Il-politika tal-immigrazzjoni
Politika Ewropea komprensiva tal-immigrazzjoni, li tħares ’il quddiem u li tkun ibbażata fuq is-solidarjetà, hija objettiv ewlieni għall-Unjoni Ewropea. Il-politika tal-immigrazzjoni hija maħsuba sabiex tistabbilixxi approċċ ibbilanċjat għat-trattament kemm tal-immigrazzjoni regolari kif ukoll ta’ dik irregolari.
Il-bażi legali
L-Artikoli 79 u 80 tat- (TFUE).
Il-kompetenzi
L-immigrazzjoni regolari: L-UE għandha l-awtorità li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza legali fi Stat Membru, inkluż għal skopijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja, applikabbli għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE. L-Istati Membri jżommu d-dritt li jistabbilixxu kwoti għad-dħul ta’ individwi minn pajjiżi mhux tal-UE li qed ifittxu impjieg.
L-integrazzjoni: L-UE tista’ tipprovdi inċentivi u appoġġ għall-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jippromwovu l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE residenti legalment fit-territorju tagħhom; Madankollu, il-liġi tal-UE ma tipprevedi l-ebda armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.
Il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari: L-Unjoni Ewropea hija meħtieġa tipprevjeni u tnaqqas l-immigrazzjoni irregolari, b’mod partikolari permezz ta’ politika effettiva dwar ir-ritorn, b’mod li jirrispetta d-drittijiet fundamentali.
Il-ftehimiet ta’ riammissjoni: L-Unjoni Ewropea hija kompetenti biex tilħaq ftehimiet ma’ pajjiżi terzi għar-riammissjoni lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ provenjenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE li ma jissodisfawx jew li ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għad-dħul, jew għall-preżenza jew għar-residenza fi Stat Membru.
L-objettivi
Id-definizzjoni ta’ approċċ ibbilanċjat fir-rigward tal-immigrazzjoni: L-UE għandha l-għan li tistabbilixxi approċċ ibbilanċjat sabiex tiġġestixxi l-immigrazzjoni regolari u tiġġieled l-immigrazzjoni irregolari. Il-ġestjoni xierqa tal-flussi migratorji tinvolvi l-garanzija li jingħata trattament ġust liċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE li jgħixu legalment fl-Istati Membri, it-tisħiħ tal-miżuri intiżi biex jiġġieldu l-immigrazzjoni irregolari, inkluż it-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, u l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-pajjiżi li mhumiex membri fl-oqsma kollha. L-għan tal-UE huwa li tiżviluppa livell uniformi ta’ drittijiet u obbligi għall-immigranti regolari, li jkun simili għal dak taċ-ċittadini tal-UE.
Il-prinċipju tas-solidarjetà: skont it-Trattat ta’ Liżbona, il-politiki tal-immigrazzjoni għandhom ikunu regolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji (l-Artikolu 80 tat-TFUE).
Il-kisbiet
A. Żviluppi istituzzjonali li ġab miegħu t-Trattat ta’ Liżbona
It-Trattat ta’ Liżbona, li daħal fis-seħħ f’Diċembru 2009 (1.1.5), daħħal il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-qasam tal-immigrazzjoni regolari kif ukoll bażi legali ġdida għal miżuri ta’ integrazzjoni. Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja issa tapplika kemm għall-politika dwar l-immigrazzjoni irregolari kif ukoll għal dik dwar l-immigrazzjoni regolari, li b’hekk tagħmel lill-Parlament koleġiżlatur fuq bażi pari mal-Kunsill. Madankollu l-miżuri proviżorji li għandhom jittieħdu, f’każ ta’ dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżiterzi fi Stat Membru, jiġu adottati mill-Kunsill biss, wara konsultazzjoni mal-Parlament (l-Artikolu78(3) tat-TFUE).
