas-self, potenzjalment minħabba konċentrazzjoni ta' sjieda fis-settur bankarju, li jista' jwassal għal prattiki ta' bejgħ qarrieqa ta' mutwi ipotekarji;

60.Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tevalwa fuq bażi annwali jekk ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-Artikolu107(3)(b) tat-TFUE fis-settur finanzjarju jkunux għadhom qed jiġu ssodisfati;

61.Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tinvestiga bir-reqqa u tipproponi miżuri ulterjuri li jindirizzaw il-kważi-monopolju tal-erba' kumpaniji l-kbar tal-kontabbiltà li jawditjaw l-akbar kumpaniji kkwotati fil-borża, bħas-separazzjoni tas-servizzi tal-awditjar mis-servizzi ta' konsulenza u t-twaqqif ta' "awditu konġunt" obbligatorju li jippermetti lil ditti oħrajn apparti l-erba' l-kbar jiżviluppaw il-kapaċità meħtieġa sabiex jevalwaw lill-ikbar kumpaniji;

62.Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta u trasparenza akbar fil-prattiki kummerċjali tal-pjattaformi offline, inklużi s-supermarkets u l-hypermarkets, sabiex tiżgura li l-produtturi tal-UE jingħataw kundizzjonijiet u prezzijiet ġusti għall-prodotti tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni tkompli l-analiżi fil-fond tagħha dwar id-daqs u l-effett tal-alleanzi tax-xiri, fir-rigward tal-istrateġiji tariffarji kif ukoll nontariffarji, fuq il-funzjonament ekonomiku tal-katina tal-provvista agrikola u alimentari, b'kunsiderazzjoni partikolari tal-effetti fuq il-fornituri u l-bdiewa ta' skala żgħira; jiddispjaċih għall-fatt li l-bejgħ b'telf mhuwiex fuq il-lista tal-prattiki li huma pprojbiti fil-livell tal-UE; jenfasizza li l-istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" u d-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE jridu jirrikonoxxu l-kontribut importanti li jagħtu l-produtturi primarji fil-provvista ta' ikel ta' kwalità għolja u fl-għoti ta' beni pubbliċi lis-soċjetà;

63.Jappella għal applikazzjoni aktar ċara, aktar flessibbli u aktar prevedibbli tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-produtturi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi (POs) sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tivvaluta l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq (OKS)(14) u tiċċara d-dispożizzjonijiet tiegħu, b' mod partikolari fir-rigward tal-eċċezzjonijiet għar-regoli tal-kompetizzjoni mogħtija lil ċerti ftehimiet u prattiki ta' bdiewa f'assoċjazzjoni; iħeġġeġ it-twaqqif ta' aktar POs bħala mod kif il-bdiewa jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom u jinnegozjaw b'mod effettiv dwar il-prezz u jindirizzaw l-iżbilanċi fil-poter fil-katina tal-provvista tal-ikel;

64.Jistieden lill-Kummissjoni teżenta mir-regoli ta' għajnuna mill-Istat id-dispożizzjonijiet fiskali li l-Istati Membri introduċew speċifikament biex jinkoraġġixxu lill-bdiewa jfaddlu volontarjament bħala prekawzjoni bil-ħsieb li jkunu jistgħu jiffaċċjaw aħjar ir-riskji miżjuda marbuta mal-klima u mas-saħħa, kif ukoll mal-kriżijiet ekonomiċi; jilqa' t-tlestija tar-rieżami tar-Regolament De Minimis(15), li se jgħin lill-bdiewa jindirizzaw l-isfidi klimatiċi filwaqt li jipprevjenu distorsjonijiet eventwali tas-suq; jenfasizza l-ħtieġa partikolari ta' linji gwida ċari għas-settur agrikolu minħabba r-rekwiżiti ambjentali u ta' sostenibbiltà; jilqa' b'sodisfazzjon il-verifika kontinwa tal-idoneità tal-pakkett ta' modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-2012 u r-reviżjoni li għaddejja bħalissa tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta' Kategorija Agrikola(16);

65.Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-implimentazzjoni tal-Artikolu209 dwar OKS Unika u tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, speċifikament fir-rigward tal-eċċezzjonijiet għar-regoli tal-kompetizzjoni mogħtija lil ċerti ftehimiet u prattiki ta' bdiewa f'assoċjazzjonijiet, sabiex dawk ikkonċernati jingħataw aktar ċarezza u ċertezza legali meta dan l-artikolu jiġi implimentat, u biex il-Kummissjoni tingħata aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni ta' dan l-artikolu;

66.Jirrikonoxxi r-rwol tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fil-katina, li jservu ta' pjattaforma għad-djalogu, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-aħjar prattiki u t-trasparenza tas-suq;

67.Jitlob li r-rwol tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali jissaħħaħ sabiex jiġu promossi relazzjonijiet aktar bilanċjati fil-katina tal-ikel, u jappoġġja l-estensjoni tal-klawsola dwar il-kondiviżjoni tal-valur sabiex din tkopri lill-operaturi kollha pjuttost milli lill-ewwel xerrej biss, f'konformità mal-abbozz ta' rapport adottat f'April2019 mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Parlament dwar l-organizzazzjoni komuni l-ġdida tas-swieq fil-prodotti agrikoli bħala parti mir-riforma li jmiss tal-politika agrikola komuni (PAK).

68.Jitlob li tiġi prevista, skont l-Artikolu210 tar-Regolament dwar OKS Unika, deroga awtomatika u espliċita mill-Artikolu101 tat-TFUE, soġġetta għall-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità, li tippermetti lill-organizzazzjonijiet agrikoli interprofessjonali jwettqu l-kompiti assenjati lilhom mir-Regolament dwar OKS Unika bil-għan li jkomplu jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu39 tat-TFUE;

69.Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu222 tar-Regolament dwar OKS Unika jiġu attivati b'mod rapidu sabiex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet serji tas-suq;

70.Jilqa' s-suċċess tal-miżuri ta' ġestjoni tal-provvista introdotti għall-ġobon u l-perżut ta' kwalità fuq talba tal-OPs, tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-gruppi ta' operaturi; jappella għall-estensjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar OKS Unika li jawtorizzaw l-introduzzjoni ta' regoli ta' kontroll tal-provvista biex ikopru l-prodotti kollha li jibbenefikaw minn denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) jew minn indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), sabiex jintlaħaq bilanċ aħjar bejn il-provvista u d-domanda;

71.Jitlob lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi djalogu mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar il-funzjonament tal-katina agrikola u tal-provvista tal-ikel u tadatta l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE skont l-aktar żviluppi riċenti fl-ambjent kummerċjali;

72.Jilqa' l-adozzjoni tad-Direttiva (UE)2019/633 tas-17ta'April2019 dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina agrikola u tal-provvista tal-ikel(17), li tirrappreżenta l-ewwel pass importanti biex tiġi żgurata l-korrettezza bejn l-operaturi u jiġi indirizzat l-iżbilanċ tas-setgħa ta' negozjar fil-katina tal-provvista tal-ikel; iħeġġeġ lill-Istati Membri jittrasponu d-direttiva mingħajr dewmien u jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib il-progress tat-traspożizzjoni u tippromwovi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jelenkaw aktar prattiki inġusti bħala projbiti u jistabbilixxu standards ogħla;

73.Ifakkar li seħħ ristrutturar orizzontali u vertikali sinifikanti li wassal għal aktar konsolidazzjoni fis-setturi diġà kkonċentrati taż-żerriegħa, l-agrokimika, il-fertilizzanti, il-ġenetika tal-annimali u s-setturi tal-makkinarju tal-farms, kif ukoll fl-ipproċessar u fil-bejgħ bl-imnut; jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tivvaluta fużjonijiet f'dawn is-setturi, tikkunsidra impatti li jmorru lil hinn mill-prezzijiet tal-konsumatur; jenfasizza li l-interessi tal-bdiewa, taċ-ċittadini u tal-ambjent tal-UE jridu jiġu protetti, billi jiġi vvalutat b'mod komprensiv u olistiku l-impatt, fil-livell tal-farms, ta' fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet fost il-fornituri ta' prodotti agrikoli, inklużi l-produtturi ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

