Il-Finanzjament tan-Networks Trans-Ewropej
In-Networks Trans-Ewropej (TENs) huma ffinanzjati b’mod konġunt mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri. L-appoġġ finanzjarju mill-UE jservi ta’ katalizzatur, u l-Istati Membri jipprovdu l-maġġorparti tal-finanzjament. Il-finanzjament tat-TENs jista’ jiġi kkomplementat permezz ta’ assistenza mill-Fondi Strutturali, għajnuna mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jew permezz ta’ kontribuzzjonijiet mis-settur privat. Fl-2013, b’tiġdid fl-2021, ġiet introdotta riforma kbira fit-TENs bl-istabbiliment tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE).
Il-bażi legali
It-TitoluXVI tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-Artikolu171 tiegħu jistipula li tista’ tingħata għajnuna tal-UE għal proġetti ta’ interess komuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-linji gwida.
tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.
L-objettivi
L-objettivi ġenerali tal-FNE jinkludu l-bini, l-iżvilupp, l-immodernizzar u t-tlestija tan-networks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali (3.5.1) u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, b’kont meħud tal-impenji ta’ dekarbonizzazzjoni fit-tul u tal-għanijiet għaż-żieda fil-kompetittività Ewropea. F’konformità mal-objettiv tal-Unjoni li l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati, il-FNE tikkontribwixxi 60% tal-baġit tagħha għall-objettivi klimatiċi permezz tal-azzjonijiet tagħha.
Il-kisbiet
A. Id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-finanzjament tal-proġetti
B’mod ġenerali, il-finanzjament tal-UE serva ta’ katalizzatur għall-proġetti. L-Istati Membri jeħtiġilhom jipprovdu l-parti l-kbira tal-finanzjament, ħlief fil-każ tal-għajnuna mill-Fond ta’ Koeżjoni, fejn l-UE tradizzjonalment ikkontribwiet b’mod aktar sostanzjali.
L-ewwel prinċipji li jirregolaw il-finanzjament ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru2236/95 tat-18ta’Settembru1995, li elenka regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-networks trans-Ewropej.
1. L-għajnuna tal-UE għall-proġetti ħadet forma waħda, jew aktar, minn dawn li ġejjin:
- il-kofinanzjament ta’ studji relatati ma’ proġetti u miżuri oħra ta’ assistenza teknika (sa 50%);
- il-kontribuzzjonijiet għal tariffi rigward garanziji ta’ self mill-Fond Ewropew tal-Investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra;
- is-sussidji tal-interessi għal self mogħti mill-BEI jew minn korpi finanzjarji pubbliċi jew privati oħrajn;
- varjetà ta’ tipi oħrajn ta’ strumenti finanzjarji minbarra għotjiet: ekwità u dejn; garanziji għal self u kapital ta’ riskju, u faċilitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet u kondiviżjoni tar-riskju;
- għotjiet diretti għal investimenti f’każijiet debitament iġġustifikati;
- kompetizzjoni bejn offerenti kwalifikati u permezz ta’ għażla bbażata kemm fuq kunsiderazzjonijiet ta’ kostijiet kif ukoll ta’ kwalità.
2. Il-kriterji tal-proġett li ġejjin ġew stabbiliti progressivament:
- L-għajnuna tal-UE għan-networks tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija ma jridux jikkawżaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn in-negozji fis-settur ikkonċernat.
- Il-proġetti jridu jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tan-networks stabbiliti fil-linji gwida rispettivi għan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) (ir-Regolament (UE) Nru1315/2013) u n-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E) (ir-Regolament (UE) 2022/869);
- Il-proġetti jridu jkunu ekonomikament vijabbli.
- Il-maturità tal-proġett u l-effett ta’ stimolu tal-intervent tal-UE.
- L-effetti diretti jew indiretti fuq il-klima, l-ambjent u l-impjiegi, inkluż b’mod progressiv l-analiżi dejjem aktar kompluta tal-kostbenefiċċji, l-analiżi tal-impatt ambjentali, il-verifika tar-reżiljenza klimatika tal-proġetti, eċċ.;
- Il-koordinazzjoni tal-iskedar taż-żmien tal-partijiet differenti tal-proġett, pereżempju fil-każ ta’ proġetti transfruntiera.
- Il-proġetti ffinanzjati għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-UE u mal-politiki tal-UE, b’mod partikolari rigward il-ħarsien tal-ambjent, il-kompetizzjoni u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Regolamenti suċċessivi li jistabbilixxu r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-UE introduċew sensiela ta’ elementi ġodda. Il-qafas finanzjarju għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020 alloka EUR 29.4 biljun għat-TENs, li EUR 24 biljun minnhom marru għat-trasport (TEN-T) u madwar EUR 5.4 biljun għall-enerġija (TEN-E).
