MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIdwar bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE
11.3.2019-()
skont l-Artikolu123(2) tar-Regoli ta' Proċedura
Pervenche Berès, Mercedes Bressof'isem il-Grupp S&D
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuniRC-B8-0171/2019
8‑0172/2019
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE
()
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-Artikolu157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
–wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020,
–wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President fil-Kariga tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (id-detentur tal-presidenza b'rotazzjoni) mill-President tal-Parlament Ewropew fil-5ta'Marzu2019,
–wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President tal-Kummissjoni Ewropea mill-President tal-Parlament Ewropew fil-5ta'Marzu2019,
–wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President tal-Kunsill Ewropew mill-President tal-Parlament Ewropew fit-23ta'Marzu2018,
–wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President tal-Grupp tal-Euro mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew fit-8ta'Marzu2018,
–wara li kkunsidra l-Artikolu123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A.billi, f'April2016, is-sehem medju tan-nisa fil-bordijiet tal-akbar kumpaniji elenkati fil-borża rreġistrati fit-28Stat Membru tal-UE kien ta' 23.3%, żieda ta' 0.6% mill-aħħar li nġabret data f'Ottubru2015; billi hemm biss għaxar pajjiżi – Franza, l-Iżvezja, l-Italja, il-Finlandja, in-Netherlands, il-Latvja, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, id-Danimarka u l-Belġju – fejn in-nisa jikkostitwixxu mill-inqas kwart tal-membri tal-bord;
B.billi l-proposta tal-2012 dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet kienet ir-riżultat ta' talba għal żmien twil mill-Parlament biex il-Kummissjoni tieħu azzjoni; billi l-Parlament, meta adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari f'Novembru2013 b'maġġoranza sostanzjali ta' partiti b'mod trasversali, għamel ftit li xejn bidliet għall-proposta sabiex jindika lill-Kunsill li dak il-ftehim mal-Parlament seta' jintlaħaq u qabel li jiżgura li sal-2020 mill-inqas 40% tad-diretturi mhux eżekuttivi fuq bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-Borża jkunu nisa; billi d-direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet tkun għodda importanti ħafna biex jinkiseb bilanċ aħjar bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi fl-ogħla livell u, kif ġie ppruvat minn diversi studji, biex tittejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji billi jiġi sfruttat it-talent soċjali kollu.
C.billi l-Artikolu26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu[1], l-Artikolu56(4) tar-Regolament (UE) Nru806/2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni[2], u l-Artikolu37(3) tar-Regolament (UE) Nru1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)[3] jirreferu għall-bilanċ bejn is-sessi bħala prinċipju importanti li għandu jitqies fil-proċeduri tal-għażla;
D.billi minkejja d-diversi talbiet li għamel il-Parlament Ewropew lill-Kunsill biex u lill-Istati Membri biex jirrimedjaw in-nuqqas ta' bilanċ bejn is-sessi fuq il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, il-Parlament jiddeplora l-fatt li l-Kunsill Ewropew ma ħax din it-talba bis-serjetà;
E.billi minkejja d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew fir-rigward tan-nomini preċedenti biex jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi preżentata lista ta' kandidati, il-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha għall-kariga ta' President tal-Awtorità Bankarja Ewropea kienu rġiel;
F.billi, filwaqt li l-proċeduri tal-għażla għall-President, tal-Viċi President u tal-membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni s'issa ġeneralment qiesu l-prinċipju tal-bilanċ bejn is-sessi f'konformità mal-Artikolu56(4) tar-Regolament (UE) Nru806/2014, f'dan il-każ il-lista mqassra ppreżentata lill-Parlament kienet magħmula biss mill-irġiel;
G.billi, filwaqt li ma tistax tiġi eskluża l-possibbiltà li fi proċedura tal-għażla unika bbażata fuq applikazzjonijiet individwali ma jkunx hemm kandidati kwalifikati taż-żewġ sessi, il-kriterju ġenerali tal-bilanċ bejn is-sessi jrid jiġi rrispettat għall-kompożizzjoni tal-bordijiet tal-BĊE u tal-awtoritajiet superviżorji;
H.billi l-kandidati attwali għall-pożizzjonijiet tal-ekonomista ewlieni tal-BĊE, il-President tal-EBA u l-membru tal-SRB kollha tqiesu li kellhom esperjenza u kwalifiki mill-KumitatECON tal-Parlament, u ġew approvati b'maġġoranzi sinifikanti f'votazzjonijiet sigrieti;
I.billi n-nisa qed jibqgħu sottorappreżentati f'karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw bilanċ bejn is-sessi;
1.Jitlob li l-bilanċ bejn is-sessi jiġi rispettat għan-nomini li ġejjin fl-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali; jistieden lill-Istati Membri biex kull wieħed minnhom jippreżenta raġel u mara għall-proċedura tan-nomina għall-Kummissjoni li jmiss;
2.Jimpenja ruħu li jżomm lura milli jqis kwalunkwe lista futura ta' kandidati sakemm ma jiġix rispettat il-prinċipju tal-bilanċ bejn is-sessi;
3.Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kontenut tal-politiki, l-inizjattivi u l-programmi tal-UE u fil-livelli politiċi, baġitarji, amministrattivi u eżekuttivi tal-Unjoni;
4.Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta Strateġija ta' Ugwaljanza Ewropea ġenwina fil-forma ta' komunikazzjoni li jkun fiha objettivi ċari u, sa fejn ikun possibbli, kwantifikabbli, u li din tiġi tradotta fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE sabiex jiġu żgurati distribuzzjoni u fehim akbar għaċ-ċittadini u l-atturi soċjali u ekonomiċi;
5.Jenfasizza li l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi mhijiex kwistjoni tan-nisa, iżda waħda li għandha tinvolvi s-soċjetà kollha kemm hi;
6.Ifakkar li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tkopri l-għażliet ta' politika, il-proċess, il-proċeduri u l-prattiki ta' teħid ta' deċiżjonijiet, kif ukoll l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; jenfasizza, għalhekk, li mhux biss il-kontenut tal-politika iżda wkoll ir-rappreżentanza tal-ġeneri fl-amministrazzjoni u fit-teħid tad-deċiżjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati sabiex tiġi vvalutata b'mod komprensiv is-sitwazzjoni attwali tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-Parlament;
7.Jesprimi tħassib dwar il-fatt li r-rappreżentanza femminili fl-istituzzjonijiet u l-pożizzjonijiet ewlenin tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli politiċi u amministrattivi tal-UE għadhom baxxi, u jafferma li l-Parlament jeħtieġ jieħu miżuri effettivi biex jiżgura li l-allokazzjoni ta' pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet tkun mifruxa b'mod ugwali bejn is-sessi;
8.Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib fost il-proċeduri u l-istituzzjonijiet biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri jkunu effettivi, peress li jemmen li relazzjonijiet interistituzzjonali aktar b'saħħithom fil-qasam tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jistgħu jgħinu biex jiġu żviluppati politiki tal-UE sensittivi għall-ġeneru; jiddispjaċih li l-ebda kooperazzjoni strutturata dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għadha ma ġiet stabbilita ma' sħab istituzzjonali oħra, bħall-Kummissjoni jew il-Kunsill, jew fl-istrutturi ekonomiċi u tal-affarijiet finanzjarji tal-UE.