74.Iqis li huwa essenzjali li l-Kummissjoni tkompli l-monitoraġġ bir-reqqa tas-suq tal-UE għall-pestiċidi, iż-żrieragħ u l-karatteristiċi tal-pjanti, kif ukoll timmonitorja l-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq is-settur agrikolu;

75.Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma permanenti ta' informazzjoni fil-livell tal-UE dwar l-għodod ta' ġestjoni tar-riskju biex tgħin lill-bdiewa jiffaċċjaw l-inċertezza klimatika, il-volatilità tas-suq u riskji oħrajn fejn il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jiskambjaw l-aħjar prattiki, kif stipulat fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja ta' Novembru2017;

76.Jirrimarka li d-disparitajiet kbar fil-pagamenti diretti jxekklu inizjattivi sostenibbli tal-bdiewa favur il-klima u l-ambjent u jgħawġu l-kompetizzjoni fl-UE; ifakkar fl-impenn li ħa l-Kunsill Ewropew fis-7 u t-8ta'Frar2013 biex jarmonizza l-pagamenti fl-UE kollha sal-2020;

77.Jiġbed l-attenzjoni għall-ammont dejjem akbar ta' protesti tal-bdiewa u jinnota li fost it-tħassib tagħhom hemm l-impatt kumulattiv tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs) fuq is-settur agroalimentari tal-UE; jistaqsi jekk l-FTAs iqegħdux lill-produtturi agroalimentari tal-UE fi żvantaġġ kompetittiv meta wieħed iqis id-differenzi fl-istandards soċjali, ambjentali, tas-saħħa, tax-xogħol u tal-benessri tal-annimali f'pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tippreżenta mill-aktar fis possibbli l-aħħar rapport tagħha dwar l-impatt kumulattiv tal-ftehimiet kummerċjali kurrenti u futuri, u jappella għall-applikazzjoni tal-prinċipji tar-reċiproċità u l-konformità għall-prodotti agrikoli u għall-protezzjoni ta' setturi vulnerabbli fin-negozjati kummerċjali futuri u kurrenti, filwaqt li tiżgura t-twettiq tal-ispezzjonijiet kollha meħtieġa;

78.Jilqa' l-proposta għal regolament dwar il-programm tas-suq uniku, u, b'mod aktar speċifiku, l-azzjonijiet tal-katina tal-ikel appoġġjati fih, bħal miżuri veterinarji u fitosanitarji, biex jiġu indirizzati l-kriżijiet tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Parlament jikkonkludu malajr in-negozjati u jadottaw ir-regolament;

79.Jissottolinja l-importanza ta' konklużjonijiet f'waqthom għaż-żewġ proposti tal-Kummissjoni għal regolamenti ta' tranżizzjoni sabiex jiġu evitati dewmien u kumplikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal instabbiltà fis-suq;

80.Iqis li huwa essenzjali li jinżammu fi ħdan id-DĠAGRI l-kompetenzi kollha relatati mal-applikazzjoni tal-Artikoli209 u 210 tar-Regolament dwar OKS Unika u mal-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp ta' setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u ta' żoni rurali, biex b'hekk jiġi żgurat l-għarfien espert meħtieġ għall-koordinament tal-kwistjonijiet f'dan l-ambitu, li huwa neċessarju meta titqies in-natura speċifika ta' dawn is-setturi u huwa konsistenti għall-aħħar mal-objettivi u l-appoġġ previsti fil-PAK;

81.Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħti attenzjoni partikolari lill-provvista tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SGEI) meta tapplika r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, speċjalment fil-kuntest ta' reġjuni u gżejjer iżolati, remoti jew periferiċi fl-Unjoni; jinnota ċerti diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli tal-pakkett Almunia għal ċerti SGEI, bħas-settur tal-posta, li l-missjonijiet ta' servizz pubbliku tagħhom jistgħu, skont il-liġi tal-UE, jiġu definiti u organizzati fil-livell nazzjonali;

82.Ifakkar fil-ħtieġa ta' pjan direzzjonali għal għajnuna mill-Istat immirata aħjar, speċjalment għall-għoti ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali inklużi l-enerġija, it-trasport jew it-telekomunikazzjoni;

83.Itenni t-talba tiegħu biex ir-reġjuni tal-faħam jiġu identifikati bħala żoni megħjuna sabiex ir-regoli dwar l-għajnuna tal-UE jkunu jistgħu jiġu adattati biex jippermettu l-adozzjoni ta' miżuri li jittrattaw il-bidliet strutturali meħtieġa, sakemm jittieħdu impenji ċari mill-kumpaniji li joperaw f'dawn ir-reġjuni biex jieħdu azzjoni konkreta lejn in-newtralità tal-karbonju u l-objettivi tal-klima tal-UE; ifakkar li dawk l-attivitajiet li tradizzjonalment huma parti mir-responsabbiltà soċjali korporattiva m'għandhomx ikunu soġġetti għal trattament privileġġat tal-għajnuna mill-Istat;

84.Jilqa' l-fatt li, fir-reviżjoni mmirata tagħha tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER)(18), il-Kummissjoni inkludiet l-estensjoni ta' din l-iskema għall-proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (imsejħa wkoll Interreg);

85.Jinsab imħasseb dwar it-trattament asimmetriku tal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-UE skont jekk ikunux appoġġjati fuq in-naħa tal-UE minn riżorsi tal-politika ta' koeżjoni jew fondi jew programmi tal-UE oħrajn bħal Orizzont2020/Orizzont Ewropa jew EFSI2.0/InvestEU, kif propost mill-Kummissjoni fir-reviżjoni tagħha tal-GBER; jemmen li għandhom jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-proġetti li huma ta' natura simili, iżda differenti fis-sorsi ta' finanzjament tagħhom, peress li dan jiffavorixxi ċerti skemi ta' finanzjament filwaqt li jeskludi oħrajn;

Kunsiderazzjoni aħjar taċ-ċittadini permezz tal-Parlament

86.Jappella, mingħajr bidla fit-Trattat, għall-użu regolari tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja fil-politika tal-kompetizzjoni, b'analoġija mal-proċedura għad-Direttiva dwar l-Azzjonijiet Antitrust għad-Danni(19) u d-Direttiva NEK+;

87.Jitlob lill-Kummissjoni tinforma b'mod regolari lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni, kif ukoll fuq il-kontroll tal-investimenti barranin diretti; jistieden lill-Kummissjoni żżomm standards għoljin ta' trasparenza;

88.Jenfasizza x-xewqa tiegħu li jkollu rwol akbar fid-definizzjoni u l-iżvilupp tal-qafas ġenerali għall-politika tal-kompetizzjoni; jinnota li l-Parlament għandu jkun aktar involut bħala osservatur fl-attività tal-gruppi ta' ħidma u tal-gruppi ta' esperti, bħan-Netwerk Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni (ICN), biex ikollu għarfien aħjar dwar il-kwistjoni u jżomm ruħu aġġornat dwar l-iżviluppi sabiex ikun aktar ippreparat għar-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur; jistieden lill-Kummissjoni biex, b'mod partikolari, tinvolvi lill-Parlament meta tfassal strumenti legali mhux vinkolanti, bħal avviżi u linji gwida;

89.Jistieden lill-Kummissjoni torganizza fora multisettorjali u interistituzzjonali li jinvolvu lill-industrija, lir-regolaturi nazzjonali inklużi l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, lill-gruppi tal-konsumaturi u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn biex tiddekompartimentalizza l-politika tal-kompetizzjoni;

90.Jenfasizza li l-formola attwali tal-ilmenti għal każijiet ta' għajnuna mill-Istat titlob ħafna dettalji speċifiċi dwar meta ngħatat l-għajnuna mill-Istat, li ċ-ċittadini ordinarji ma jistgħux ikunu jafu; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tissimplifika l-formola tal-ilmenti sabiex tagħti l-possibbiltà liċ-ċittadini ordinarji jibagħtu lmenti;

91.Jinnota b'dispjaċir in-nuqqas ta' informazzjoni pprovduta matul l-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ilmenti ppreżentati; jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-ilmentatur konferma li tkun irċeviet l-ilment kif ukoll notifika hekk kif tiftaħ l-investigazzjoni, inkluż iż-żmien kemm tkun mistennija li ddum l-investigazzjoni;