Wara l-proposta tal-Kummissjoni fl-2020 biex jiġi rivedut dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, ikkontribwixxa biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030, l-objettiv tagħha ta’ newtralità klimatika sal-2050. Dan jgħin ukoll biex jiġu żgurati l-interkonnessjonijiet, is-sigurtà tal-enerġija, l-integrazzjoni tas-suq u tas-sistema u l-kompetizzjoni li tkun ta’ benefiċċju għall-Istati Membri kollha, kif ukoll l-affordabbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija. Fil-parti l-kbira tagħhom, il-linji gwida jtemmu l-appoġġ tal-UE għal proġetti ġodda tal-gass naturali u taż-żejt u jintroduċu kriterji obbligatorji ta’ sostenibbiltà għall-proġetti kollha ta’ interess komuni (PCIs).
Fl-14ta’Diċembru2021, il-Kummissjoni ppubblikat biex tallinjahom mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-miri klimatiċi tal-Liġi tal-UE dwar il-Klima. Ir-regolament propost ifittex li jikkoordina l-kurituri Ewropej tat-trasport u l-prijoritajiet orizzontali. Għandu l-għan ukoll li jiżgura li jsir progress f’kull kuritur u prijorità orizzontali u li dan iseħħ b’mod koerenti. Għalhekk, il-Kummissjoni se tkun meħtieġa tikkonsulta mal-Koordinaturi Ewropej għall-kurituri tan-network ewlieni meta teżamina l-applikazzjonijiet għall-finanzjament tal-Unjoni taħt il-FNE għal kull kuritur tat-trasport jew kull prijorità orizzontali Ewropea fi ħdan il-mandat tal-Koordinatur Ewropew. Il-Koordinaturi Ewropej għandhom jivverifikaw jekk il-proġetti proposti mill-Istati Membri għall-kofinanzjament tal-FNE humiex konsistenti mal-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma tal-kurituri.
Fis-27 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ppreżentat biex tirrifletti l-kuntest ġeopolitiku modifikat, inkluża estensjoni ta’ erba’ Kurituri tat-Trasport Ewropej lejn l-Ukrajna u l-Moldova. Il-mandat tal-Parlament għan-negozjati mal-Kunsill ġie adottat f’April 2023. Wara negozjati mal-Kunsill, il-Parlament, fit-22 ta’ April 2024, adotta r-Regolament rivedut dwar it-TEN-T. Huwa mistenni li jidħol fis-seħħ fis-sajf tal-2024.
B’reazzjoni għall-instabbiltà u t-tfixkil fis-suq globali tal-enerġija kkawżati mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, f’Mejju 2022 il-Kummissjoni ppreżentat il-Pjan REPowerEU bl-għan doppju li tindirizza l-kriżi klimatika u ttemm id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, li qed jintużaw bħala arma ekonomika u politika. Il-miżuri proposti jiffukaw fuq l-iffrankar tal-enerġija, id-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija (inkluża l-importazzjoni tal-gass naturali likwifikat) u l-introduzzjoni aċċellerata tal-enerġija rinnovabbli (inkluż l-idroġenu ekoloġiku). Il-pjan kien fih xi investimenti addizzjonali fl-infrastruttura tal-gass, stmati għal madwar EUR 10 biljun, biex jikkomplementaw il-lista eżistenti tal-PCIs. Barra minn hekk, introduzzjoni aktar rapida tal-PCIs tal-elettriku tqieset essenzjali għall-adattament tal-grilja tal-elettriku għall-ħtiġijiet futuri u se tiġi appoġġjata permezz tal-FNE.
B. Il-possibilitajiet ta’ finanzjament addizzjonali
1. Il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni tal-UE
Fil-perjodu bejn l-2014 u l-2020, aktar minn EUR 6 biljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u EUR 25.95 biljun mill-Fond ta’ Koeżjoni saru disponibbli fi ħdan l-Objettiv Tematiku 7 “Il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-titjib tal-infrastrutturi tan-network” biex jipprovdu kofinanzjament mill-UE għall-appoġġ ta’ Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta’ investiment fit-TEN-T. Barra minn hekk, ġew stabbiliti riżorsi u strumenti addizzjonali mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (aktar tard imsejjaħ InvestEU), Orizzont 2020 (issa Orizzont Ewropa), u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jitrawmu opportunitajiet ta’ investiment fit-TEN-T.
2. L-għajnuna tal-Bank Ewropew tal-Investiment
Peress li s-self mill-BEI jingħata abbażi ta’ kriterji bankarji, li jinkludu l-fattibbiltà finanzjarja (kapaċità ta’ ħlas lura), teknika u ambjentali tal-proġett, ma tiġi applikata l-ebda restrizzjoni territorjali.
