Il-politika estera: l-għanijiet, l-istrumenti u l-kisbiet
Il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) tal-Unjoni Ewropea ġiet stabbilita fl-1993 u minn dak iż-żmien issaħħet permezz ta’ trattati sussegwenti. Illum, il-Parlament jikkontribwixxi regolarment għall-iżvilupp tal-PESK, b’mod partikolari billi jiskrutinizza l-attivitajiet tal-atturi u l-korpi istituzzjonali tiegħu: ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li jaqdi wkoll il-funzjoni ta’ Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea; is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE); ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE) u d-delegazzjonijiet tal-UE. Is-setgħat baġitarji tal-Parlament jistgħu wkoll jiffurmaw l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-PESK.
Il-PESK: l-iżvilupp permezz tat-Trattati
Il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) tal-Unjoni Ewropea ġiet stabbilita mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) fl-1993 bil-għan li tħares il-paċi, issaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali u tiżviluppa u tikkonsolida d-demokrazija, l-istat tad-dritt kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali.
It-TUE introduċa s-“sistema tat-tliet pilastri” u l-PESK kienet tirrappreżenta t-tieni wieħed. It-Trattat ta’ Amsterdam tal-1997 stabbilixxa proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet aktar effiċjenti, li jinkludi l-astensjoni kostruttiva u l-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. F’Diċembru1999, il-Kunsill Ewropew stabbilixxa r-rwol tar-Rappreżentant Għoli għall-PESK. It-Trattat ta’ Nizza tal-2003 introduċa aktar modifiki biex jissemplifika l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u ta l-mandat lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, li ġie stabbilit skont deċiżjoni tal-Kunsill f’Jannar2001, biex jeżerċita l-kontroll politiku u jagħti direzzjoni strateġika tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kriżijiet.
It-Trattat ta’ Liżbona, li daħal fis-seħħ fl-1ta’Diċembru2009, ta personalità ġuridika lill-Unjoni u struttura istituzzjonali lis-servizz estern tagħha. Barra minn hekk, elimina l-istruttura tal-pilastri li introduċa t-TUE fl-1993. It-Trattat ħoloq firxa ta’ atturi ġodda fl-ambitu tal-PESK, fosthom ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li jaqdi wkoll il-funzjoni ta’ Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, u l-President permanenti l-ġdid tal-Kunsill Ewropew. Apparti dan, ħoloq is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u aġġorna l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), li tifforma parti integrali mill-PESK (għal aktar dettalji5.1.2).
Il-bażi legali għall-PESK ġiet stabbilita fit-TUE u riveduta bit-Trattat ta’ Liżbona. L-Artikoli21-46, it-TitoluV, tat-TUE jistabbilixxu d-“Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK)”. L-Artikoli205-222, il-Ħames Parti, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ikopru l-azzjoni esterna tal-Unjoni. L-Artikoli346 u 347, is-Seba’ Parti, japplikaw ukoll.
B’ħarsa lejn il-futur, ir-rapport finali tal-Konferenza tal-UE dwar il-Futur tal-Ewropa, ippreżentat lill-Presidenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fid-9 ta’ Mejju 2022, ippropona “li l-UE ttejjeb il-kapaċità tagħha li tieħu deċiżjonijiet rapidi u effettivi, b’mod partikolari fil-PESK, titkellem b’vuċi waħda u taġixxi bħala attur verament globali, filwaqt li tipproġetta rwol pożittiv fid-dinja u tagħmel differenza fir-rispons għal kwalunkwe kriżi”.
Is-setgħat u l-istrumenti tal-Parlament fil-qasam tal-politika estera
Minkejja r-rwol formali limitat tiegħu fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-politika estera, il-Parlament appoġġja l-kunċett tal-PESK sa mill-bidu nett u fittex modi biex jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.
L-Artikolu36 tat-TUE jirrikjedi lir-Rappreżentant Għoli jikkonsulta regolarment mal-Parlament dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet tal-PESK u jinforma lill-Parlament dwar l-evoluzzjoni tal-politika. Darbtejn fis-sena l-Parlament jiddiskuti r-rapporti dwar il-progress fil-qasam tal-PESK u jagħmel mistoqsijiet u rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli.