92.Ifakkar l-importanza tal-koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva NEK+; ifakkar li fl-anness tad-Direttiva NEK+ il-Kummissjoni identifikat il-"miżuri interim" bħala "għodda ewlenija għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni biex jiġi żgurat li l-kompetizzjoni ma tiġix ippreġudikata waqt li tkun għaddejja investigazzjoni"; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi evalwat jekk hemmx mezzi biex tiġi ssimplifikata l-adozzjoni ta' miżuri interim fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni fi żmien sentejn mid-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jindirizzaw b'mod aktar effettiv l-iżviluppi fis-swieq li qegħdin jevolvu b'pass mgħaġġel;

93.Jirrimarka li l-indipendenza politika tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni hija tal-akbar importanza sabiex jiġu żgurati l-imparzjalità u l-kredibbiltà tal-politika tal-kompetizzjoni; jirrikonoxxi li l-prevenzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni tirrikjedi skrutinju pubbliku tal-isforzi tal-lobbying fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE; itenni, għalhekk, l-appell tiegħu għal Reġistru tat-Trasparenza tal-UE msaħħaħ; jinsisti li jkun hemm skambju aktar regolari mal-Kummissjoni, f'konformità mal-ftehim interistituzzjonali mal-Parlament; jitlob li l-Viċi President Eżekuttiv għall-kompetizzjoni jibqa' f'kuntatt mill-qrib mal-kumitat ECON u mal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Kompetizzjoni tiegħu, li huwa lok xieraq fejn jiġi stabbilit djalogu aktar regolari;

94.Ifakkar l-impenn li ngħata mill-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali matul is-seduta ta' konferma tagħha fit-8ta'Ottubru2019 biex iżżomm il-portafolji tagħha dwar il-politika diġitali u l-kompetizzjoni strettament separati;

Risposti tal-politika tal-kompetizzjoni għall-COVID-19

95.Jilqa' r-reazzjoni pronta tal-Kummissjoni, li adottat Qafas Temporanju għall-appoġġ f'Għajnuna mill-Istat, iż-żewġ emendi għalih u l-kundizzjonijiet li dan jipprovdi biex jgħin lill-kumpaniji milquta mill-kriżi; jappoġġja lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-flessibilità sħiħa prevista mill-Qafas Temporanju ta' Għajnuna mill-Istat matul il-kriżi tal-COVID 19;

96.Jappoġġa l-applikazzjoni tal-Qafas Temporanju ta' Għajnuna mill-Istat għal kemm ikun hemm bżonn matul il-perjodu ta' rkupru; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa fi żmien xieraq jekk dan il-Qafas Temporanju għandux jiġi estiż lil hinn minn tmiem l-2020, jekk ikun meħtieġ;

97.Jilqa' l-kundizzjonijiet stabbiliti mit-tieni emenda tal-Qafas Temporanju dwar ir-rikapitalizzazzjoni ta' għajnuna lil kumpaniji speċjalment fir-rigward tal-projbizzjoni fuq ħlasijiet ta' dividendi, xiri lura ta' ishma u distribuzzjonijiet ta' bonusijiet, għall-banek u kumpaniji oħra, kif ukoll is-salvagwardji kontra azzjonijiet predatorji fuq ditti oħra tal-UE kontra ditti li rċevew għajnuna mill-Istat;

98.Jilqa' l-fatt li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-banek fil-Qafas Temporanju ta' Għajnuna mill-Istat tiżgura l-finanzjament tal-ekonomija u tgħin biex tiggarantixxi l-istabbiltà finanzjarja filwaqt li topera fi ħdan il-qafas leġiżlattiv b'saħħtu eżistenti pprovdut mid-Direttiva BRR u mir-regoli ta' riżoluzzjoni;

99.Jenfasizza r-riskju tad-distorsjonijiet tas-suq u tal-ħolqien ta' kundizzjonijiet mhux ekwi minħabba żieda fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Istati Membri; jinnota l-Istrument ta' Appoġġ għas-Solvenza li huwa parti mill-Pjan ta' Rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss, biex jiġu indirizzati r-riskji li dawn id-diverġenzi joħolqu għall-integrità tas-suq uniku;

100.Jilqa' b'sodisfazzjon il-mezzi finanzjarji straordinarji u l-għajnuna mill-Istat mogħtija biex tappoġġa lin-negozji u lill-ħaddiema fil-ġlieda kontra l-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi standards minimi komuni sabiex tispeċifika r-rekwiżit għall-kumpaniji li jirċievu assistenza finanzjarja li jkunu konformi mal-kriterji ESG u t-trasparenza tat-tassazzjoni, sabiex jiġi evitat li jkun hemm kriterji nazzjonali differenti li jwasslu għal aktar diskrepanzi u biex jintwera kif l-appoġġ pubbliku riċevut jintuża biex l-attivitajiet tagħhom jiġu allinjati mal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-UE u mal-Ftehim ta' Pariġi; ifakkar li l-għajnuna għandha tingħata biss biex tkopri t-telf imġarrab minħabba l-COVID 19; jenfasizza li l-għajnuna mill-Istat għandha tingħata biss lill-kumpaniji li qed jiffaċċjaw l-effetti immedjati tal-COVID 19 u mhux lil dawk li diġà kellhom problemi finanzjarji qabel il-kriżi; jinsisti li l-kumpaniji rreġistrati f'rifuġji fiskali jenħtieġ li jiġu pprojbiti milli jkollhom aċċess għall-Għajnuna mill-Istat jew għal pakketti ta' appoġġ finanzjarju jekk ma jimpenjawx ruħhom li jbiddlu l-imġiba tagħhom;

101.Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Temporanju għall-valutazzjoni ta' kwistjonijiet ta' antitrust relatati mal-kooperazzjoni kummerċjali b'reazzjoni għat-tifqigħa attwali tal-COVID 19; jissottolinja li l-Kummissjoni ħarġet l-ewwel ittra ta' konfort tagħha mill-2003; jenfasizza li din il-kriżi enfasizzat il-ħtieġa ta' tweġibiet rapidi u effettivi f'ambjent b'ritmu mgħaġġel u jissottolinja l-benefiċċji ta' antitrust parteċipattiv u li tingħata ċertezza legali lill-kumpaniji meta jidħlu f'kooperazzjoni kummerċjali f'setturi strateġiċi ewlenin;

102.Fir-rigward tal-impatt tal-pandemija, jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika ta' setturi Ewropej ewlenin, li tingħata spinta lill-irkupru ekonomiku tagħna permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ aktar dinamiku meta tirrevedi l-Komunikazzjoni tal-1997 dwar id-definizzjoni tas-suq, u tagħmel il-kriterji tal-innovazzjoni element ewlieni tal-analiżi tas-suq rilevanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll Ewropew tal-fużjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, bħala parti mir-rieżami tagħha, il-possibbiltà li tadotta approċċ aktar favorevoli għall-ftehimiet ta' kooperazzjoni u ta' riċerka u ta' żvilupp;

103.Jenfasizza li l-pandemija għamlet lill-kumpaniji vulnerabbli għal offerti barranin; jinnota li l-kriżi tal-COVID-19 uriet li hemm nuqqasijiet fil-ktajjen tal-provvista tal-UE u nuqqas ta' sovranità strateġika tal-UE f'oqsma bħall-prodotti mediċinali jew l-ikel u l-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-kumpaniji u l-assi kritiċi tal-UE minn akkwiżizzjonijiet ostili xprunati minn atturi dominanti kbar;

104.Jissottolinja li hija kwistjoni tal-ogħla prijorità li jiġu intensifikati l-isforzi tal-UE biex tiġġieled bil-qawwa l-kompetizzjoni inġusta u l-imġiba ostili minn entitajiet statali barranin (SOEs) jew kumpaniji marbuta mal-gvern (GLCs) lejn kumpaniji Ewropej vulnerabbli li qed jitħabtu biex jissopravvivu l-kriżi ekonomika tal-pandemija COVID 19, peress li din l-imġiba għandha l-għan li tieħu kontroll tat-teknoloġiji, tal-infrastruttura u tal-għarfien espert ewlenin Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tipproponi immedjatament projbizzjoni temporanja fuq l-akkwiżizzjonijiet ta’ kumpaniji Ewropej minn SOEs jew GLCs minn pajjiżi terzi;