It-Trattat ta’ Liżbona kkjarifika wkoll li l-kompetenzi tal-UE f’dan il-qasam huma kondiviżi mal-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-għadd ta’ migranti li jitħallew jidħlu fi Stat Membru biex ifittxu impjieg (l-Artikolu 9(5) tat-TFUE). Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja issa għandha l-kompetenza sħiħa fil-qasam tal-immigrazzjoni u l-ażil.
B. L-iżviluppi tal-politika
1. L-‘‘Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità’’
L-‘‘Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità’’ (), adottat mill-Kummissjoni fl-2011, jistabbilixxi qafas ġenerali għar-relazzjonijiet tal-UE ma’ pajjiżiterzi fil-qasam tal-migrazzjoni. L-approċċ huwa msejjes fuq erba’ pilastri: l-immigrazzjoni regolari u l-mobbilità, l-immigrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin, il-protezzjoni internazzjonali u l-politika dwar l-ażil, kif ukoll il-massimizzazzjoni tal-impatt tal-migrazzjoni u tal-mobbilità fuq l-iżvilupp. Id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti huma kwistjoni trażversali fil-kuntest ta’ dan l-approċċ.
2. Il-linji gwida strateġiċi ta’ Ġunju 2014
Il-Programm ta’ Stokkolma għall-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (AFSJ) adottat f’Diċembru 2009, skada f’Diċembru 2014 (4.2.1). F’Marzu 2014, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni ġdida li fiha ppreżentat il-viżjoni tagħha dwar l-aġenda futura għall-AFSJ, bit-titolu ‘‘’ę. F’konformità mal-Artikolu 68 tat-TFUE, fil-konklużjonijiet tiegħu tas-26 u s-27 ta’ Ġunju 2014, il-Kunsill Ewropew iddefinixxa l-‘‘ għall-ippjanar leġiżlattiv u operazzjonali [...] fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja’’ għall-perjodu 2014-2020. Il-linji gwida m’għadhomx jikkostitwixxu programm, iżda pjuttost huma linji gwida li huma mmirati fuq l-objettiv tat-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-istrumenti ġuridiċi u l-miżuri eżistenti. Il-linji gwida jenfasizzaw il-bżonn li jiġi adottat approċċ olistiku għall-migrazzjoni, li jagħmel l-aħjar użu possibbli mill-migrazzjoni regolari, li joffri protezzjoni lil dawk li għandhom bżonnha, li jiġġieled il-migrazzjoni irregolari u li jiġġestixxi b’mod effikaċi l-fruntieri. L-adozzjoni ta’ linji gwida strateġiċi ġodda għadha pendenti.
3. Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni
F’Mejju 2015, il-Kummissjoni ppubblikat l-. L-Aġenda pproponiet miżuri immedjati biex tindirizza l-kriżi fil-Mediterran u l-miżuri li għandhom jittieħdu fil-ftit snin li ġejjin biex l-aspetti kollha tal-immigrazzjoni jiġu ġestiti b’mod aktar effettiv.
Abbażi ta’ din l-aġenda, f’April 2016 il-Kummissjoni ppubblikat il-linji gwida tagħha dwar il-migrazzjoni regolari, kif ukoll dwar l-ażil, f’. Hemm erba’ oqsma ewlenin tal-linji gwida fir-rigward tal-politiki tal-migrazzjoni regolari: ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Karta Blu, il-fatturi li jattiraw intraprendituri innovattivi lejn l-UE, l-iżvilupp ta’ mudell aktar koerenti u effikaċi għall-immigrazzjoni regolari fil-livell tal-UE billi ssir valutazzjoni tal-qafas eżistenti, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini ewlenin, bil-għan li jiġu żgurati rotot legali lejn l-UE filwaqt li fl-istess ħin jitjieb ir-ritorn ta’ dawk li mhux intitolati jibqgħu.