Id-dritt tal-Parlament li jkun informat u kkonsultat dwar il-PESK/PSDK kompla jissaħħaħ permezz tad-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli dwar ir-responsabbiltà politika fl-2010, mehmuża mar-żDZܳDzԾ tal-Parlament dwar il-ħolqien tas-SEAE. Id-dikjarazzjoni, fost ħwejjeġ oħra, ipprevediet:
- it-tisħiħ tal-istatus tal-“粵ħ ta’ Konsultazzjoni Konġunti”, li jippermettu lil grupp magħżul ta’ Membri tal-Parlament Ewropew jiltaqgħu mal-kontropartijiet mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà tal-Kunsill, mis-SEAE u mill-Kummissjoni bil-għan li jiddiskutu l-missjonijiet ċivili tal-PSDK previsti u dawk li jinsabu għaddejjin;
- l-affermazzjoni tad-dritt tal-“kumitat speċjali” tal-Parlament li jaċċedi għal informazzjoni kunfidenzjali relatata mal-PESK u mal-PSDK, li huwa bbażat fuq ftehim interistituzzjonali tal-2002;
- l-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ fehmiet ma’ kapijiet ta’ missjoni, kapijiet ta’ delegazzjoni u uffiċjali għolja oħra tal-UE matul il-laqgħat tal-kumitati u seduti ta’ smigħ tal-kumitati tal-Parlament, fosthom skambji ta’ fehmiet fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) ma’ kapijiet magħżula ta’ delegazzjonijiet tal-UE jew Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE) maħtura ġodda li l-Parlament iqis bħala strateġikament importanti, qabel ma jieħdu l-karigi tagħhom;
- l-għoti ta’ mandat lir-Rappreżentant Għoli biex jidher quddiem il-Parlament tal-anqas darbtejn fis-sena biex jirrapporta dwar is-sitwazzjoni attwali relatata mal-PESK/PSDK u jwieġeb il-mistoqsijiet.
Barra minn dan id-djalogu politiku, il-Parlament jeżerċita l-awtorità tiegħu permezz tal-proċedura tal-baġit. Bħala waħda mill-fergħat tal-awtorità baġitarja tal-UE, il-Parlament jeħtieġlu japprova l-baġit annwali tal-PESK. Il-ftehim interistituzzjonali ta’ Diċembru2020 dwar id-dixxiplina baġitarja jistabbilixxi l-qafas għall-approvazzjoni annwali u l-istruttura bażika tal-baġit tal-PESK, kif ukoll il-mekkaniżmi ta’ rappurtar. Il-Parlament u l-Kunsill jadottaw leġiżlazzjoni li tistabbilixxi l-qafas għall-finanzjament tal-kooperazzjoni u l-għajnuna internazzjonali tal-UE, abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni.
Il-Parlament regolarment jeżamina bir-reqqa l-operazzjonijiet tas-SEAE u jagħtih suġġerimenti dwar kwistjonijiet ta’ natura strutturali, li jvarjaw mill-bilanċ ġeografiku u l-bilanċ fir-rigward tal-ġeneri tiegħu għall-interazzjoni tiegħu mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri. Il-Parlament jiddiskuti regolarment ukoll mar-Rappreżentant Għoli u mar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE maħtura għal ċerti reġjuni jew kwistjonijiet.
Il-Parlament jiżvolġi wkoll rwol fil-monitoraġġ tan-negozjati u fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali. L-approvazzjoni tal-Parlament hija meħtieġa qabel ma l-Kunsill ikun jista’ jikkonkludi ftehimiet bħal dawn (għal aktar dettalji5.2.1,5.2.3).
L-istrutturi interni tal-Parlament involuti fil-PESK
Il-biċċa l-kbira tal-ħidma tal-Parlament fir-rigward tal-PESK issir fi ħdan kumitati speċjalizzati, partikolarment fil-Kumitat AFET u fiż-żewġ sottokumitati tiegħu (għas-Sigurtà u d-Difiża (SEDE) u għad-Drittijiet tal-Bniedem (DROI)). Il-ħidma tagħhom hija kkomplementata mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) u l-Kumitat għall-Iżvilupp (DEVE). Dawn il-kumitati jsawru l-PESK permezz tar-rapporti u l-opinjonijiet li joħorġu, billi jipprovdu rakkomandazzjonijiet, jiskambjaw fehmiet ma’ kontropartijiet f’pajjiżi mhux tal-UE matul il-missjonijiet, u permezz tad-demokrazija parlamentari. Huma jiskambjaw ukoll regolarment fehmiet ma’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet multilaterali globali u reġjonali (inklużi n-Nazzjonijiet Uniti), mal-istituzzjonijiet tal-UE, mal-presidenzi tal-Kunsill u mal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.