C. Il-qafas finanzjarju 2021-2027
Fl-2018, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE. Din ġiet segwita minn proposti leġiżlattivi għal 37programm settorjali. Minbarra l-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni tal-UE, il-fondi Orizzont Ewropa u InvestEU jipprovdu finanzjament komplementari għat-TEN, inklużi r-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tal-enerġija nadifa, it-trasport u t-teknoloġiji diġitali. B’reazzjoni għall-kriżi bla preċedent ikkawżata mill-COVID-19, fis-27ta’Mejju2020, il-Kummissjoni pproponiet l-istrument temporanju ta’ rkupru , b’baġit ta’ EUR 750 biljun, kif ukoll rinforzi mmirati għall-baġit tal-UE għall-2021-2027. Finalment, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE laħqu ftehim politiku f’Lulju2020, u l-Parlament u l-Kunsill approvawh f’Novembru2020.
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
Minn Diċembru2013 daħlet fis-seħħ politika tal-infrastruttura tat-TEN ġdida fl-UE, b’baġit ta’ aktar minn EUR 30.4biljun għall-perjodu sal-2020 (UE-27), u ta’ aktar minn EUR 33.7biljun għall-perjodu 2021-2027: (FNE).
A. L-objettivi ġenerali
Il-FNE għandha l-għan li:
- tibni, tiżviluppa, timmodernizza u tlesti n-networks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u ta’ dak diġitali u li tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, b’kont meħud tal-impenji ta’ dekarbonizzazzjoni fit-tul u tal-għanijiet għaż-żieda fil-kompetittività Ewropea;
- tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;
- tippromwovi l-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika;
- u li ssaħħaħ l-aċċess għas-suq intern u l-integrazzjoni tiegħu, b’enfasi fuq l-iffaċilitar tas-sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u ta’ dak diġitali.
1. Fis-settur tat-trasport, l-appoġġ se jkun limitat għal proġetti ta’ interess komuni mmirati lejn:
- it-trawwim ta’ networks effiċjenti, interkonnessi u multimodali u infrastruttura għal mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura, f’konformità mal-linji gwida tat-TEN-T (Ir-Regolament (UE) Nru1315/2013);
- l-adattament ta’ partijiet tan-network tat-TEN-T għall-użu doppju tal-infrastruttura tat-trasport bil-għan li jittejbu kemm il-mobilità ċivili kif ukoll dik militari.
2. Fis-settur tal-enerġija, l-appoġġ se jkollu l-għan li:
- jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ulterjuri ta’ suq intern tal-enerġija effiċjenti u kompetittiv, l-interoperabbiltà tan-networks bejn il-fruntieri u s-setturi, jiffaċilita d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, jippromwovi l-effiċjenza enerġetika u jiżgura s-sigurtà tal-provvista;
- jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija, inkluż l-enerġija rinnovabbli.
3. Fis-settur diġitali, il-FNE se tappoġġja:
- il-varar ta’ networks diġitali sikuri u siguri b’kapaċità għolja ħafna, inkluż ta’ sistemi 5G u l-aċċess għalihom, u ż-żieda fir-reżiljenza u fil-kapaċità tan-networks ċentrali diġitali fit-territorji tal-Unjoni billi jgħaqqadhom ma’ territorji fil-madwar, kif ukoll għad-diġitalizzazzjoni tan-networks tat-trasport u tal-enerġija.
B. Il-Baġit għall-FNE 2021-2027
Fil-qafas tal-baġit tal-UE għall-2021-2027, fl-2018 il-Kummissjoni bil-għan ġenerali li jiġi appoġġjat l-investiment fin-networks Ewropej tal-infrastruttura fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni. Il-baġit totali propost għall-FNE ammonta għal EUR 42.3biljun (fi prezzijiet attwali) u speċifikament alloka EUR 30.6biljun għat-trasport, EUR 8.65biljun għall-enerġija u EUR 3biljun għan-networks diġitali. Is-sinerġiji bejn it-tliet setturi u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli huma fost l-oqsma ewlenin li għandhom jiġu trattati mill-FNE ta’ wara l-2020 bil-għan li jiġu aċċellerati d-diġitalizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE.
Fit-trasport, il-FNE għandha l-għan li taċċellera l-ikkompletar taż-żewġ saffi tat-TEN-T, il-varar tas-sistemi Ewropej ta’ ġestjoni tat-traffiku, bħas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju u l-proġett tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew, u li tappoġġja t-tranżizzjoni lejn mobbiltà intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura, billi tintroduċi network Ewropew ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar għal fjuwils alternattivi. Il-proposta tipprevedi li l-FNE l-ġdida tappoġġja wkoll l-infrastruttura tat-trasport b’użu doppju ċivili/militari biex tadatta n-networks tat-trasport tal-Ewropa għar-rekwiżiti militari u ttejjeb il-mobbiltà militari fl-UE. Wara dan, il-Kummissjoni adottat ukoll “” f’Novembru 2022 biex tiżgura mobilità militari konnessa aħjar u aktar sigura.