F’Ottubru 2019, il-Kummissjoni ppubblikat l-aħħar rapport ta’ progress tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li jeżamina l-progress li sar u n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-Aġenda. F’Settembru 2021, sena wara l-adozzjoni tal-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, il-Kummissjoni adottat l-ewwel , li jkopri l-aspetti kollha tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u jieħu kont tal-iżviluppi ewlenin fil-politika dwar il-migrazzjoni u l-ażil matul l-aħħar sena u nofs. It- ġie ppubblikat fis-6 ta’ Ottubru 2022.
L-iżviluppi ta’ politika kollha huma ssorveljati mill-qrib min- , stabbilit fl-2008 bħala network tal-UE ta’ esperti dwar il-migrazzjoni u l-ażil mill-Istati Membri kollha, li jaħdmu flimkien biex jipprovdu informazzjoni oġġettiva, komparabbli u rilevanti għall-politika.
4. Il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil
Kif imħabbar fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2020, il-Kummissjoni ppubblikat il-Patt il-Ġdid tagħha f’Settembru 2020. Dan għandu l-għan li jintegra l-proċedura ta’ ażil fil-ġestjoni ġenerali tal-migrazzjoni, billi jorbot il-proċedura mal-kontroll preventiv u mar-ritorn, filwaqt li jkopri wkoll il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-previżjoni aktar b’saħħitha, it-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet flimkien ma’ mekkaniżmu ta’ solidarjetà, kif ukoll ir-relazzjonijiet esterni ma’ pajjiżi ewlenin mhux fl-UE ta’ oriġini u ta’ tranżitu (4.2.2.). Il-Patt il-Ġdid jinkludi biex jiġu żviluppati perkorsi legali komplementari għall-protezzjoni, bħar-risistemazzjoni u forom oħra ta’ ammissjoni umanitarja bħal programmi ta’ sponsorizzazzjoni tal-komunità, iżda wkoll perkorsi marbuta mal-edukazzjoni u x-xogħol.
Fil-15 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni pproponiet il-, li jinkludi proposta għall-ħolqien ta’ Riżerva ta’ Talent tal-UE, kif ukoll miżuri li jissimplifikaw il-proċeduri ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki biex jippromwovu l-mobbiltà tal-istudenti u tas-suq tax-xogħol.
C. Żviluppi leġislattivi
Mill-2008 ’l hawn, għadd ta’ direttivi importanti dwar l-immigrazzjoni ġew adottati u diversi diġà ġew riveduti.
1. L-immigrazzjoni regolari
Wara d-diffikultajiet li nqalgħu fl-adozzjoni ta’ dispożizzjoni ġenerali li tkopri l-immigrazzjoni kollha tal-ħaddiema lejn l-UE, l-approċċ attwali jikkonsisti fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni settorjali, skont kull kategorija ta’ migranti, sabiex tiġi stabbilita politika tal-immigrazzjoni regolari fil-livell tal-UE.
Id- dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin ħolqot l-hekk imsejħa ‘‘Karta Blu tal-UE’’, proċedura rapida għall-ħruġ ta’ permess speċjali ta’ residenza u tax-xogħol, b’kundizzjonijiet aktar attraenti, biex ħaddiema minn pajjiżi terzi jkunu jistgħu jaħdmu f’impjiegi bi kwalifiki għoljin fl-Istati Membri. F’Ġunju 2016, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tas-sistema, inklużi kriterji ta’ ammissjoni inqas stretti, limitu aktar baxx fir-rigward tas-salarju u tul minimu iqsar meħtieġ tal-kuntratt tax-xogħol, dispożizzjonijiet aqwa fir-rigward tar-riunifikazzjoni tal-familji, u l-abolizzjoni ta’ skemi nazzjonali paralleli, li l-Istati Membri opponew. Wara li l-Patt il-Ġdid ġie ppubblikat, il-Parlament u l-Kunsill reġgħu bdew jaħdmu fuq din ir-reviżjoni, u fil-15 ta’ Settembru 2021 il-Parlament ivvalida l-ftehim li kien intlaħaq mal-Kunsill. Ir-regoli l-ġodda jipprevedu kriterji ta’ ammissjoni aktar flessibbli (kuntratt tax-xogħol validu jew offerta vinkolanti ta’ impjieg ta’ sitt xhur huma biżżejjed), filwaqt li jbaxxu l-limitu minimu tal-paga minima li l-applikanti jeħtiġilhom jaqilgħu biex ikunu eliġibbli għall-Karta Blu u jagħmluha aktar faċli għad-detenturi tal-Karta Blu biex jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi tal-UE u jingħaqdu mill-ġdid mal-familji tagħhom. Id- daħlet fis-seħħ fis-27 ta’ Novembru 2021 u l-iskadenza għat-traspożizzjoni tagħha kienet t-18 ta’ Novembru 2023.