105.Jilqa' l-inizjattivi mill-pjattaformi tal-midja soċjali biex jiġġieldu l-aħbarijiet foloz u jxerrdu l-informazzjoni uffiċjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-COVID 19 permezz tal-pjattaformi tagħhom; madankollu, iwissi kontra dawn il-pjattaformi, li diġà kellhom setgħa sinifikanti fis-suq qabel il-kriżi; jappoġġja s-sejħa tal-Kummissjoni li jsir studju dwar il-pjattaformi li għandhom effetti ta' network sinifikanti u li jaġixxu bħala gwardjani, li għandu jitwettaq bħala parti mill-proposta li ġejja dwar qafas ta' regolament ex-ante, sakemm dan ma jwassalx għal aktar dewmien; jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi lill-pjattaformi milli juru reklami mmirati lejn l-individwi u żżid it-trasparenza għall-utenti; japprova l-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp ta' apps li jittraċċaw il-kuntatti murija minn atturi sinifikanti mhux Ewropej fis-suq tas-sistema operattiva tal-ismartphones; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ġbir ta' data ma jsaħħaħx aktar is-setgħa fis-suq ta' xi ftit parteċipanti dominanti;

106.Jenfasizza li l-kriżi tal-COVID 19 tippreżenta riskju eżistenzjali għal għadd bla preċedent ta' negozji madwar l-UE kollha u kkawżat żieda kbira fir-rati tal-qgħad; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-kunċett tal-eċċezzjoni tal-impriża fi stat ta' falliment li qed jiġi applikat fil-preżent huwiex adatt għall-iskop tal-kriżi attwali; jemmen bis-sħiħ li l-politika tal-kompetizzjoni u l-politika industrijali jistgħu flimkien jgħinu biex tinbena s-sovranità Ewropea b'mod sostenibbli; jilqa' l-Istrateġija tal-Politika Industrijali tal-Kummissjoni;

107.Jirrikonoxxi l-ħidma effiċjenti u effettiva mwettqa mill-Kummissjoni matul il-kriżi tal-COVID 19; jenfasizza li, minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, ammont sinifikanti ta' riżorsi umani kellu jiġi allokat mill-ġdid biex tiġi mmonitorjata l-għajnuna mill-Istat; jitlob aktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tar-riżorsi ta' persunal tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni kif ukoll dwar l-evoluzzjoni tagħhom matul dan il-mandat;

108.Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinforma aħjar lill-Parlament dwar il-ħidma li għaddejja tiegħu, b'mod partikolari r-reviżjoni tad-definizzjoni tas-suq rilevanti u r-reviżjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament evalwazzjoni dettaljata li tippreżenta t-tqassim tal-ammont globali ta' għajnuna mill-Istat awtorizzata fil-Qafas Temporanju tal-Għajnuna mill-Istat skont l-Istat Membru, is-settur u t-tip tal-għajnuna awtorizzata (għotjiet, garanziji, eċċ.) kif ukoll kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali applikata mill-Istati Membri; jemmen li evalwazzjoni wiesgħa u dettaljata tipprovdi lill-Membri tal-Parlament Ewropew ħarsa ġenerali tal-miżuri ekonomiċi li ttieħdu fil-livell nazzjonali kif ukoll dettalji speċifiċi dwar it-tip ta' għajnuna, it-tip ta' benefiċjarji u l-metodu ta' approvazzjoni, jekk huwa l-każ; jenfasizza li t-tabella ta' valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, li tinkludi diversi tabelli u grafiki dwar l-għajnuna mill-Istat u l-impatt tagħha fuq is-suq intern, għandha tiġi aġġornata f'waqtha;

109.Jistieden lill-Kummissjoni biex, wara l-kriżi, tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill komunikazzjoni dwar l-effetti tal-pandemija COVID 19 fuq il-kompetizzjoni tas-suq u fuq l-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni, l-integrità tas-suq uniku u l-futur tal-politika tal-kompetizzjoni;

110.Jistieden lill-Kummissjoni tagħmilha obbligatorja li l-banek li jirċievu għajnuna mill-Istat jibqgħu joffru s-servizzi bankarji kollha li jagħtu lill-konsumatur u tiżgura li l-banek ma jitħallewx jużaw il-kriżi tal-COVID-19 bħala skuża biex inaqqsu dawn is-servizzi b'mod permanenti;

o
oo

111.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.

(1) Testi adottati, P8_TA(2019)0062.
(2) ĠU C 247, 23.7.2019, p. 1.
(3) ĠUL11, 14.1.2019, p.3.
(4) ĠUL186, 11.7.2019, p.57.
(5) ĠUC372, 9.12.1997, p.5.
(6) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/International_trade_in_goods_by_enterprise_size
(7) ĠUL24, 29.1.2004, p.1.
(8) ĠUC289, 9.8.2016, p.65.
(9) ĠUC267,22.10.2008, p.1.
(10) ĠUL283, 31.10.2003, p.51.
(11) ĠUL173, 12.6.2014, p.190.
(12) ĠUC216, 30.7.2013, p.1.
(13) https://data.worldbank.org/indicator/FR.INR.LNDP?locations=RO&most_recent_value_desc=false
(14) ĠUL347, 20.12.2013, p.671.
(15) ĠUL352, 24.12.2013, p.1.
(16) ĠUC213, 8.9.2009, p.9.
(17) ĠUL111, 25.4.2019, p.59.
(18) ĠUL187, 26.6.2014, p.1.
(19) ĠUL349, 5.12.2014, p.1.


It-twaqqif ta' sottokumitat għal kwistjonijiet fiskali
PDF117kWORD41k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif ta' sottokumitat għal kwistjonijiet fiskali ()
P9_TA(2020)0159B9-0187/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15ta'Jannar2014 dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti(1),

–wara li kkunsidra l-Artikoli206 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.Jiddeċiedi li jwaqqaf sottokumitat tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji;

2.Jiddeċiedi li dak is-sottokumitat għandu jkun responsabbli għal kwistjonijiet fiskali u b'mod partikolari għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni fiskali u l-evitar fiskali, kif ukoll it-trasparenza finanzjarja għal finijiet fiskali;

3.Jiddeċiedi li, fil-PartiVI tal-AnnessVI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, jiżdied dan il-paragrafu:" "Il-Kumitat jiġi assistit minn sottokumitat għal kwistjonijiet fiskali, għal kwistjonijiet fiskali u b'mod partikolari għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni fiskali u l-evitar fiskali, kif ukoll it-trasparenza finanzjarja għal finijiet fiskali;"

4.Jiddeċiedi li s-sottokumitat għandu jkun magħmul minn 30Membru;

5.Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti tat-30ta'Ġunju2019 u tad-9ta'Jannar2020 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tas-sottokumitat, li l-bureaux tal-kumitati jista' jkollhom sa erba' viċi presidenti;

6.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

(1) ĠUC482, 23.12.2016, p.160.