B’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, fis-27ta’Mejju2020, il-Kummissjoni ppubblikat . Madankollu, il-laqgħa speċjali tal- f’Lulju2020 wasslet għal għall-baġit tat-trasport tal-FNE (EUCO22/20). Fis-16ta’Diċembru2020, il-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu għar-regolament dwar il-QFP2021-2027. F’Marzu2021, in-negozjaturi tal-Kunsill u tal-Parlament laħqu ftehim proviżorju, f’konformità mal- ta’ Lulju2020, biex jaqsmu l-finanzjament kif ġej:
- Is-settur tat-trasport: EUR 25.81biljun, inklużi EUR 11.29biljun għall-pajjiżi li jibbenefikaw mill-Fond ta’ Koeżjoni u EUR 1.69 biljun għal azzjonijiet relatati mal-mobbiltà militari;
- is-settur tal-enerġija: EUR5.84biljun;
- is-settur diġitali: EUR 2.06biljun.
Il-Kunsill laħaq pożizzjoni komuni fis-16ta’Ġunju2021 u l-ftehim ġie adottat mill-Parlament fit- fis-7ta’Lulju2021. F’Ġunju 2023, biex il-pajjiż jiġi assoċjat mal-FNE u biex il-proġetti Ukreni jkunu jistgħu jiġu ppreżentati għall-finanzjament tal-UE fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
B’appoġġ għat-TENs, il-Parlament talab b’konsistenza biex jingħataw prijorità modalitajiet ta’ trasport aktar ekoloġiċi f’termini ta’ finanzjament, u alloka aktar minn 50% tal-finanzjament għall-infrastruttura lill-proġetti ferrovjarji (inkluż it-trasport kombinat) u stabbilixxa limitu massimu ta’ 25% għall-proġetti tat-triq. Barra minn hekk, il-Parlament enfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżgura l-koordinazzjoni u l-koerenza tal-proġetti ffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE, mill-BEI, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew minn strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE.
Fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-baġits annwali tal-UE, il-Parlament ħa ħsieb l-approprjazzjonijiet allokati kemm għall-FNE kif ukoll għall-programmi Orizzont. Bi tweġiba għall-proposta tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-FNE ta’ wara l-2020, il-Kumitati għat-Trasport u t-Turiżmu u għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija ħejjew abbozz ta’ rapport konġunt, li nnota n-nuqqas ta’ ambizzjoni f’termini tal-allokazzjoni tal-FNE għat-trasport u enfasizza l-ħtiġijiet ta’ investiment tas-settur, minbarra l-benefiċċji li konnettività mtejba tista’ twassal għall-UE. Huma enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati aktar ir-regoli tal-FNE u l-importanza li tiġi żgurata l-koerenza bejn id-diversi fondi tal-UE li jappoġġjaw proġetti fis-settur tat-trasport, fis-settur tal-enerġija u fis-settur diġitali. Ir-rapporteurs irrimarkaw il-ħtieġa li jissaħħaħ l-iskrutinju parlamentari tal-prijoritajiet tal-FNE u li jittejjeb il-mod ta’ kif din tiġi mmonitorjata. Ir-rapport konġunt inkluda żieda ta’ madwar 20% fil-baġit allokat lil proġetti tat-trasport. Madankollu, iż-żieda prevista fil-baġit tal-FNE ma setgħetx tiġi akkomodata fil-baġit pluriennali sottostanti għall-perjodu 2021-2027. L-att finali () ġie ppubblikat f’Lulju 2021.
F’Lulju2020, il-Parlament adotta li fiha laqa’ l-ftehim dwar miżuri b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bħala pass pożittiv, iżda esprima d-dispjaċir tiegħu, fost affarijiet oħra, dwar it-tnaqqis tal-komponent tal-għotjiet tal-fond għall-irkupru.
Fir-, il-Parlament enfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-infiq u l-għażla tal-PCIs jikkonformaw mal-impenji meħuda skont il-Ftehim ta’ Pariġi.
Fil-, il-Parlament żgura finanzjament għal proġetti li jagħtu skop ġdid lill-infrastruttura attwali tal-gass naturali għat-trasport u l-ħżin tal-idroġenu għal perjodu tranżitorju (sal-aħħar ta’ Diċembru 2029).
Għal aktar informazzjoni dwar dawn is-suġġetti, jekk jogħġbok ara s-siti web tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija.
Ariane Debyser / Kristi Polluveer / Olena Kuzhym