Id- tistabbilixxi proċedura komuni u simplifikata għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għal permess ta' residenza u ta’ xogħol fi Stat Membru, kif ukoll sett komuni ta' drittijiet li għandhom jingħataw lill-immigranti regolari. L-aħħar , adottat f’Marzu 2019, sab li n-nuqqas ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux fl-UE dwar id-drittijiet tagħhom ifixkel l-objettiv tad-direttiva li tippromwovi l-integrazzjoni u n-nondiskriminazzjoni tagħhom. F’April 2022, il-Kummissjoni pproponiet li tfassal mill-ġdid id-direttiva sabiex tissimplifika u tiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim politiku f’Diċembru 2023. Id-Direttiva (UE) 2024/1233 ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tat-30 ta’ April 2024. Din tissimplifika l-proċess tal-kisba ta’ permess uniku tax-xogħol u tar-residenza għall-applikanti u l-impjegaturi u tintroduċi miżuri ġodda mmirati lejn it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-ħaddiema minn pajjiżi terzi kontra l-isfruttament.
Id-, adottata fi Frar 2014, tirregola l-kundizzjonijiet għad-dħul u għar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġjonali. Il-ħaddiema staġjonali migranti jistgħu joqogħdu legalment u temporanjament fl-UE għal perjodu massimu ta’ bejn ħames u disa’ xhur (skont l-Istat Membru) biex iwettqu xogħol li għandu x’jaqsam mal-istaġun jew maż-żmien tas-sena, filwaqt li jżommu l-post ta’ residenza prinċipali tagħhom barra l-UE. Din id-direttiva tiċċara wkoll l-għadd ta’ drittijiet tal-ħaddiema migranti. F’Lulju 2020, il-Kummissjoni ħarġet , fejn ħabbret ukoll l-ewwel rapport ta’ implimentazzjoni għall-2021. Madankollu, ir-rapport ta’ implimentazzjoni ġie ttardjat u issa huwa ppjanat għall-ewwel nofs tal-2024.
Id- dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-qafas ta’ trasferiment intraazjendali ġiet adottata fil-15 ta’ Mejju 2014. Id-direttiva tagħmilha eħfef biex in-negozji u l-korporazzjonijiet multinazzjonali jirrilokaw b’mod temporanju l-maniġers, l-ispeċjalisti u l-impjegati apprendisti tagħhom fil-fergħat jew is-sussidjarji tagħhom li jinsabu fl-Unjoni Ewropea. L-ewwel rapport ta’ implimentazzjoni kellu jitlesta sa Novembru 2019.
Id- dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing ġiet adottata fil-11 ta’ Mejju 2016, u kellha tiġi implimentata fil-liġi nazzjonali sat-23 ta’ Mejju 2018. Din id-direttiva tieħu post l-istrumenti preċedenti li jkopru lill-istudenti u lir-riċerkaturi, filwaqt li twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u tissimplifika l-applikazzjoni tagħha.
