Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B9-0268/2023Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B9-0268/2023

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTAdwar it-tortura u l-prosekuzzjoni kriminali tal-minorenni Ukreni Tihran Ohannisian u Mykyta Khanhanov min-naħa tal-Federazzjoni Russa

14.6.2023-()

imressqa skont l-Artikolu144 tar-Regoli ta’ Proċedura
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
9‑0268/2023 (The Left)
9‑0269/2023 (Verts/ALE)
9‑0284/2023 (S&D)
9‑0285/2023 (Renew)
9‑0288/2023 (ECR)
9‑0290/2023 (PPE)

Vladimír Bilčík, José Manuel Fernandes, Vangelis Meimarakis, Liudas Mažylis, Sandra Kalniete, Michaela Šojdrová, Antonio López‑Istúriz White, Jiří Pospíšil, David Lega, Radosław Sikorski, Eugen Tomac, Ewa Kopacz, Tomáš Zdechovský, Inese Vaidere, Željana Zovko, Isabel Wiseler‑Lima, Miriam Lexmann
f’isem il-Grupp PPE
Pedro Marques, Tonino Picula, Thijs Reuten, Evin Incir
f’isem il-Grupp S&D
Petras Auštrevičius, José Ramón Bauzá Díaz, Nicola Beer, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Katalin Cseh, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Karin Karlsbro, Moritz Körner, Nathalie Loiseau, Karen Melchior, Javier Nart, Urmas Paet, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache, Hilde Vautmans
f’isem il-Grupp Renew
Sergey Lagodinsky
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Anna Fotyga, Karol Karski, Angel Dzhambazki, Ryszard Czarnecki, Assita Kanko, Adam Bielan, Beata Mazurek, Elżbieta Kruk, Witold Jan Waszczykowski, Zbigniew Kuźmiuk, Waldemar Tomaszewski, Carlo Fidanza, Charlie Weimers, Bogdan Rzońca, Elżbieta Rafalska
fʼisem il-Grupp ECR
Marisa Matias
f’isem il-Grupp The Left
Fabio Massimo Castaldo

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
RC-B9-0268/2023
Testi mressqa :
RC-B9-0268/2023
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tortura u l-prosekuzzjoni kriminali tal-minorenni Ukreni Tihran Ohannisian u Mykyta Khanhanov min-naħa tal-Federazzjoni Russa

()

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u l-Ukrajna,

wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.billi fl-24 ta’ Mejju 2023, il-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa akkuża lil Tihran Ohannisian u lil Mykyta Khanhanov, imwielda fl-2006, li allegatament ippjanaw sabotaġġ fuq linja ferrovjarja f’Berdiansk; billi skont l-Artikolu281 tal-Kodiċi Kriminali Russu qed jissugraw sa 20 sena ħabs u ma rċevewx assistenza legali adegwata;

B.billi l-inkrimazzjoni ta’ Ohannisian u Khanhanov ġiet wara xhur ta’ interrogazzjonijiet brutali min-naħa tal-awtoritajiet Russi, u billi mit-30 ta’ Settembru 2022 iż-żewġ minorenni ġew soġġetti għal swat u tortura bl-użu ta’ xokkijiet elettriċi bl-għan li jinkisbu ammissjonijiet ta’ ħtija, kif ukoll fastidju lill-familji tagħhom;

C.billi bosta rapporti jindikaw li l-awtoritajiet Russi qed ikomplu bl-oppressjoni tat-tfal Ukreni, l-aktar vittmi vulnerabbli tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja;

D.billi, skont il-pjattaforma Ukrena “Children of War”, mill-anqas 488 tifel u tifla Ukreni mietu b’riżultat tal-invażjoni tar-Russja, kif irrappurtat ukoll mill-UNICEF, b’mill-inqas 1016 midruba, madwar 19500 deportati lejn ir-Russja u 3924 irrappurtati nieqsa; billi r-rapport reċenti dwar il-Mekkaniżmu ta’ Moska kkonferma dan il-fenomenu;

1.Jeżiġi l-għeluq immedjat tal-proċedimenti u t-twaqqigħ tal-akkużi kollha kontra Ohannisian u Khanhanov kif ukoll il-ħelsien immedjat tagħhom; jappella lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar biex jiffaċilita r-ritorn sikur tagħhom lejn it-territorju kkontrollat mill-Ukrajna; jappella lir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Vjolenza Kontra t-Tfal biex jinvestiga l-każ; jitlob li l-persuni wara l-oriġini tal-prosekuzzjoni jiżdiedu fil-lista tas-sanzjonijiet tal-UE; jitlob il-ħelsien taċ-ċittadini Ukreni kollha detenuti illegalment mir-Russja;

2.Jikkundanna t-tqegħid fil-mira intenzjonat tat-tfal Ukreni min-naħa tar-Russja permezz ta’ miżuri li jinkludu t-trasferimenti furzati fi ħdan it-territorju Ukren temporanjament okkupat mir-Russja, id-deportazzjonijiet illegali lejn ir-Russja u l-Belarussja, l-adozzjonijiet illegali u t-tentattivi biex tiġi imposta l-hekk imsejħa “riedukazzjoni”; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jadottaw “pakkett dwar il-protezzjoni tat-tfal” bejn l-UE u l-Ukrajna għat-tfal li qed jaħarbu jew li ġew affettwati mill-gwerra;

3.Jikkundanna t-tqegħid fil-mira, il-persekuzzjoni u t-tortura tat-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat u l-attakki diretti fuq oġġetti protetti taħt id-dritt internazzjonali, inklużi skejjel u sptarijiet;

4.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jintensifikaw l-isforzi biex jiġi evitat u mitmum il-ksur serju kontra t-tfal affettwati minn kunflitt armat; jisħaq fuq l-importanza li l-aġenda dwar il-kunflitti armati u t-tfal titmexxa ’l quddiem fil-politiki tal-azzjoni esterna tal-UE u tal-politiki ta’ sigurtà u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tiġi integrata fl-operazzjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, ir-riformi tas-settur tas-sigurtà u l-medjazzjoni;

5.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Vjolenza Kontra t-Tfal, lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u lill-awtoritajiet tal-Belarussja.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Ġunju 2023
Avviż legali-Politika tal-privatezza