Ϸվ

2001 - 2010

Imwaqqfa biex tippreserva l-memorja tar-repressjoni tal-massa taħt Stalin, l-assoċjazzjoni Memorial taħdem favur ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tipproteġi lill-vittmi tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u fil-pajjiżi ta’ dik li kienet l-Unjoni Sovjetika.

Guillermo Fariñas, ġurnalist u dissident politiku li għandu wkoll dottorat fil-psikoloġija, għamel sensiela ta’ strajks tal-ġuħ bl-għan ta’ bidla politika paċifika u tal-libertà tal-espressjoni f’Kuba.

Hu Jia ssogra ħajtu għall-attiviżmu tiegħu, u ġibed l-attenzjoni tad-dinja għall-massakru tal-Pjazza Tiananmen, kwistjonijiet relatati mal-AIDS u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina.

L-avukat Sudaniż Salih Mahmoud Mohamed Osman jiddefendi lill-vittmi tal-arrest arbitrarju, it-tortura u l-abbuż min-naħa tal-awtoritajiet, minkejja li hu stess kien safa' arrestat.

Bħala mexxej tal-Moviment għal-Libertà, li jagħmel parti mill-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, Aliaksandr Milinkevich iddenunzja r-reati tar-reġim Belarussu fil-konfront tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

Minkejja r-repressjoni kostanti, id-Damas de Blanco (Nisa Lebsin l-Abjad), magħrufa wkoll bħala d-Damas, jorganizzaw dimostrazzjonijiet paċifiċi ta' protesta kull ġimgħa, b'sejħiet għad-demokrazija u għall-ħelsien tad-dissidenti politiċi f'Kuba.

L-avukat tad-drittijiet tal-bniedem Hauwa Ibrahim tiddefendi lin-nisa u lit-tfal ikkundannati mill-qrati tax-Sharia fin-Niġerja. Hija tippromwovi l-edukazzjoni għall-bniet bħala l-pedament ta' soċjetà paċifika.

Reporters Without Borders (Reporters Sans Frontières – RSF), NGO internazzjonali, tiġġieled favur il-libertà tal-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni, filwaqt li tagħti appoġġ lill-ġurnalisti ppersegwitati mad-dinja kollha.

L-Assoċjazzjoni Belarussa tal-Ġurnalisti ġiet imwaqqfa fl-1995 biex tipproteġi lill-ġurnalisti kollha li jaħdmu mhedda mill-fastidju, l-intimidazzjoni u l-persekuzzjoni.

Bħala s-Segretarju Ġenerali, Kofi Annan mexxa lin-NU fil-ħolqien ta' rabtiet aktar b'saħħithom mas-soċjetà ċivili fis-segwitu tal-għanijiet tagħha ta' paċi, ġustizzja u drittijiet tal-bniedem.

Bħala l-fundatur tal-proġett Varela, Oswaldo Payá ssielet għad-drittijiet ċivili, għal elezzjonijiet pluralistiċi liberi, għall-ħelsien tal-priġunieri politiċi u għar-riforma ekonomika u soċjali f'Kuba.

Il-mexxej reliġjuż u tas-soċjetà ċivili Dom Zacarias Kamwenho nebbaħ lill-poplu Angolan biex jiġġieled favur id-drittijiet tiegħu u żvolġa rwol kritiku fil-proċess ta' paċi li wassal għal tmiem il-gwerra ċivili fil-pajjiż.

Minkejja l-priġunerija, iċ-ċensura u t-telfa ta' ibnu, Izzat Ghazzawi ppromwova b'kuraġġ il-kawża tad-djalogu paċifiku u s-sħubija bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani.

Nurit Peled-Elhanan hija kittieba u lettur tal-università, u hija impenjata li tbiddel il-fehmiet tas-soċjetà Iżraeljana dwar il-Palestina. Il-kitba tagħha tippromwovi t-tolleranza, id-diversità u d-dritt għall-edukazzjoni.

Kuntatti

DĠ COMM
Parlament Ewropew
60 rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 - Bruxelles/Brussell

Links