Il-ħidma relatata mal-PESK issir ukoll mid-delegazzjonijiet parlamentari, li r-rwol tagħhom huwa li jżommu u jiżviluppaw il-kuntatti internazzjonali tal-Parlament (speċjalment permezz tal-kooperazzjoni interparlamentari), filwaqt li jippromwovu l-valuri fundaturi tal-Unjoni, li jinkludu l-libertà, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt. Bħalissa jeżistu 45delegazzjoni interparlamentari permanenti, fosthom il-kumitati parlamentari konġunti, il-kumitati parlamentari ta’ kooperazzjoni, delegazzjonijiet parlamentari oħra, assemblej parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal assemblej multilaterali.
L-impatt tal-Parlament fuq il-PESK
L-involviment tal-Parlament fil-PESK jgħin biex tiżdied ir-responsabbiltà demokratika tal-politika. Il-Parlament ta appoġġ qawwi lill-istruttura istituzzjonali li nħolqot wara t-Trattat ta’ Liżbona, filwaqt li sostna rwol imsaħħaħ tar-Rappreżentant Għoli, tas-SEAE, tad-delegazzjonijiet tal-UE u tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, kif ukoll ta’ politika aktar koerenti u PESK aktar effikaċi. Insista fuq aktar koerenza fost l-istrumenti politiċi u finanzjarji tal-UE għall-politiki esterni, sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-ineffiċjenza.
Il-Parlament jiġi kkonsultat dwar il-PESK, jeżerċita skrutinju fuqha u jipprovdi kontribut politiku strateġiku. L-involviment tiegħu huwa ċċentrat fuq dibattiti regolari dwar suġġetti ewlenin tal-politika barranija mar-Rappreżentant Għoli fis-sessjoni plenarja jew fil-Kumitat AFET, b’mod partikolari dwar ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-PESK.
Fir-żDZܳDzԾ annwali tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-PESK, adottata fit-28 ta’ Frar 2024 rigward is-sena 2023, il-Parlament offra gwida lill-eżekuttiv tal-UE li jmiss dwar l-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-politika barranija għall-mandat li jmiss, b’enfasi fuq “ambjent internazzjonali dejjem aktar volatili”. Huwa rrikonoxxa diversi sfidi tal-politika barranija, bħall-aggressjoni Russa kontinwa fl-Ukrajna; iż-żieda fil-kompetizzjoni fost setgħat kbar, li potenzjalment tiddefinixxi mill-ġdid il-bilanċ tal-poter globali; l-isforzi kontinwi biex jiġi destabbilizzat l-ordni multilaterali stabbilit ibbażat fuq ir-regoli; u t-trikkib dejjem jikber ta’ kriżijiet esterni u interni. Bi tweġiba għal dan, il-Parlament enfasizza l-ħtieġa li l-UE tingrana r-rieda politika kollettiva, tikkollabora mal-alleati u toffri benefiċċji tanġibbli lin-Nofsinhar Globali, filwaqt li enfasizza l-ħtieġa għal approċċ proattiv u kuraġġuż. Biex il-PESK tiġi ggwidata aħjar, ġew proposti erba’ objettivi:
- l-indirizzar tal-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna,
- l-adattament progressiv tal-istrutturi, l-istrumenti, il-kapaċitajiet, il-fondi u l-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE;
- it-tisħiħ u d-difiża ta’ multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli; kif ukoll
- l-affermazzjoni tal-interessi tal-UE permezz tal-iżvilupp ta’ sħubijiet strateġiċi robusti u sħubijiet tal-istess fehma.
Barra minn hekk, l-aktar żDZܳDzԾ annwali reċenti tal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-PSDK (għal aktar dettalji 5.1.2) u r-żDZܳDzԾ annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja (għal aktar dettalji 5.4.1) jistabbilixxu pożizzjonijiet ulterjuri f’dawn l-oqsma.