It-twaqqif ta' Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer, is-setgħat, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu
PDF142kWORD49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali għall-ġlieda kontra l-kanċer ()
P9_TA(2020)0160B9-0188/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11ta'Diċembru2019 dwar "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" (),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15ta'Jannar2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew(1),

–wara li kkunsidra l-finanzjament tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2021-2027 (Orizzont Ewropa),

–wara li kkunsidra l-missjoni ddedikata ta' Orizzont Ewropa dwar il-kanċer;

–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24ta'Ġunju2009 dwar Azzjoni Kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea" (),

–wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill2003/878/KE tat-2ta'Diċembru2003 dwar l-iskrining għall-kanċer(2),

–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22ta'Mejju2008 dwar it-tnaqqis tal-piż tal-kanċer,

–wara li kkunsidra r-rapport ta' Mejju2017 dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskrining tal-kanċer,

–wara li kkunsidra l-linji gwida Ewropej dwar l-iskrining għall-kanċer tas-sider, il-kanċer taċ-ċerviċi u l-kanċer tal-musrana,

–wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10ta'April2008 dwar il-ġlieda kontra l-kanċer fl-Unjoni Ewropea mkabbra(3),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6ta'Mejju2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Azzjoni Kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea(4),

–wara li kkunsidra l-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer (ir-raba' edizzjoni),

–wara li kkunsidra l-attività u l-konklużjonijiet tal-grupp ta' interess tal-partijiet kollha Membri tal-Parlament Ewropew Kontra l-Kanċer,

–wara li kkunsidra l-Artikolu207 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi l-kooperazzjoni Ewropea fil-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament, ir-riċerka u f'oqsma oħra għandha vantaġġi ċari fil-ġlieda kontra l-kanċer;

B.billi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi numru ta' bażijiet ġuridiċi għall-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa, inklużi l-Artikolu114, skont liema għandu jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni fir-rigward tas-saħħa, is-sigurtà, il-ħarsien tal-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur fis-suq intern, filwaqt li jitqies b'mod partikolari kwalunkwe żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi, l-Artikolu168, skont liema għandu jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni, u l-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infermità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta' periklu għas-saħħa umana, l-Artikolu181, li jirrikjedi lill-UE u lill-Istati Membri jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku sabiex jiżguraw li kull politika nazzjonali u dik tal-Unjoni jkunu koerenti ma' xulxin u jappoġġjaw inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, u l-iskambju tal-aħjar prattika, u l-Artikolu191, skont liema l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa;

C.billi l-kanċer huwa t-tieni l-akbar kawża ta' mewt fl-Istati Membri wara l-mard kardjovaskulari; billi fl-2015, 1,3miljun persuna mietu bil-kanċer fl-UE-28, li jfisser aktar minn kwart (25,4%) tan-numru totali ta' mwiet; billi l-kanċer jaffettwa lin-nies b'mod differenti skont l-età, is-sess, l-istatus soċjoekonomiku, il-ġenetika u fatturi oħra; billi l-bidliet demografiċi se jżidu l-inċidenza tal-kanċer fis-snin li ġejjin;

D.billi l-kanċer ma jaffettwax biss lill-pazjent individwali, iżda wkoll lill-għeżież tal-pazjent, lill-familji, lill-ħbieb, lill-komunitajiet u lil dawk li jieħdu ħsiebu; billi l-isfidi, il-bżonnijiet psikosoċjali u t-talbiet ta' dawn il-gruppi, b'mod partikolari l-impatt fuq is-saħħa mentali, jirrikjedu attenzjoni wkoll;

E.billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tidentifika numru ta' fatturi ta' riskju ewlenin li jistgħu jiġu evitati, jiġifieri t-tabakk, in-nuqqas ta' attività fiżika, dieta li mhijiex tajba għas-saħħa u obeżità, konsum ta' alkoħol, HPV u epatiteB u C u infezzjonijiet ta' Helicobacter pylori (H. pylori), tniġġis ambjentali, inkluż esponiment għal sustanzi kimiċi u tniġġis tal-arja, aġenti karċinoġeni okkupazzjonali u radjazzjoni; billi, skont id-WHO, bejn 30% u 50% tal-każijiet kollha ta' kanċer jistgħu jiġu evitati; billi l-prevenzjoni toffri l-aktar strateġija fit-tul kosteffettiva għall-kontroll tal-kanċer; billi l-prevenzjoni ta' kanċers relatati ma' virus tista' tiddependi mit-tilqim; billi għandhom isiru programmi ta' prevenzjoni tal-kanċer fil-kuntest ta' programm integrat ta' prevenzjoni ta' mard kroniku minħabba li l-biċċa l-kbira tal-fatturi determinanti individwali huma fatturi ta' riskju komuni għal mard kroniku ieħor; billi l-ġlieda kontra t-tniġġis ambjentali se tkun parti minn ambizzjoni ta' tniġġis żero kif proposta fl-aġenda politika tal-Kummissjoni;

F.billi ntweriet predispożizzjoni ġenetika għal kanċer minħabba mutazzjonijiet ta' ġeni speċifiċi; billi s-sejbien ta' dawn il-mutazzjonijiet huwa disponibbli u l-iskrining personalizzat joffri mod effiċjenti kif jitnaqqas ir-riskju ta' ċerti kanċers;

G.billi l-programmi ta' skrining għall-kanċer jistgħu, jekk jiġu implimentati sew, joffru benefiċċji kbar u jagħmlu l-parti tagħhom fil-kuntest usa' tal-kontroll tal-kanċer;

H.billi l-Istati Membri qed isibu diffikultajiet fil-prevenzjoni u t-trattament tal-kanċer peress li l-impatt ekonomiku tal-kanċer huwa sinifikanti u qed jiżdied;

I.billi r-riċerka ffinanzjata minn fondi pubbliċi tirrappreżenta sors ewlieni ta' progress xjentifiku; billi industrija soda fil-livell dinji fis-settur tax-xjenzi tal-ħajja hija importanti wkoll sabiex jiġu żgurati riċerka u żvilupp privati, li huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-kanċer iżda huwa kruċjali li dawk li jfasslu l-politika jistabbilixxu l-qafas it-tajjeb sabiex l-innovazzjoni tkun ta' benefiċċju għall-pazjenti kollha u tipproteġi lill-popolazzjoni inġenerali; billi s-settur pubbliku u privat għandhom jikkollaboraw dwar dan;

J.billi l-kanċer jibqa' waħda mill-isfidi ewlenin li se jkollhom quddiemhom iċ-ċittadini Ewropej fil-futur peress li huwa mbassar li aktar minn 100miljun Ewropew se jkollhom dijanjożi ta' kanċer matul il-25sena li ġejjin; billi huwa tal-akbar importanza kemm għal dawk li jfasslu l-politika nazzjonali kif ukoll għal dawk li jfasslu dik Ewropea li jaġixxu sabiex jiġi implimentat kontroll tal-kanċer aktar qawwi u jikkontribwixxu għall-benesseri tal-Ewropej kollha;

K.billi jeżistu disparitajiet konsiderevoli bejn u fost l-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kanċer, il-faċilitajiet ta' trattament ta' skrining, l-implimentazzjoni ta' linji gwidi dwar l-aħjar prattika bbażati fuq l-evidenza, u r-riabilitazzjoni;

L.billi l-prezzijiet tal-mediċini jistgħu jkunu inaċċessibbli għal xi individwi u għal sistemi tal-kura tas-saħħa, bil-mediċini tal-kanċer ħafna drabi jkunu partikolarment għaljin; billi skont studju, bejn l-2010 u l-2020, in-nefqa totali fuq il-kanċer hija stmata li żdiedet b'26%, filwaqt li n-nefqa fuq il-mediċini tal-kanċer se tkun żdiedet b'50%(5);

1.Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali għall-ġlieda kontra l-kanċer, li jkollu r-responsabbiltajiet li ġejjin:

(a) jeżamina l-azzjonijiet li jsaħħu l-approċċ f'kull stadju ewlieni tal-marda: il-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament, il-ħajja bħala superstiti u l-kura palljattiva, billi tiġi żgurata rabta mill-qrib mal-missjoni ta' riċerka dwar il-kanċer fil-programm futur ta' Orizzont Ewropa u b'attenzjoni fuq il-kompetenza tal-UE;
(b) jisma' l-provi u d-data attwali disponibbli u jirreaġixxi billi jidentifika politiki u prijoritajiet li jwieġbu l-bżonnijiet tal-pazjenti;
(c) jevalwa l-possibbiltajiet li fihom, f'konformità mat-TFUE, l-UE tista' tieħu passi konkreti biex tiġġieled il-kanċer u f'liema każijiet huma possibbli biss rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri u l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-attenzjoni fuq l-azzjonijiet konkreti;
(d) jevalwa l-għarfien xjentifiku dwar l-aħjar prevenzjoni possibbli tal-kanċer u jidentifika azzjonijiet speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni stretta tal-leġiżlazzjoni attwali u l-identifikazzjoni ta' miżuri futuri fl-oqsma tal-kontroll tat-tabakk, miżuri biex titnaqqas l-obeżità u jitjiebu l-għażliet nutrizzjonali, miżuri biex jitnaqqas il-konsum tal-alkoħol, miżuri biex jiżdiedu t-tilqim u t-trattament tal-infezzjonijiet, miżuri biex jitnaqqas l-esponiment għal sustanzi kimiċi, inklużi l-impatti kumulattivi, it-tniġġis tal-arja kif imsemmi fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-esponiment għall-aġenti karċinoġeni fil-post tax-xogħol, u miżuri għall-protezzjoni kontra r-radjazzjoni; jevalwa, fejn possibbli, l-effetti kwantifikabbli ta' dawn il-miżuri;
(e) janalizza u jivvaluta l-individwazzjoni bikrija tal-kanċer fil-forma ta' programmi ta' skrinjar sabiex jiġi żgurat li r-reviżjonijiet futuri tar-rakkomandazzjoni jiġu inkorporati b'mod rapidu u effiċjenti;
(f) jevalwa l-aħjar mod possibbli kif tiġi appoġġjata r-riċerka sabiex jissaħħu l-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u l-innovazzjoni, speċjalment bl-għan li titwettaq il-missjoni l-ġdida dwar il-kanċer f'Orizzont Ewropa; jikkonċentra fuq oqsma li fihom l-Istati Membri waħedhom ma jistgħux jiksbu biżżejjed riżultati, pereżempju rigward il-kanċer fit-tfal jew kanċers rari;
(g) jeżamina, b'mod partikolari, il-modi kif jistgħu jiġu appoġġjati provi kliniċi mingħajr skop ta' lukru sabiex jittejjeb it-trattament f'oqsma li l-industrija farmaċewtika mhijiex qed tinvestiga minħabba r-rendiment limitat tagħhom;
(h) jivvaluta l-qafas attwali tal-leġiżlazzjoni fil-materja farmaċewtika u jevalwa hemmx bżonn bidliet sabiex jiġu inċentivati aħjar l-innovazzjoni reali u l-t-trattamenti innovattivi għall-pazjenti, b'mod partikolari biex jiġu evalwati l-possibbiltajiet biex jittejjeb it-trattament tal-kanċer fit-tfal u sabiex fl-UE jiġu armonizzati l-evalwazzjoni xjentifika tal-effikaċja, il-valur miżjud u l-proporzjon kostijiet-benefiċċji ta' kull mediċina għall-kanċer inkluż tilqim kontra l-HPV u l-applikazzjonijiet tas-saħħa elettronika;
(i) jevalwa l-possibbiltà ta' azzjonijiet, anki fil-livell leġiżlattiv, sabiex jiġi ggarantit l-iżvilupp ta' standards komuni biex titjieb l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa inklużi reġistri ta' kanċer u l-istrutturi neċessarji tas-saħħa elettronika sabiex jiġu indirizzati d-diversi problemi tat-terapiji speċjalizzati, inkluż li jiġi evitat vjaġġar bla bżonn għall-pazjenti;
(j) jevalwa l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali u, jekk hemm bżonn, jipproponi titjib biex il-pazjenti jkunu jistgħu jaraw lil dawk l-ispeċjalisti li huma l-aktar adattati għat-trattament tagħhom mingħajr ma jiġi impost piż bla bżonn;
(k) janalizza u jivvaluta l-funzjonament tan-Networks ta' Referenza Ewropej, inkluż ir-rwol tagħhom fil-ġbir u l-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-prevenzjoni u l-kontroll ta' kanċers rari;
(l) jevalwa l-possibbiltà ta' azzjoni tal-UE biex tiffaċilita t-trasparenza tal-prezzijiet tat-trattament sabiex tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tal-mediċini għall-kanċer kif ukoll id-disponibbiltà tagħhom, biex jiġu evitati skarsezzi ta' mediċini, u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn u fost l-Istati Membri;
(m) jevalwa l-possibbiltà, f'konformità mat-TFUE, li jitjiebu d-drittijiet tal-pazjenti, inklużi d-drittijiet tagħhom fuq id-data personali tagħhom (id-dritt li tintesa), u d-dritt ta' nondiskriminazzjoni – sabiex ikomplu bl-impjieg tagħhom u jerġgħu lura għax-xogħol – għal aċċess għal trattamenti tal-fertilità u tar-riproduzzjoni, għal monitoraġġ matul il-ħajja u għal kura palljattiva ottimali, u biex tiġi evitata kull diskriminazzjoni psikoloġika jew finanzjarja minħabba predispożizzjoni ġenetika għall-kanċers;
(n) jevalwa l-possibbiltà li tittejjeb l-kwalità tal-ħajja għall-pazjenti u l-familji tagħhom;
(o) jevalwa l-possibbiltajiet li tiġi appoġġjata r-riċerka fil-kura palljattiva u li jiġi xprunat skambju aktar intensiv tal-aħjar prattiki fiċ-ċentri għall-kura palljattiva u t-trattamenti palljattivi;
(p) jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet li jqis meħtieġa fir-rigward tal-politika tal-Unjoni għall-ġlieda kontra l-kanċer, sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem ibbażat fuq l-approċċ orjentat lejn il-pazjent; jagħmel żjarat u jorganizza seduti ta' smigħ għal dan l-għan mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u mal-aġenziji rilevanti, u ma' istituzzjonijiet internazzjonali u nazzjonali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u industriji rilevanti, filwaqt li titqies il-perspettiva ta' firxa ta' partijiet ikkonċernati inklużi l-operaturi tal-qasam, il-pazjenti u l-għeżież tagħhom; jirrakkomanda kif għandhom jiġu mobilizzati fondi speċifiċi tal-UE sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet;

2.Jenfasizza li kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-kumitat speċjali għandha tiġi ppreżentata u, jekk ikun meħtieġ, tingħata segwitu, mill-kumitat permanenti kompetenti tal-Parlament;

3.Jiddeċiedi li s-setgħat, il-persunal u r-riżorsi għad-dispożizzjoni tal-kumitat permanenti tal-Parlament responsabbli għal kwistjonijiet dwar l-adozzjoni, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata mal-qasam ta' responsabbiltà tal-kumitat speċjali mhux se jiġu affettwati jew irduppjati u għalhekk jibqgħu l-istess;

4.Jiddeċiedi li, kull meta l-ħidma tal-kumitat speċjali tkun tinkludi s-smigħ ta' provi ta' natura kunfidenzjali, xhieda li tinvolvi data personali jew skambji ta' fehmiet jew seduti ta' smigħ ma' awtoritajiet u korpi dwar informazzjoni kunfidenzjali, inklużi studji xjentifiċi jew partijiet minnhom mogħtija status ta' kunfidenzjalità skont l-Artikolu63 tar-Regolament (KE) Nru1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), il-laqgħat għandhom isiru bil-magħluq; jiddeċiedi, barra minn hekk, li x-xhieda u l-esperti għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu dikjarazzjoni jew jixhdu bil-magħluq;

5.Jiddeċiedi li l-lista tal-persuni mistiedna għal-laqgħat pubbliċi, il-lista ta' dawk li jattendu dawk il-laqgħat u l-minuti tagħhom għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

6.Jiddeċiedi li d-dokumenti kunfidenzjali li jirċievi l-kumitat speċjali għandhom jiġu vvalutati f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu221 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, jiddeċiedi wkoll li tali informazzjoni għandha tintuża biss sabiex jitfassal ir-rapport finali tal-kumitat speċjali;

7.Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali se jkun magħmul minn 33membru;

8.Jiddeċiedi li t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali se jkun ta' tnax-ilxahar, ħlief meta l-Parlament jestendi dak il-perjodu qabel l-iskadenza tiegħu, u dak il-mandat għandu jibda jiddekorri mid-data tal-laqgħa kostituttiva tiegħu.

(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0005.
(2) ĠU L327, 16.12.2003, p.34.
(3) ĠU C247E, 15.10.2009, p.11.
(4) ĠU C81E, 15.3.2011, p.95.
(5) Prasad, V., Jesús, de K., Mailankody, S., "The high price of anti cancer drugs: origins, implications, barriers, solutions." (Il-prezz għoli tal-mediċini kontra l-kanċer: oriġini, implikazzjonijiet, ostakli, soluzzjonijiet), Nature Reviews Clinical Oncology , vol.14 (2017), p.381-390.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21ta'Ottubru2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L309, 24.11.2009, p.1).