Finalment, l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi mhux fl-UE li jkunu residenti għal żmien twil fl-Unjoni Ewropea għadu regolat mid-, kif emendata fl-2011 biex il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jiġi estiż għar-rifuġjati u għal benefiċjarji oħra tal-protezzjoni internazzjonali. Ir- ta’ Marzu 2019 sab li, minflok ma jippromwovu b’mod attiv l-istatus Ewropew ta’ residenza għal żmien twil, l-Istati Membri, prinċipalment, joħorġu permessi ta’ residenza nazzjonali għal żmien twil; u huma biss ftit ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE li jużaw id-dritt tagħhom li jmorru fi Stati Membri oħra. F’April 2022, il-Kummissjoni riformulazzjoni tad-direttiva, bil-għan li jinħoloq status reali ta’ resident għal żmien twil tal-UE, b’mod partikolari billi jissaħħaħ id-dritt tar-residenti fit-tul li jiċċaqilqu u jaħdmu fi Stati Membri oħra. Il-Parlament adotta l-mandat ta’ negozjar tiegħu f’April 2023. Il-Kunsill adotta l-mandat ta’ negozjar tiegħu f’Novembru 2023. Fit-30 ta’ Novembru 2023, il-Parlament u l-Kunsill daħlu f’negozjati interistituzzjonali bil-ħsieb li jikkonkludu test legali finali.
2. L-Integrazzjoni
Id-Direttiva tal-Kunsill tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, li jmorru lil hinn mid-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Peress li r-rapport ta’ implimentazzjoni tal-2008 kkonkluda li d-Direttiva 2003/86/KE ma kinitx applikata b’mod sħiħ u korrett fl-Istati Membri, f’April 2014 il-Kummissjoni ppubblikat li fiha tat gwida lill-Istati Membri dwar kif għandhom japplikawha. It- (Marzu 2019) kkonkluda li, mill-2008, l-istat tal-implimentazzjoni tad-Direttiva kien tjieb. Dan kien parzjalment minħabba l-proċedimenti ta’ ksur imnedija mill-Kummissjoni, id-dokument ta’ gwida tal-2014 u d-diversi sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Il-kompetenza tal-UE fil-qasam tal-integrazzjoni hija limitata. F’Lulju2011, il-Kummissjoni adottat l-. Aktar reċentement, f’Novembru2020, il-Kummissjoni ressqet dwar l-integrazzjoni u l-inklużjoni2021-2027, fejn stabbiliet qafas ta’ politika u passi prattiċi biex tgħin lill-Istati Membri jintegraw 34miljunċittadin ta’ pajjiżiterzi li huma residenti legalment fit-territorju tal-UE u jinkluduhom fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni. Il-pjan jiġbor flimkien miżuri ta’ monitoraġġ u l-użu ta’ għodod diġitali ġodda, u sforzi biex titrawwem il-parteċipazzjoni tal-migranti fis-soċjetà, jiżdiedu l-opportunitajiet għall-finanzjament tal-UE u jinbnew sħubijiet bejn diversi partijiet ikkonċernati f’diversi livelli ta’ governanza. Strumenti eżistenti jinkludu l-, is-, in- u l-Grupp ta’ Esperti li għadu kif inħoloq dwar il-fehmiet tal-migranti fil-qasam tal-migrazzjoni, l-ażil u l-integrazzjoni, li ltaqa’ għall- f’Novembru 2020 u li minn dakinhar kellu laqgħat regolari.
L-istrumenti ta’ finanzjament speċjalizzati biex jappoġġaw il-politiki ta’ integrazzjoni nazzjonali huma bbażati fuq il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni () u l-Fond Soċjali Ewropew () taħt il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) il-ġdid 2021–2027.