Fl-espressjoni l-aktar reċenti tiegħu ta’ gwida politika fir-rigward tal-qafas istituzzjonali tal-UE għall-azzjoni esterna, il-Parlament ippropona, fir-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2023 dwar il-funzjonament tas-SEAE u UE aktar b’saħħitha fid-dinja, li l-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli “itejbu l-koordinazzjoni u l-integrazzjoni tal-politika barranija tal-UE u d-dimensjoni esterna tal-politiki interni tal-UE”. Huwa talab ukoll it-tisħiħ “[tal-]istruttura ta’ koordinazzjoni strateġika magħmula mill-kummissarji rilevanti kollha, ir-Rappreżentant Għoli u s-servizzi tal-Kummissjoni u tas-SEAE biex jiżguraw il-koerenza, is-sinerġija, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-azzjoni esterna tal-UE”. Il-Parlament irrakkomanda wkoll reviżjonijiet sinifikanti kemm tad- kif ukoll tad-. Il-Parlament irrakkomanda ripetutament l-użu sħiħ tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal ċerti oqsma tal-politika barranija, bħar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, ħlief biex jinħolqu missjonijiet jew operazzjonijiet militari b’mandat eżekuttiv, u rrakkomanda li, b’mod parallel, tintuża astensjoni kostruttiva f’konformità mal-Artikolu31(1) tat-TUE.
Barra minn hekk, talab it-twassil effettiv ta’ assistenza barranija taħt il-marka ta’ . “Tim Ewropa” ġie stabbilit bħala rispons għall-konsegwenzi globali tal-COVID-19 u huwa magħmul mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-aġenziji u l-banek ta’ finanzjament estern tal-Istati Membri u Ewropej.
Il-qafas strateġiku tal-politika barranija tal-UE u l-Parlament Ewropew
Fit-28ta’Ġunju2016, ir-Rappreżentant Għoli ppreżenta lill-Kunsill Ewropew l-. L-Istrateġija Globali tal-UE, bl-enfasi tagħha fuq is-sigurtà, l-ambizzjoni tagħha f’termini ta’ awtonomija strateġika u l-approċċ tagħha għall-kwistjoni tal-ambjent fl-Ewropa, imsejjes fuq ċerti prinċipji u fl-istess ħin pragmatiku, issegwi filosofija profondament differenti meta mqabbla mal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà tal-2003. Flimkien mal-Istati Membri, il-parlamenti nazzjonali, l-esperti u l-pubbliku ġenerali, il-Parlament Ewropew kien involut fil-proċess ta’ konsultazzjoni tal-Istrateġija Globali.
L-aspetti tas-sigurtà u d-difiża tal-Istrateġija Globali tal-UE ġew ikkomplementati b’mod sostanzjali mill- approvata mill-Kunsill Ewropew fl-24 u l-25ta’Marzu2022. B’konsegwenza tal-isfida strateġika għas-sigurtà Ewropea u l-istabbiltà globali maħluqa mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna, dan l-aħħar l-UE wettqet bidla fundamentali u nediet diversi inizjattivi ġodda dwar il-PSDK u l-industrija tad-difiża (għal aktar dettalji5.1.2).
Barra minn hekk, sabiex tipprovdi għażla sostenibbli għall-investiment fl-infrastruttura globali u biex taffronta l-isfida ġeopolitika ppreżentata mill-mudell ta’ investiment u governanza taċ-Ċina, fl-2021 l-UE ħarġet . Din l-inizjattiva għandha l-għan li tiġbor sa EUR 300 biljun f’investiment pubbliku u privat f’diversi setturi ta’ konnettività madwar id-dinja, filwaqt li tippromwovi l-valuri tal-UE u ġabra ta’ regoli globali fl-istess waqt. Il-Parlament enfasizza wkoll il-Global Gateway bħala “strument biex iżid il-preżenza u l-viżibbiltà tal-UE madwar id-dinja” fir-żDZܳDzԾ reċenti tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-PESK fl-2023. Din l-inizjattiva tiddependi parzjalment minn finanzi mill-“Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali” (NDICI – Ewropa Globali), b’valur ta’ madwar EUR 80 biljun fl-2021-2027. Fir-żDZܳDzԾ tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-NDICI – Ewropa Globali, il-Parlament laqa’ l-konsolidazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-azzjoni esterna tal-UE fi strument uniku. Madankollu, anke jekk dan għamel l-azzjoni esterna aktar sempliċi u aktar flessibbli u effiċjenti, il-Parlament esprima d-dispjaċir tiegħu li l-proċess ma kienx akkumpanjat minn biżżejjed obbligu ta’ rendikont u trasparenza.
Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, jekk jogħġbok ara s-sit web tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET).
Michal Malovec