It-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu
PDF131kWORD45k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali dwar l-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni ()
P9_TA(2020)0161B9-0190/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli7, 8, 11, 12, 39, 40, 47 u 52 tagħha,

–wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u b'mod partikolari l-Artikoli8, 9, 10, 11, 13, 16 u 17 tagħha, u l-Protokoll għal dik il-Konvenzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu3 tagħha,

–wara li kkunsidra l-Artikolu207 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi l-eżitu tal-kumitat speċjali stabbilit b'din id-deċiżjoni għandu jipprovdi approċċ komuni, olistiku u fit-tul biex jindirizza l-evidenza ta' interferenza barranija fl-istituzzjonijiet u l-proċessi demokratiċi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, mhux biss bi tħejjija għall-elezzjonijiet ewlenin kollha nazzjonali u Ewropej iżda b'mod sostnut madwar l-UE, f'għadd kbir ta' forom, inklużi kampanji ta' diżinformazzjoni dwar il-media tradizzjonali u soċjali biex isawru l-opinjoni pubblika, l-attakki ċibernetiċi li jimmiraw lejn l-infrastruttura kritika, l-appoġġ finanzjarju dirett u indirett kif ukoll il-koerċizzjoni ekonomika tal-atturi politiċi u s-subverżjoni mis-soċjetà ċivili;

B.billi l-inċidenti kollha rrapportati ta' interferenza barranija fil-proċessi u l-istituzzjonijiet demokratiċi jirrappreżentaw mudell sistematiku li kien rikorrenti matul dawn l-aħħar snin;

C.billi tentattivi min-naħa ta' atturi statali minn pajjiżi terzi u minn atturi mhux statali biex jinterferixxu fil-funzjonament tad-demokrazija fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, kif ukoll biex jagħmlu pressjoni fuq il-valuri minquxa fl-Artikolu2 tat-TUE permezz ta' ndħil malizzjuż, huma parti minn tendenza usa' esperjenzata mid-demokraziji madwar id-dinja;

D.billi l-interferenza barranija tintuża flimkien ma' pressjoni ekonomika u militari biex tkun ta' ħsara għall-unità Ewropea;

1.Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali dwar l-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni, li jkollu r-responsabbiltajiet li ġejjin:

(a) li jwettaq analiżi bir-reqqa tal-investigazzjonijiet li turi li nkisru jew li ġew evitati regoli elettorali kruċjali, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar it-trasparenza tal-finanzjament tal-kampanji, b'allegazzjonijiet ta' nfiq politiku minn diversi forom legali u illegali ta' veikoli u donaturi tat-tiben minn sorsi ta' pajjiżi terzi;
(b) li jidentifika oqsma possibbli li jkunu jirrikjedu azzjonijiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi li jistgħu jirriżultaw f'intervent mill-pjattaformi tal-media soċjali bil-għan li jiġi tikkettat il-kontenut kondiviż mill-bots, jiġu rieżaminati l-algoritmi sabiex kemm jista' jkun isiru trasparenti fil-fatturi li jwassluhom biex juru, jipprijoritizzaw, jikkondividu, ineħħu l-grad u l-kontenut, u jagħlqu l-kontijiet ta' persuni involuti f'imġiba mhux awtentika kkoordinata online jew f'attivitajiet illegali li għandhom l-għan li jfixklu b'mod sistematiku l-proċessi demokratiċi jew li jħeġġu d-diskors ta' mibegħda, mingħajr ma jikkompromettu l-libertà ta' espressjoni;
(c) li jikkontribwixxi għad-dibattitu li għaddej dwar kif tista' tittejjeb ir-responsabbiltà għall-ġlieda kontra l-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni, mhux esklussivament mill-awtoritajiet pubbliċi iżda anke f'kooperazzjoni ma' kumpaniji tat-teknoloġija u tal-media soċjali u s-settur privat inġenerali sabiex titqajjem kuxjenza dwar ir-rwol, id-dmir u r-responsabbiltà li dawn għandhom fil-ġlieda kontra l-interferenza barranija filwaqt li ma jfixklux il-libertà ta' espressjoni;
(d) li jivvaluta azzjonijiet nazzjonali li jistgħu jipprovdu restrizzjonijiet stretti fuq is-sorsi ta' finanzjament politiku, peress li atturi barranin ikunu sabu modi legali u illegali biex jevitaw il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u jkunu offrew appoġġ moħbi lill-alleati tagħhom billi jkunu ħadu self mingħand banek barranin, ipprovdew oġġetti ta' valur in natura, permezz ta' ftehimiet ta' xiri u ta' kummerċ, kumpaniji fittizji, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, ċittadini donaturi tat-tiben, teknoloġiji emerġenti li joffru l-anonimità, reklami online, outlets tal-mezzi tax-xandir online, u permezz tal-faċilitazzjoni ta' attivitajiet finanzjarji; li jidentifika oqsma possibbli li jkunu jirrikjedu azzjonijiet rigward il-finanzjament ta' partiti politiċi u kampanji politiċi;
(e) li jissuġġerixxi azzjoni koordinata fil-livell tal-UE biex jiġi indirizzat it-theddid ibridu, inklużi attakki ċibernetiċi fuq miri militari u mhux militari, operazzjonijiet ta' hacking u tixrid immirati lejn il-leġiżlaturi, l-uffiċjali pubbliċi, il-ġurnalisti, il-partiti politiċi u l-kandidati, kif ukoll l-ispjunaġġ ċibernetiku għall-fini ta' serq tal-proprjetà intellettwali korporattiva u s-serq ta' data sensittiva dwar iċ-ċittadini, peress li dan it-theddid la jista' jiġi indirizzat unikament mill-awtoritajiet nazzjonali li jkunu qed jaħdmu waħedhom u lanqas purament mill-awtoregolamentazzjoni tas-settur privat, iżda jirrikjedi approċċ ikkoordinat b'ħafna livelli u bil-parteċipazzjoni ta' ħafna partijiet ikkonċernati; li jivvaluta l-aspett tas-sigurtà ta' dan it-theddid, li jista' jkollu implikazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali serji għaċ-ċittadini Ewropej;
(f) li jinvestiga dwar id-dipendenza tal-UE fuq it-teknoloġiji barranin fil-ktajjen tal-provvista tal-infrastruttura kritika, inkluża l-infrastruttura tal-internet, inter alia, hardware, software, applikazzjonijiet u servizzi, kif ukoll dwar l-azzjonijiet meħtieġa biex jissaħħu l-kapaċitajiet għall-ġlieda kontra l-komunikazzjoni strateġika ta' partijiet terzi ostili u biex jiġu skambjati l-informazzjoni u l-aħjar prattiki f'dan il-qasam; li jappoġġa u jħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-iskambju ta' informazzjoni, għarfien u prattiki tajba sabiex jiġi miġġieled it-theddid u jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kurrenti;
(g) li jidentifika, jivvaluta u jipproponi modi biex jindirizzaw il-ksur tas-sigurtà fl-istituzzjonijiet tal-UE;
(h) li jiġġieled kontra kampanji ta' informazzjoni u komunikazzjoni strateġika ta' pajjiżi terzi malizzjużi, inklużi dawk permezz ta' atturi u organizzazzjonijiet domestiċi Ewropej, li jagħmlu ħsara lill-għanijiet tal-Unjoni Ewropea u li jinħolqu biex jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika Ewropea sabiex ikun aktar diffiċli li tinkiseb pożizzjoni komuni tal-UE, inkluż dwar kwistjonijiet tal-PESK u tal-PSDK;
(i) li jistieden lis-servizzi u lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri tagħha kif jista' jqis rilevanti u effettiv sabiex jissodisfa l-mandat tiegħu;

2.Jisħaq fuq il-fatt li r-rakkomandazzjoni tal-kumitat speċjali għandha titqies mill-kumitati permanenti kompetenti f'xogħolhom;