3. L-immigrazzjoni irregolari
L-UE adottat xi atti leġiżlattivi ewlenin biex tiġġieled l-immigrazzjoni irregolari:
- L-hekk imsejjaħ ‘‘Pakkett tal-Faċilitaturi’’ huwa kompost mid-, li tistabbilixxi definizzjoni komuni tar-reat tal-iffaċilitar ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati, u mid-, li tistabbilixxi pieni kriminali għal aġir bħal dan. Il-pakkett huwa kkomplementat bid-, li tipprevedi l-għoti ta’ permess ta’ residenza lil persuni traffikati jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti (dwar it-traffikar, ara wkoll l-iskeda informattiva dwar il-‘‘Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali’’ 4.2.6). F’Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat il- u, f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni REFIT dwar l-applikazzjoni tal-qafas legali eżistenti, li kienet ippreċeduta minn konsultazzjoni pubblika. Il-Kummissjoni sabet li, dak iż-żmien, ma kienx hemm biżżejjed evidenza ta’ kriminilazzizzjoni ta’ individwi jew organizzazzjonijiet li pprovdew għajnuna umanitarja, u kkonkludiet li l-qafas legali tal-UE li jindirizza l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti jibqa’ meħtieġ fil-kuntest attwali. Ir- tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2018 stiednet lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida għall-Istati Membri biex jiġi evitat li l-assistenza umanitarja tiġi kriminalizzata, u f’Settembru 2018, saret dwar dan is-suġġett. Bħala parti mill-Patt il-Ġdid tagħha, il-Kummissjoni ħarġet li tipprovdi gwida dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar il-Faċilitazzjoni, li fiha ddikjarat li t-twettiq tal-obbligu legali li jiġu salvati n-nies f’diffikultà fuq il-baħar ma setax jiġi kriminalizzat, iżda qagħdet lura milli titlob sforzi addizzjonali, u b’hekk ħalliet l-attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ f’idejn l-NGOs u l-bastimenti privati. Wara , f’Settembru 2021 il-Kummissjoni adottat pjan ta’ azzjoni mġedded tal-. Fit-28 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni ppreżentat dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin, u dwar it-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn. Ippreżentat ukoll li tistabbilixxi regoli minimi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, u li tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/ĠAI.
- Id- tistabbilixxi standards u proċeduri komuni tal-UE għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment. L-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha ġie adottat f’Marzu 2014. F’Settembru 2015, il-Kummissjoni ppubblikat il- , li ġie segwit bl-adozzjoni, f’Ottubru 2015, tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-politika ta’ ritorn. F’Marzu 2017, il-Kummissjoni ssupplimentat il-Pjan ta’ Azzjoni b’ dwar ‘‘politika ta’ ritorn aktar effettiva fl-Unjoni Ewropea - pjan ta’ azzjoni mġedded’’ u biex ir-ritorni jsiru aktar effettivi. F’Settembru 2017, il-Kummissjoni ppubblikat il-‘‘’’ aġġornat tagħha, li jipprovdi gwida dwar il-qadi tad-dmirijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex iwettqu kompiti relatati mar-ritorn. Barra minn hekk, fl-2016, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir- dwar l-istabbiliment ta’ dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment. L- (Frontex) li ġiet imġedda u msaħħa reċentement qiegħda tgħin dejjem aktar lill-Istati Membri fl-attivitajiet tagħhom relatati mar-ritorn. F’Settembru 2018, il-Kummissjoni pproponiet riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn biex tħaffef il-proċeduri, inklużi proċeduri u regoli aktar ċari għall-prevenzjoni ta’ abbużi, programmi ta’ ritorn volontarju effiċjenti li għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri, u regoli aktar ċari dwar id-detenzjoni. immirata sabet li l-proposta tkun tinvolvi spejjeż sostanzjali għall-Istati Membri permezz ta’ żieda fid-detenzjoni. Ma hemm l-ebda evidenza ċara li l-proposta twassal għal ritorni aktar effettivi, iżda x’aktarx li kienet se tirriżulta fi ksur tad-drittijiet fundamentali tal-migranti irregolari. Ir-żDZܳDzԾ tal-Parlament tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l- enfasizzat li l-effettività tal-politika ta’ ritorn tal-UE trid mhux biss titkejjel f’termini ta’ rati ta’ ritorn iżda trid tqis ukoll ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-garanziji proċedurali. Ir-rapporteur (Tineke Strik, Verts/ALE) ippubblikat l-abbozz ta’ rapport tagħha fil-21 ta’ Frar 2020. Il-ħidma fuq id- għadha għaddejja. Fil-Patt il-Ġdid tagħha, il-Kummissjoni timxi lejn sistema komuni tal-UE għar-ritorni, b’aktar appoġġ operazzjonali għall-Istati Membri, u l-Frontex bħala l-fergħa operattiva tal-politika ta’ ritorn tal-UE, flimkien mal-ħatra ta’ koordinatur tar-ritorn appoġġjat minn Network ta’ Livell Għoli ġdid għar-Ritorn. L-ewwel koordinatur tar-ritorn tal-UE, Mari Juritsch, inħatret f’Marzu 2022. Il-Kummissjoni ppubblikat l-(April 2021), id-dokument ta’ politika “” (Jannar 2023) u r- tagħha dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn u t-tħaffif tar-ritorni (Marzu 2023).
- Id-Direttivadwar Sanzjonijiet kontra min Iħaddem tispeċifika sanzjonijiet u miżuri li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi mhux tal-UE b’residenza illegali. L-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva msemmija ġie ppreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014. Wara t-tħabbir tagħha fil-Patt il-Ġdid, il-Kummissjoni adottat f’Settembru 2021, bil-għan li ssaħħaħ l-implimentazzjoni filwaqt li tipproteġi d-drittijiet tal-migranti irregolari.
- Mill-2001, l-Istati Membri rrikonoxxew reċiprokament id-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni rispettivi tagħhom (), fejn tiġi rispettata u osservata deċiżjoni ta’ Stat Membru wieħed li jkeċċi ċittadin mhux tal-UE preżenti fi Stat Membru ieħor.
Fl-istess ħin, l-UE qed tinnegozja u tikkonkludi ma’ pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu bil-ħsieb li tibgħat lura f’pajjiżhom lill-migranti irregolari u tikkoopera fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. Dawn il-ftehimiet jipprevedu li l-Kumitati Konġunti tar-Riammissjoni jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħhom. Huma wkoll marbuta ma’ ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-viża, li għandhom l-għan li jipprovdu l-inċentiv neċessarju għal negozjati ta’ riammissjoni fil-pajjiżterz ikkonċernat mingħajr ebda żieda fil-migrazzjoni irregolari.
Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll arranġamenti informali dwar ir-ritorn u r-riammissjoni, li wasslu għal kritika qawwija min-naħa tal-Parlament billi jaqgħu barra mill-iskrutinju tiegħu, u dan qajjem kwistjonijiet dwar il-kontabbiltà u t-trasparenza.
Il-Kummissjoni pproponiet Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-UE għall- (Novembru 2022), għar- (Diċembru 2022), għar- (Ġunju 2023) u għar-rotta tal- (Ottubru 2023).
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
Minn mindu daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Liżbona, il-Parlament jinsab involut attivament, bħala koleġiżlatur sħiħ, fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida li tittratta kemm l-immigrazzjoni irregolari kif ukoll l-immigrazzjoni regolari.
Il-Parlament adotta wkoll bosta żDZܳDzԾjiet fuq inizjattiva proprja li jindirizzaw il-migrazzjoni. Dawn jinkludu ir- dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta’ approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni, ir- dwar toroq ġodda għall-migrazzjoni legali tal-ħaddiema u r-żDZܳDzԾ leġiżlattiva fuq inizjattiva proprja tiegħu b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-politika u l-liġi dwar il-migrazzjoni legali.
Għal aktar dwar dan is-suġġett:
Pablo Abril Marti / Georgiana Sandu