3.Jiddeċiedi li s-setgħat, il-persunal u r-riżorsi disponibbli tal-kumitat permanenti tal-Parlament b'responsabbiltà għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-adozzjoni, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata mal-qasam ta' responsabbiltà tal-kumitat speċjali mhux se jiġu affettwati jew duplikati, u għalhekk jibqgħu l-istess;

4.Jiddeċiedi li kull meta l-ħidma tal-kumitat speċjali tkun tinkludi s-smigħ ta' evidenza ta' natura kunfidenzjali, xhieda li tinvolvi data personali, jew skambji ta' fehmiet jew seduti ta' smigħ ma' awtoritajiet u korpi dwar informazzjoni kunfidenzjali, inklużi studji xjentifiċi jew partijiet minnhom mogħtija status ta' kunfidenzjalità skont l-Artikolu63 tar-Regolament (KE) Nru1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1), il-laqgħat għandhom isiru bil-magħluq; jiddeċiedi, barra minn hekk, li x-xhieda u l-esperti għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu dikjarazzjoni jew jixhdu bil-magħluq;

5.Jiddeċiedi li l-lista tal-persuni mistiedna għal-laqgħat pubbliċi, il-lista ta' dawk li jattendu dawk il-laqgħat u l-minuti tagħhom għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

6.Jiddeċiedi li dokumenti kunfidenzjali li l-kumitat speċjali jirċievi għandhom jiġu vvalutati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu221 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; jiddeċiedi, barra minn hekk, li tali informazzjoni għandha tintuża esklussivament għall-finijiet tat-tfassil tar-rapport finali tal-kumitat speċjali;

7.Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali se jkun magħmul minn 33Membru;

8.Jiddeċiedi li l-mandat tal-kumitat speċjali se jkun ta' 12-ilxahar u li l-mandat tiegħu għandu jibda mid-data tal-laqgħa kostituttiva tiegħu;

9.Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali jista' jippreżenta rapport ta' nofs it-terminu lill-Parlament, u li għandu jippreżenta rapport finali li jkun fih sejbiet fattwali u rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-kumitati permanenti skont l-AnnessVI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

(1) Ir-Regolament (KE) Nru1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21ta'Ottubru2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L309, 24.11.2009, p.1).


It-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-intelliġenza artifiċjali f'era diġitali, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu
PDF127kWORD43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali dwar l-intelliġenza artifiċjali f'era diġitali ()
P9_TA(2020)0162B9-0189/2020

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–wara li kkunsidra l-Artikolu207 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi l-Unjoni Ewropea għandha kompetenzi ċari fil-qasam tal-aġenda diġitali u l-intelliġenza artifiċjali skont l-Artikoli4, 13, 16, 26, 173, 179, 180, 181, 182, 186 u 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.billi l-eżitu tal-kumitat speċjali b'dan stabbilit għandu jkun approċċ olistiku li jipprovdi pożizzjoni komuni u fit-tul li tenfasizza l-valuri u l-objettivi ewlenin tal-UE relatati mal-intelliġenza artifiċjali fl-era diġitali;

C.billi huwa importanti li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni diġitali tkun iċċentrata fuq il-bniedem u konsistenti mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

D.billi l-użu tal-intelliġenza artifiċjali jinvolvi sfidi sinifikanti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, bħal, iżda mhux biss, il-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għall-privatezza, kif ukoll żviluppi teknoloġiċi sinifikanti u l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi;

E.billi t-tranżizzjoni diġitali se jkollha impatt fuq kull aspett tal-ekonomija u tas-soċjetà;

F.billi d-diġitalizzazzjoni se tittrasforma l-industrija u s-swieq tagħna u, għalhekk, il-leġiżlazzjoni eżistenti għandha tiġi adattata;

G.billi huwa importanti li l-Unjoni Ewropea titkellem b'vuċi waħda, biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq uniku li tirriżulta mid-differenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

1.Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali dwar l-intelliġenza artifiċjali f'era diġitali, li jkollu r-responsabbiltajiet li ġejjin, definiti b'mod strett:

(a) li janalizza l-impatt futur tal-intelliġenza artifiċjali fl-era diġitali fuq l-ekonomija tal-UE, b'mod partikolari fuq il-ħiliet, l-impjiegi, it-teknoloġija finanzjarja, l-edukazzjoni, is-saħħa, it-trasport, it-turiżmu, l-agrikoltura, l-ambjent, id-difiża, l-industrija, l-enerġija u l-gvern elettroniku;
(b) li jkompli jinvestiga l-isfida tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali u l-kontribut tagħha għall-valur tan-negozju u t-tkabbir ekonomiku;
(c) li janalizza l-approċċ ta' pajjiżi terzi u l-kontribut tagħhom biex jikkomplementaw l-azzjonijiet tal-UE;
(d) li jissottometti lill-kumitati permanenti responsabbli tal-Parlament evalwazzjoni li tiddefinixxi objettivi komuni tal-UE fuq perjodu ta' żmien medju u twil u jinkludi l-passi ewlenin meħtieġa biex jintlaħqu, billi juża bħala punt ta' tluq il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin, ippubblikati fid-19ta'Frar2020:
Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (),
Strateġija Ewropea għad-data (),
White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja (),
Rapport dwar l-implikazzjonijiet tas-sigurtà u tar-responsabbiltà tal-Intelliġenza Artifiċjali, tal-Internet tal-Oġġetti u tar-robotika (),

inkluż pjan direzzjonali dwar "Ewropa adattata għall-era diġitali", li għandu jipprovdi lill-UE bi pjan strateġiku li jiddefinixxi l-objettivi komuni tagħha fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul u l-passi ewlenin meħtieġa biex jintlaħqu;

2.Jenfasizza li kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-kumitat speċjali għandha tiġi ppreżentata u, jekk ikun meħtieġ, tingħata segwitu, minn kumitati permanenti kompetenti tal-Parlament;

3.Jiddeċiedi li s-setgħat, il-persunal u r-riżorsi disponibbli tal-kumitat permanenti tal-Parlament b'responsabbiltà għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-adozzjoni, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata mal-qasam ta' responsabbiltà tal-kumitat speċjali mhux se jiġu affettwati jew duplikati, u għalhekk se jibqgħu l-istess;

4.Jiddeċiedi li kull meta l-ħidma tal-kumitat speċjali tkun tinkludi s-smigħ ta' evidenza ta' natura kunfidenzjali, xhieda li tinvolvi data personali, jew skambji ta' fehmiet jew seduti ta' smigħ ma' awtoritajiet u korpi dwar informazzjoni kunfidenzjali, inklużi studji xjentifiċi jew partijiet minnhom mogħtija status ta' kunfidenzjalità skont l-Artikolu63 tar-Regolament (KE) Nru1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1), il-laqgħat għandhom isiru bil-magħluq; jiddeċiedi, barra minn hekk, li x-xhieda u l-esperti għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu dikjarazzjoni jew jixhdu bil-magħluq;

5.Jiddeċiedi li l-lista tal-persuni mistiedna għal-laqgħat pubbliċi, il-lista ta' dawk li jattendu dawk il-laqgħat u l-minuti tagħhom għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

6.Jiddeċiedi li d-dokumenti kunfidenzjali li l-kumitat speċjali jkun irċieva għandhom jiġu vvalutati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu221 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; jiddeċiedi wkoll li tali informazzjoni għandha tintuża esklussivament għall-finijiet tat-tfassil tar-rapport finali tal-kumitat speċjali;

7.Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali se jkun magħmul minn 33Membru;

8.Jiddeċiedi li l-mandat tal-kumitat speċjali se jkun ta' 12-ilxahar u li l-mandat tiegħu għandu jibda mid-data tal-laqgħa kostituttiva tiegħu;

9.Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali jista' jippreżenta rapport ta' nofs it-terminu lill-Parlament, u li għandu jippreżenta rapport finali li jkun fih sejbiet fattwali u rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-kumitati permanenti skont l-AnnessVI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

(1) Ir-Regolament (KE) Nru1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21ta'Ottubru2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L309, 24.11.2009, p.1).

Avviż legali-Politika tal-privatezza